LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 9/1 pp. 3-4
  • Savati fi Żmien Mimli Gwaj

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Savati fi Żmien Mimli Gwaj
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Żmien T’Urġenza
  • Agħżel Il-​Ħajja!
  • Dak li Se Tagħmel is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • L-Iskop t’Alla Dalwaqt Se Jiġi Rrealizzat
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • “Agħżel il-Ħajja biex Tgħix”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • L-Art Se Tintemm?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 9/1 pp. 3-4

Savati fi Żmien Mimli Gwaj

L-​ISTABBILIMENT tan-​negozju b’ħames sulari f’Seoul, il-​Korea, waqaʼ f’salt, b’mijiet taʼ nies maqbudin ġewwa! Ħaddiema tas-​salvataġġ ħadmu lejl u nhar biex isalvaw kemm jistaʼ jkun ħajjiet. Iktar ma beda jgħaddi ż-​żmien, iktar beda jonqos iċ-​ċans li jinstabu iżjed nies midfunin taħt il-​muntanja taʼ konkrit u ħadid.

Hekk kif ġiet maqtugħa kull tama li jinstabu iżjed vittmi, ġrat xi ħaġa taʼ l-​iskantament. Instemgħet tnehida fjakka u muġugħa minn taħt it-​terrapien. Il-​ħaddiema tas-​salvataġġ ħaffru bil-​ġenn b’idejhom stess sabiex jeħilsu lil waħda mara taʼ 19-il sena li kienet ilha midfuna ħajja għal 16-il ġurnata sħaħ. Xaft taʼ lift li kien waqaʼ kien għamel toqba taʼ protezzjoni fuqha u żamm tunnellati taʼ konkrit milli jaqgħu fuqha. Għalkemm kienet ixxottat sew mill-​ilma u midruba, hi ħelsitha mill-​mewt!

Illum il-​ġurnata, rari jgħaddi xahar li ma jkunx fih rapporti taʼ xi diżastru jew ieħor, kemm jekk inhu xi terremot, xi maltempata kbira, xi żbroffar taʼ xi vulkan, xi aċċident, jew ġuħ. U stejjer spettakolari taʼ wħud li jiġu salvati b’xogħol taʼ salvataġġ jinteressaw u jaffaxxinaw lill-​miljuni li jisimgħu l-​aħbarijiet. Madankollu, twissija taʼ gwaj li ġej​—wieħed akbar minn dak li qatt rat l-​istorja umana—​ġiet injorata mill-​biċċa l-​kbira tan-​nies. (Mattew 24:21) Il-​Bibbja tiddeskrivi dan l-​avveniment b’dan il-​kliem: “Araw! Il-​ħsara tgħaddi minn ġens għal ġens, u riefnu kbir se jqum minn truf l-​art. U jkunu l-​maqtulin mill-​Mulej dakinhar, mxerrda minn tarf sa tarf taʼ l-​art. Ma jibkuhomx, ma jiġbruhomx, ma jidfnuhomx; u jsiru demel fuq wiċċ l-​art.”—Ġeremija 25:32, 33.

Kliem li jaħsdek! Imma kuntrarju għad-​diżastri naturali u għall-​aċċidenti, dan il-​gwaj mhux se jkun tbiċċir indiskriminanti. Fil-​fatt, huwa possibbli li wieħed jibqaʼ ħaj​—li int tibqaʼ ħaj!

Żmien T’Urġenza

Biex jagħraf sew dan il-​fatt, wieħed l-​ewwelnett irid jifhem għalfejn se jseħħ dan il-​gwaj. Attwalment, hija l-​unika soluzzjoni vera għall-​problemi taʼ l-​umanità. Ftit huma dawk illum li jħossuhom fiż-​żgur u fis-​sigurtà. Minkejja l-​aqwa sforzi tax-​xjenza, il-​mard li jittieħed qed ikompli jkisser il-​popolazzjoni tad-​dinja. Gwerer li rriżultaw minn differenzi reliġjużi, tribwali, u politiċi qegħdin jaħsdu ħajjiet umani bl-​eluf. Il-​ġuħ iżid mal-​miżerja u s-​sofferenza taʼ rġiel, nisa, u tfal innoċenti. Tmermir fil-​moralità qed igerrem l-​istess pedament tas-​soċjetà; saħansitra t-​tfal ġew korrotti.

B’reqqa straordinarja, profezija tal-​Bibbja miktuba iżjed minn 1,900 sena ilu tiddeskrivi s-​sitwazzjoni tagħna. Din tgħid: “Kun af dan, li fl-​aħħar jiem jiġu żmenijiet imwiegħra.”—2 Timoteus 3:1, Saydon; qabbel Mattew 24:3-22.

Taħseb li huwa raġonevoli li Alla taʼ mħabba se jkun indifferenti għall-​għawġ tagħna? Il-​Bibbja tgħid: “Hu li hu tassew Alla, li sawwar l-​art, għamilha u wettaqha, ma ħalaqhiex għall-​baħħ, sawwarha biex jgħammru fiha.” (Isaija 45:18) Iva, minflok ma jħalli lil din il-​pjaneta sabiħa tiġi meqruda u l-​abitanti kollha tagħha jiġu fi tmiem, Alla se jintervjeni. Il-​mistoqsija hi, Kif se jagħmel hekk?

Agħżel Il-​Ħajja!

Il-​Bibbja twieġeb f’Salm 92:8 (Salm 92:7, New World Translation): “Mqar jekk iħaddru bħall-​ħaxix il-​ħżiena, u jwarrdu dawk kollha li jagħmlu l-​ħażen, lkoll għad jinqerdu għal dejjem.” Is-​soluzzjoni t’Alla għall-​problemi tad-​dinja hija l-​eliminar tal-​ħażen innifsu. B’ferħ, dan ma jfissirx li hemm għalfejn jiġu eliminati n-​nies kollha. Salm 37:34 jassigurana: “Ittama fil-​Mulej u ħares triqtu, hu jerfgħek biex tikseb l-​art; mbagħad tara l-​ħżiena meqruda.”

Dan il-​kliem jindika li hemm ċans li niġu salvati minn l-​akbar gwaj li qatt se ġġarrab l-​umanità. Alla tana għażla. Il-​kliem li bih Mosè wissa lill-​Iżraeliti hekk kif kienu lesti biex jidħlu fl-​Art Imwiegħda japplika daqstant għalina llum: “Jien . . . qegħedt quddiemek, il-​barka u s-​saħta. Agħżel il-​ħajja biex tgħix int u nislek.”—Dewteronomju 30:19. (w97 8/15)

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

Yunhap News Agency/Sipa Press

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja