LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 4/1 pp. 12-16
  • Nirgħu mal-Ħallieq Grandjuż Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nirgħu mal-Ħallieq Grandjuż Tagħna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ir-​Ragħaj Imsieħeb taʼ Jehovah
  • Ingawdu “l-​Paċi t’Alla”
  • Sotto-Ragħajja fuq Quddiem!
  • Xogħol Teokratiku taʼ Ragħajja
  • Obdi mir-Rgħajja ta’ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Rgħajja, Imitaw lill-Aqwa Rgħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Rgħajja Kristjani, ‘Iftħu Qalbkom Beraħ’!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Nirgħu l-Merħla t’Alla bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 4/1 pp. 12-16

Nirgħu mal-Ħallieq Grandjuż Tagħna

“Jehovah hu r-​Ragħaj tiegħi. Ma se jonqosni xejn. Lil ruħi jirrifreskaha. Hu jmexxini fil-​mogħdijiet tat-​tjieba minħabba f’ismu.”—SALM 23:1, 3.

1. Jehovah jipprovdi liema serħan taʼ mħabba?

SALM 23, “melodija taʼ David,” ġab serħan lil ħafna erwieħ għajjenin. Tahom ­il-kuraġġ biex ikollhom il-​fiduċja li jesprimi vers 6: “Żgur li t-​tjubija u l-​qalb tajba bl-​imħabba nfushom se jiġru warajja l-​jiem kollha taʼ ħajti; u jien se ngħammar fid-​dar taʼ Jehovah għat-​tul tal-​jiem.” Hija dik ix-​xewqa tiegħek, li tgħammar għaż-​żmien kollu fid-​dar tal-​qima taʼ Jehovah, magħqud man-​nies tiegħu li issa qegħdin jiġu miġburin mill-​ġnus kollha tal-​art? “Ir-​ragħaj u l-​indokratur tal-​erwieħ tagħkom,” il-​Ħallieq Grandjuż tagħna, Alla Jehovah, se jgħinek tasal għal dik il-​mira.​—1 Pietru 2:25.

2, 3. (a) Jehovah kif jirgħa lin-​nies tiegħu bl-​imħabba? (b) Il-​“merħla” taʼ Jehovah kif żdiedet b’mod drammatiku?

2 Il-​Ħallieq tas-​“smewwiet ġodda u art ġdida” huwa wkoll l-​Organizzatur u l-​Indokratur Suprem tal-​kongregazzjoni Kristjana, “id-​dar t’Alla.” (2 Pietru 3:13; 1 Timotew 3:15) Hu interessat b’mod profond f’li jirgħa lin-​nies tiegħu, bħalma Isaija 40:10, 11 jistqarr b’mod ċar: “Ħares! Il-​Mulej Sovran Jehovah innifsu se jiġi saħansitra bħal wieħed b’saħħtu, u driegħu se jkun qiegħed jaħkem għalih. Ħares! Il-​premju tiegħu qiegħed miegħu, u l-​paga li hu jħallas qiegħda qablu. Bħal ragħaj hu se jirgħa lill-​merħla tiegħu stess. Bi driegħu se jiġbor flimkien lill-​ħrief; u fi ħdanu se jġorrhom. Lil dawk li qegħdin ireddgħu hu se jmexxihom b’attenzjoni.”

3 F’sens akbar, din il-​“merħla” tinkludi lil dawk li ilhom jimxu fil-​verità Kristjana u lil “ħrief” li ġew miġburin fi żminijiet riċenti ferm​—bħan-​numri kbar li issa qegħdin jiġu mgħammdin fl-​Afrika u fl-​Ewropa tal-​Lvant. Id-​driegħ b’saħħtu u protettiv taʼ Jehovah jiġborhom fi ħdanu. Għalkemm kienu bħal ngħaġ jiġġerrew lil hawn u lil hinn, huma issa daħlu f’relazzjoni intima maʼ dak Alla u Ragħaj maħbub tagħhom.

Ir-​Ragħaj Imsieħeb taʼ Jehovah

4, 5. (a) Min hu “r-​ragħaj mill-​aħjar,” u l-​profezija kif ippontat lejh? (b) Ġesù qiegħed jindokra liema xogħol taʼ tifrid, b’liema riżultat li jispikka?

4 Billi jaqdi fuq il-​leminija taʼ Missieru fis-​sema, “r-​ragħaj mill-​aħjar,” Ġesù Kristu, ukoll jagħti attenzjoni taʼ mogħdrija lin-​“ngħaġ.” Hu ċeda lil ruħu biex jibbenefika l-​ewwel lill-​“merħla ċkejkna” taʼ wħud midlukin u mbagħad, illum, lill-​folla kbira tan-​“ngħaġ oħra” tiegħu. (Luqa 12:32; Ġwann 10:14, 16) Ir-​Ragħaj il-​Kbir, Alla Jehovah, jindirizza lil dawn in-​ngħaġ kollha, billi jgħid: “Hawn jien, jien innifsi, u ċertament li se niġġudika . . . bejn nagħġa u nagħġa. U se nqajjem fuqhom ragħaj wieħed, u jrid jitmagħhom, saħansitra l-​qaddej tiegħi David. Hu nnifsu se jitmagħhom, u hu nnifsu se jsir ir-​ragħaj tagħhom. U jien innifsi, Jehovah, se nsir Alla tagħhom, u l-​qaddej tiegħi David ħakem f’nofshom. Jien innifsi, Jehovah, tkellimt.”—Eżekjel 34:​20-24.

5 In-​nomenklatura “l-​qaddej tiegħi David” tipponta b’mod profetiku lejn Kristu Ġesù, iż-​“żerriegħa” li jiret it-​tron taʼ David. (Salm 89:35, 36) F’dan il-​jum taʼ ġudizzju tal-​ġnus, ir-​Ragħaj imsieħeb u Sultan taʼ Jehovah, Kristu Ġesù, Bin David, ikompli jifred in-​“ngħaġ” tal-​umanità minn dawk li jistgħu jsostnu li huma “ngħaġ” imma huma attwalment “mogħoż.” (Mattew 25:31-33) Dan “ir-​ragħaj wieħed” huwa mqajjem ukoll biex jitmaʼ lin-​ngħaġ. Xi twettieq glorjuż taʼ din il-​profezija naraw illum! Waqt li l-​politikanti jitkellmu dwar li jagħmlu lill-​umanità magħquda permezz taʼ ordni dinjija ġdida, ir-​Ragħaj wieħed qiegħed attwalment igħaqqad lin-​ngħaġ tal-​ġnus kollha permezz taʼ kampanja b’ħafna lingwi taʼ għoti taʼ xiehda li bħalha l-​organizzazzjoni t’Alla fuq l-​art biss setgħet qatt tibda biex tieħu f’idejha.

6, 7. “L-​irsir fidil u diskret” kif ħa ħsieb li “ikel f’waqtu” jintgħamel disponibbli għan-​ngħaġ?

6 Hekk kif il-​messaġġ tas-​Saltna jinfirex b’mod kostanti f’territorji ġodda, “l-​irsir fidil u diskret” taʼ Kristjani midlukin, kif inkarigat mir-​Ragħaj wieħed, jieħu ħsieb li kull provvediment isir biex jintbagħat “l-​ikel fiż-​żmien xieraq.” (Mattew 24:45) Ħafna mit-​33 fergħa taʼ stampar tal-​Watch Tower Society madwar l-​art qegħdin iżidu l-​produzzjoni biex ilaħħqu mat-​talba li qiegħda tiżdied b’mod imgħaġġel għal kotba u rivisti tal-​Bibbja aħjar u iktar.

7 Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah qiegħda tagħmel kull sforz biex ittejjeb il-​kwalità taʼ traduzzjoni f’xi 200 lingwa u biex tagħti bidu għal traduzzjoni f’lingwi oħrajn kif meħtieġa biex tkopri l-​għalqa tad-​dinja kollha kemm hi. Dan hu b’appoġġ għall-​inkarigu li Ġesù ta lid-​dixxipli tiegħu f’Atti 1:8: “Intom se tirċievu qawwa meta l-​ispirtu qaddis jasal fuqkom, u se tkunu xhieda tiegħi . . . sal-​iktar parti ’l bogħod tal-​art.” Barra minn hekk, in-​New World Translation of the Holy Scriptures, diġà stampata kollha kemm hi jew parti minnha f’14-il lingwa, qiegħda issa tiġi tradotta f’16-il lingwa oħra tal-​Ewropa, l-​Afrika, u l-​Orjent.

Ingawdu “l-​Paċi t’Alla”

8. In-​ngħaġ kif ġew imberkin b’mod sinjur permezz tal-​patt taʼ paċi li Jehovah ikkonkluda magħhom?

8 Permezz tar-​Ragħaj wieħed tiegħu, Kristu Ġesù, Jehovah jikkonkludi man-​ngħaġ Tiegħu mitmugħin sewwa “patt taʼ paċi.” (Isaija 54:10) Billi jeżerċitaw fidi fid-​demm imxerred taʼ Ġesù, in-​ngħaġ jistgħu jimxu fid-​dawl. (1 Ġwann 1:7) Huma jgawdu ‘l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb u li tgħasses lil qlubhom u l-​qawwiet mentali tagħhom permezz taʼ Kristu Ġesù.’ (Filippin 4:7) Bħalma Eżekjel 34:25-28 jissokta jiddeskrivi, Jehovah jirgħa n-​ngħaġ tiegħu f’ġenna spiritwali, kundizzjoni sabiħa ferm taʼ sigurtà, riżq li jserraħ, u frott. Igħid dan ir-​Ragħaj li jħobb dwar in-​ngħaġ tiegħu: “Se jkollhom ikunu jafu li jien Jehovah meta nkisser il-​għudiet tal-​madmad tagħhom u ħlisthom minn taħt id dawk li ­kienu qegħdin jużawhom bħala rsiera. U m’humiex se jsiru iktar xi ħaġa x’tisraq ­għall-ġnus; . . . u attwalment se jgħammru fis-​sigurtà, b’ħadd li jġigħelhom jirtogħdu.”

9. Liema opportunitajiet ġew miftuħin għan-​nies t’Alla permezz tat-​‘tkissir tal-​għudiet’?

9 Diġà, fi snin riċenti, ix-​Xhieda taʼ Jehovah f’ħafna pajjiżi ġarrbu t-​tkissir tal-​“għudiet tal-​madmad tagħhom.” Huma liberi li jippridkaw bħal qatt qabel. U jalla lkoll kemm aħna, f’kull art, nagħmlu użu tajjeb mis-​sigurtà li Jehovah jipprovdi hekk kif nagħfsu ’l quddiem biex inwettqu x-​xogħol. Liema assigurazzjoni jagħti Jehovah hekk kif nersqu lejn iż-​żmien tal-​akbar tribulazzjoni li l-​umanità qatt se tara!—Danjel 12:1; Mattew 24:21, 22.

10. Jehovah lil min ipprovda biex igħin lir-​Ragħaj mill-​Aħjar, Kristu Ġesù, u xi wħud minn dawn kif kienu indirizzati mill-​appostlu Pawlu?

10 Bi tħejjija għal dak il-​jum tal-​vendetta tiegħu kontra dawk mill-​agħar, Jehovah ipprovda sotto-ragħajja biex igħinu lir-​Ragħaj mill-​Aħjar, Kristu Ġesù, f’li jieħdu ħsieb il-​merħla. Dawn huma deskritti f’​Rivelazzjoni 1:16 bħala numru sħiħ taʼ “sebaʼ kwiekeb” fl-​id il-​leminija taʼ Ġesù. Fl-​ewwel seklu, l-​appostlu Pawlu indirizza lil ġemgħa rappreżentattiva taʼ dawn is-​sotto-ragħajja, billi qal: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom u għall-​merħla kollha, li fostha l-​ispirtu qaddis ħatarkom indokraturi, biex tirgħu l-​kongregazzjoni t’Alla, li hu xtara bid-​demm taʼ Ibnu stess.” (Atti 20:28) Illum, hemm għaxriet taʼ eluf taʼ sotto-ragħajja li qegħdin jaqdu fid-​69,558 kongregazzjoni madwar l-​art.

Sotto-Ragħajja fuq Quddiem!

11. Xi ragħajja kif ħadu t-​tmexxija b’suċċess f’territorji li jinħadmu taʼ spiss?

11 F’ħafna postijiet dawn ir-​ragħajja jridu jieħdu t-​tmexxija f’territorji li nħadmu ripetutament matul dawn l-​aħħar jiem. Kif jistgħu jżommu l-​entużjażmu tal-​merħla f’livell għoli? Ir-​ragħajja kienu qegħdin jaġixxu b’mod taʼ min ifaħħru, u wieħed mill-​modi li bih kellhom suċċess huwa billi jistimulaw ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju u regulari. Ħafna ragħajja nfushom kellhom sehem f’dan is-​servizz, u saħansitra dawk il-​pubblikaturi li ma jistgħux jagħmlu dan urew l-​ispirtu taʼ pijunier, billi qdew b’ferħ li jgħin lil dak li jkun biex jegħleb l-​apatija fit-​territorju. (Salm 100:2; 104:33, 34; Filippin 4:4, 5) B’hekk, hekk kif il-​ħażen u l-​kważi anarkija jimlew lid-​dinja, ħafna nies bħal ngħaġ qegħdin jiġu mqajmin għat-​tama tas-​Saltna.—Mattew 12:18, 21; Rumani 15:12.

12. Liema problema serja teżisti f’għelieqi li qegħdin jikbru b’mod imgħaġġel, u din kif tiġi ttrattata kultant?

12 Problema oħra hi li spiss ma jkunx hemm biżżejjed ragħajja kkwalifikati biex jieħdu ħsieb il-​merħla. Fejn hemm tkabbir bil-​għaġla, bħal fl-​Ewropa tal-​Lvant, hemm ħafna kongregazzjonijiet ġodda mingħajr ebda anzjan maħtur assolutament. Ngħaġ minn rajhom qegħdin jieħdu fuq spallejhom it-​tagħbija, imma huma ferm bla esperjenza, u għajnuna hija meħtieġa biex jiġu mħarrġin in-​ngħaġ li deħlin fil-​kongregazzjonijiet. F’artijiet bħalma huma l-​Brażil, il-​Messiku, u ż-​Zaire, fejn it-​tkabbir huwa ferm bil-​għaġla, Xhieda komparattivament żgħażagħ ikollhom jiġu wżati biex jorganizzaw is-​servizz u jħarrġu lil oħrajn li huma ġodda. Il-​pijunieri qegħdin jagħtu għajnuna mill-​aħjar, u dan huwa qasam li fih l-​aħwa nisa jistgħu jħarrġu lil aħwa nisa ġodda. Jehovah bl-​ispirtu tiegħu jbierek ir-​riżultati. Iż-​żjieda tibqaʼ ġejja.—Isaija 54:​2, 3.

13. (a) Ladarba l-​ħsad huwa daqshekk kbir, ix-​Xhieda kollha għal liema ħaġa għandhom jitolbu? (b) It-​talb tan-​nies t’Alla kif kien imwieġeb qabel u matul it-​tieni gwerra dinjija?

13 F’artijiet fejn ix-​xogħol tal-​ippridkar huwa stabbilit sewwa, f’artijiet fejn ir-​restrizzjonijiet dan l-​aħħar ġew imneħħijin, u f’territorji li għadhom kif infetħu, il-​kliem taʼ Ġesù f’​Mattew 9:37, 38 għadu japplika: “Iva, il-​ħsad hu kbir, imma l-​ħaddiema huma ftit. Għalhekk, itolbu lil Sid il-​ħsad biex jibgħat ħaddiema fil-​ħsad tiegħu.” Għandna bżonn nitolbu, ukoll, li Jehovah iqajjem iktar ragħajja. Hu wera li jistaʼ jagħmel dan. Qabel u matul it-​II Gwerra Dinjija, dittaturi krudili bħal Assirjani pprovaw jeqirdu għalkollox lix-​Xhieda taʼ Jehovah. Imma bi tweġiba għat-​talbiet tagħhom, Jehovah saffa lill-​organizzazzjoni tagħhom, billi għamilha verament teokratika, u pprovda r-​“ragħajja” meħtiġin.a Dan kien fi qbil mal-​profezija: “Inkwantu għall-​Assirjan, meta jiġi fl-​art tagħna u meta jirfes b’saqajh it-​torrijiet tagħna fejn ingħammru, aħna wkoll se jkollna nqajmu kontra tiegħu sebaʼ ragħajja, iva, tmien duki tal-​umanità”​—saħansitra iktar minn biżżejjed anzjani ddedikati biex jieħdu t-​tmexxija.—Mikea 5:5.

14. Liema ħtieġa li tispikka teżisti fl-​organizzazzjoni, u liema inkuraġġiment huwa mogħti lil aħwa rġiel?

14 Hemm ħtieġa li tispikka għax-​Xhieda maskili u mgħammdin kollha li jistinkaw għal iktar privileġġi. (1 Timotew 3:1) Is-​sitwazzjoni hija urġenti. It-​tmiem taʼ din is-​sistema riesaq bil-​ħeffa. Ħabakkuk 2:3 jistqarr: “Il-​viżjoni hi għad għal żmien maħtur, u tibqaʼ tilheġ lejn it-​tmiem, u mhix se tgħid gidba. . . . Hi se sseħħ bla ma tonqos. Mhix se tkun tard.” Aħwa rġiel, tistgħu tistinkaw sabiex tikkwalifikaw għal iktar privileġġi f’dan ix-​xogħol taʼ ragħajja​—qabel ma jiġi t-​tmiem?—Titus 1:6-9.

Xogħol Teokratiku taʼ Ragħajja

15. In-​nies taʼ Jehovah b’liema mod huma teokrazija?

15 Sabiex jieħdu sehem bis-​sħiħ fl-​espansjoni tal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah, in-​nies tiegħu jridu jkunu teokratiċi fl-​attitudni mentali tagħhom. Kif jistgħu jwettqu dan? Sewwa, xi tfisser il-​kelma “teokratiku”? Webster’s New Twentieth Century Dictionary jagħti definizzjoni tal-​kelma “teokrazija” bħala “l-​ħakma taʼ stat minn Alla.” Huwa f’dan is-​sens li l-​“ġens qaddis” tan-​nies taʼ Jehovah huwa teokrazija. (1 Pietru 2:9; Isaija 33:22) Bħala membri jew imseħbin taʼ dak il-​ġens teokratiku, il-​veri Kristjani jridu jgħixu u jaqdu b’ubbidjenza lejn il-​Kelma t’Alla u l-​prinċipji tagħha.

16. Kif, bażikament, nistgħu nuru ruħna li aħna teokratiċi?

16 L-​appostlu Pawlu jispjega b’mod ċar kif il-​Kristjani għandhom ikunu teokratiċi. L-​ewwel, igħid li huma ‘għandhom jilbsu l-​personalità ġdida li kienet maħluqa skond ir-​rieda t’Alla fit-​tjieba vera u l-​lealtà.’ Il-​personalità tal-​Kristjan trid tkun imsawra skond il-​prinċipji taʼ tjieba t’Alla li jinstabu fil-​Kelma tiegħu. Hu jrid ikun leali lejn Jehovah u lejn il-​liġijiet Tiegħu. Wara li juri kif dan jistaʼ jsir, Pawlu jħeġġeġ: “Siru imitaturi t’Alla, bħala tfal maħbubin.” (Efesin 4:24–5:1) Bħal tfal ubbidjenti, aħna rridu nimitaw lil Alla. Dik hi l-​vera teokrazija fl-​azzjoni, billi turi li aħna ggvernati verament minn Alla!—Ara wkoll Kolossin 3:10, 12-14.

17, 18. (a) Kristjani teokratiċi jimitaw lil liema kwalità li tispikka t’Alla? (b) Fil-​kliem tiegħu lil Mosè, Jehovah kif enfasizza l-​kwalità primarja Tiegħu, imma liema twissija żied?

17 Liema hi l-​kwalità prinċipali t’Alla li għandna nimitaw? L-​appostlu Ġwanni jwieġeb fl-​ewwel Ġwann 4:8 meta jgħid: “Alla hu mħabba.” Tmien versi wara, fil-​vers 16, hu jirrepeti dan il-​prinċipju vitali: “Alla hu mħabba, u min jibqaʼ fl-​imħabba jibqaʼ f’għaqda m’Alla u Alla jibqaʼ f’għaqda miegħu.” Ir-​Ragħaj il-​Kbir, Jehovah, huwa l-​personifikazzjoni tal-​imħabba. Ragħajja teokratiċi jimitawh billi juru mħabba profonda għan-​ngħaġ taʼ Jehovah.—Qabbel 1 Ġwann 3:16, 18; 4:7-11.

18 It-​Teokrat il-​Kbir irrivela lilu nnifsu lil Mosè bħala “Jehovah, Jehovah, Alla mimli ħniena u grazzjuż, bil-​mod biex jirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u fil-​verità, jerfaʼ qalb tajba bl-​imħabba għal eluf, jaħfer l-​iżball u n-​nuqqas u d-​dnub, imma b’ebda mod ma se jeżenta mill-​kastig, billi jġib kastig għall-​iżball taʼ missirijiet fuq ulied u fuq ulied l-​ulied, fuq it-​tielet ġenerazzjoni u fuq ir-​rabaʼ ġenerazzjoni.” (Eżodu 34:6, 7) Jehovah b’hekk jenfasizza diversi aspetti tal-​kwalità teokratika li tispikka tiegħu, l-​imħabba, waqt li jwissi b’mod sod li se jikkastiga għall-​iżball meta jkun mistħoqq.

19. F’kuntrast mal-​Fariżej, ragħajja Kristjani kif għandhom jaġixxu b’mod teokratiku?

19 Għal dawk li għandhom pożizzjonijiet taʼ responsabbiltà fl-​organizzazzjoni, xi jfisser li tkun teokratiku? Ġesù qal dwar l-​iskribi u l-​Fariżej taʼ żmienu: “Huma jorbtu tagħbijiet tqal u jpoġġuhom fuq spallejn l-​irġiel, imma huma nfushom m’humiex lesti li jħarrkuhom b’sebagħhom.” (Mattew 23:4) X’oppressjoni u nuqqas taʼ mħabba! Il-​vera teokrazija, jew ħakma minn Alla, titlob li wieħed jirgħa l-​merħla billi japplika l-​prinċipji taʼ mħabba tal-​Bibbja, mhux billi jgħabbi lin-​ngħaġ b’regoli bla tmiem magħmulin mill-​bniedem. (Qabbel Mattew 15:1-9.) Fl-​istess waqt, ragħajja teokratiċi jridu jimitaw lil Alla billi ­jżidu mal-​imħabba tagħhom sodizza biex iżommu s-​safa tal-​kongregazzjoni.​—Qabbel Rumani 2:11; 1 Pietru 1:17.

20. Ir-​ragħajja teokratiċi jirrikonoxxu lil liema arranġamenti organizzazzjonali?

20 Il-​veri ragħajja jirrikonoxxu li matul dawn l-​aħħar jiem, Ġesù ħatar lill-​irsir fidil u diskret tiegħu fuq il-​ġid kollu li għandu u li spirtu qaddis idderieġa lil dan l-​irsir f’li jaħtar anzjani biex jirgħu lin-​ngħaġ. (Mattew 24:3, 47; Atti 20:28) Għalhekk, li tkun teokratiku jinvolvi li jkollok rispett profond lejn dan l-​irsir, lejn l-​arranġamenti organizzazzjonali li l-​irsir istitwixxa, u lejn l-​arranġament tal-​anzjani ġewwa l-​kongregazzjoni.—Ebrej 13:7, 17.

21. Ġesù ta liema eżempju mill-​aħjar għas-​sotto-ragħajja?

21 Ġesù nnifsu ta eżempju mill-​aħjar, billi ħares il-​ħin kollu lejn Jehovah u lejn il-​Kelma Tiegħu għall-​gwida. Hu qal: “Ma nistaʼ nagħmel anqas ħaġa waħda minn rajja; sewwa sew kif nismaʼ, niġġudika; u l-​ġudizzju li jien nagħmel hu taʼ tjieba, għaliex jien infittex, mhux ir-​rieda tiegħi stess, imma r-​rieda ­tiegħu li bagħatni.” (Ġwann 5:30) Sotto-​ragħajja tal-​Mulej Ġesù Kristu għandhom jikkultivaw attitudni umli bħal din. Jekk anzjan jappella dejjem għall-​Kelma t’Alla għal direzzjoni, kif għamel Ġesù, allura hu verament teokratiku.—Mattew 4:1-11; Ġwann 6:38.

22. (a) B’liema mod għandu kulħadd jistinka biex ikun teokratiku? (b) Ġesù jagħti liema stedina b’qalb tajba lin-​ngħaġ?

22 Maskili mgħammdin, stinkaw biex tikkwalifikaw għal privileġġi fil-​kongregazzjoni! Intom in-​ngħaġ għeżież kollha, immiraw biex tkunu teokratiċi, billi timitaw lil Alla u lil Kristu f’li turu mħabba! Jalla r-​ragħajja u l-​merħla bl-​istess mod jifirħu għaliex wieġbu għall-​istedina taʼ Ġesù: “Ejjew għandi, intom ilkoll li qegħdin taħdmu iebes u mgħobbijin wisq, u jien se nserraħkom. Ħudu l-​madmad tiegħi fuqkom u tgħallmu minni, għax jien kalm u umli fil-​qalb, u intom se ssibu serħan għal erwieħkom. Għax il-​madmad tiegħi ħanin u t-​tagħbija tiegħi ħafifa.”—Mattew 11:28-30.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​artikli tal-​Watchtower bit-​titlu “Organization,” fil-​ħarġiet tal-​ewwel u l-​ħmistax taʼ Ġunju, 1938.

Tistaʼ Tispjega?

◻ X’inhi l-​“merħla” taʼ Jehovah, u lil min tinkludi?

◻ Ġesù kif aġixxa bħala r-​“ragħaj mill-​aħjar” fl-​ewwel seklu, u llum?

◻ Is-​sotto-ragħajja liema rwol prinċipali għandhom f’li jieħdu ħsieb il-​merħla?

◻ X’inhi t-​tifsira bażika tal-​kelma “teokrazija”?

◻ Kristjan—b’mod partikulari sotto-ragħaj—kif għandu jaġixxi sabiex ikun teokratiku?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja