LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 4/1 pp. 3-5
  • Il-Familja—Każ t’Emerġenza!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Familja—Każ t’Emerġenza!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Inhi t-​Theddida?
  • Il-Familji b’Ġenitur Wieħed Qegħdin Joktru
  • Maqbudin fi Żwieġ Bla Mħabba
    Stenbaħ!—2001
  • Familji b’Ġenitur Wieħed Qegħdin Jiżdiedu
    Stenbaħ!—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 4/1 pp. 3-5

Il-​Familja—Każ t’Emerġenza!

“U GĦEXU kuntenti għall-​bqija taʼ ħajjithom.” Dak it-​tmiem bħal taʼ xi ħrafa qed japplika għal inqas u inqas żwiġijiet illum il-​ġurnata. Il-​wegħda taż-​żwieġ li tnejn min-​nies jagħmlu meta jgħidu li se jħobbu lil xulxin ‘fit-​tajjeb u fil-​ħażin sakemm it-​tnejn jibqgħu ħajjin’ tkun taʼ spiss kliem sabiħ imma fil-​vojt. Il-​possibbiltà li wieħed ikollu familja hienja qisha bħal imħatra li diffiċli biex tintrebaħ.

Bejn l-​1960 u l-​1990, ir-​rati tad-​divorzju żdiedu b’iktar mid-​doppju fil-​biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi industrijalizzati tal-​Punent. F’xi artijiet dawn ikkwadruplikaw. Per eżempju, kull sena jsiru mal-​35,000 kuntratt taż-​żwieġ fl-​Isvezja, u madwar nofshom jisfaw fix-​xejn, b’iktar minn 45,000 tifel u tifla involuti. Koppji li jgħixu flimkien mingħajr rabta taż-​żwieġ jinfirdu b’rata iktar mgħaġġla, u dawn jeffettwaw għaxriet t’eluf taʼ tfal oħrajn. Tendenza bħal din qiegħda tfeġġ f’pajjiżi madwar id-​dinja kollha, kif wieħed jistaʼ jara mill-​kaxxa f’paġna 5.

M’għandniex xi ngħidu, familji mfarrkin u xoljiment taʼ żwiġijiet m’humiex xi ħaġa ġdida fl-​istorja. Il-​Kodiċi taʼ Ħammurabi tas-​seklu 18 Q.E.K. kienet tinkludi liġijiet li jippermettu d-​divorzju ġewwa Babilonja. Anki l-​Liġi Mosajka, istitwita fis-​seklu 16 Q.E.K., ippermettiet id-​divorzju f’Iżrael. (Dewteronomju 24:1) Madankollu, ir-​rabta tal-​familja qatt ma kienet dgħajfa daqs kemm tinsab issa fis-​seklu 20. Iktar minn għaxar snin ilu, wieħed ġurnalista kiteb: “Ħamsin sena oħra, abbli lanqas ikollna iktar familji fis-​sens tradizzjonali. Forsi dawn ikunu ġew sostitwiti minn tipi differenti taʼ gruppi.” U t-​tendenza minn dak in-​nhar ’l hawn donnha tikkonferma din l-​idea tiegħu. L-​istituzzjoni tal-​familja tant marret lura b’pass mgħaġġel li l-​mistoqsija, “Se tibqaʼ teżisti?” qiegħda dejjem issir iktar relevanti.

Ħafna koppji għala jsibuha daqshekk iebsa li jingħaqdu flimkien u jkollhom familja unita? X’inhu s-​sigriet taʼ dawk li rnexxielhom jibqgħu flimkien għal ħafna żmien, u ċċelebraw bil-​ferħ l-​anniversarji taż-​żwieġ tagħhom imsejħin tal-​fidda u tad-​deheb? Inċidentalment, fl-​1983 ġie rrapportat li mara u raġel residenti f’dik li qabel kienet ir-​repubblika Sovjetika taʼ l-​Ażerbajġan iċċelebraw il-​100 anniversarju taż-​żwieġ tagħhom​—fl-​età taʼ 126 u 116 rispettivament.

X’Inhi t-​Theddida?

F’ħafna pajjiżi, l-​adulterju, il-​krudeltà mentali jew fiżika, l-​abbandun, l-​alkoħoliżmu, l-​impotenza, id-​diżordni mentali, il-​bigamija u l-​vizzju tad-​drogi huma raġunijiet għad-​divorzju. Madankollu, kawża iktar ġenerali hija li l-​attitudni fundamentali lejn iż-​żwieġ u l-​ħajja tal-​familja tradizzjonali nbidlet b’mod radikali, speċjalment matul dawn l-​aħħar snin. Ir-​rispett lejn din l-​istituzzjoni li ilha minn żmien żemżem meqjusa bħala sagra issa spiċċa fix-​xejn. Produtturi rgħiba tal-​mużika, tal-​films, tas-​soap operas fuq it-​TV, u taʼ letteratura popolari gglorifikaw l-​hekk imsejħa libertà sesswali, l-​immoralità, il-​kondotta laxka, u li jkollok stil taʼ ħajja ċċentrat fuqek innifsek. Huma ppromwovew kultura li niġġset l-​imħuħ u l-​qlub kemm taż-​żgħar u kemm tal-​kbar.

Stħarriġ li sar fl-​1996 wera li 22 fil-​mija taʼ l-​Amerikani jgħidu li relazzjoni barra ż-​żwieġ tistaʼ xi kultant tagħmillu tajjeb liż-​żwieġ innifsu. F’ħarġa speċjali taʼ waħda mill-​akbar gazzetti fl-​Isvezja, Aftonbladet, in-​nisa ġew imħeġġin jiksbu divorzju għax b’hekk “żgur se jmorru aħjar.” Xi psikologi u antropoloġi favur il-​kultura popolari tal-​lum saħansitra spekulaw li l-​bnedmin ġew “ipprogrammati” mill-​evoluzzjoni biex ibiddlu s-​sieħeb jew is-​sieħba tagħhom kull tant snin. Fi kliem ieħor, huma qed jissuġġerixxu li r-​relazzjonijiet barra ż-​żwieġ u d-​divorzji huma naturali. Xi wħud saħansitra jsostnu li divorzju bejn il-​ġenituri jistaʼ jkun taʼ ġid għat-​tfal, billi jħejjihom għal meta xi darba jkollhom ikampaw mad-​divorzju tagħhom stess!

Ħafna żgħażagħ lanqas għadhom jixtiequ jgħixu ħajja tal-​familja tradizzjonali, bil-​missier, bl-​omm u bit-​tfal. “Ma nistax nimmaġinani ngħix ħajti kollha maʼ l-​istess persuna,” hija ħarsa popolari. “Iż-​żwieġ huwa bħall-​Milied, sempliċement ħrafa. Lanqas biss nemmen bih,” qal żagħżugħ Daniż taʼ 18-il sena. “It-​tendenza hija, x’niżżewweġ nagħmel biex noqgħod insefter lir-​raġel,” iddikjarat Noreen Byrne tal-​Kunsill Nazzjonali tan-​Nisa fl-​Irlanda. “Mur iddeverti magħhom u ieqaf hemm . . . Ħafna nisa qed jiddeċiedu li m’għandhomx bżonn taʼ l-​irġiel biex ikampaw.”

Il-Familji b’Ġenitur Wieħed Qegħdin Joktru

Fl-Ewropa kollha din l-​attitudni wasslet biex żdiedu ħafna minn dawn l-​ommijiet li jrabbu t-​tfal waħedhom. Xi wħud minn dawn il-​ġenituri waħedhom huma adolexxenti li jħossu li tqâla mhix ippjanata m’hijiex żball. Xi ftit minnhom huma nisa li jridu jrabbu lit-​tarbija tagħhom waħedhom. Il-​maġġuranza tagħhom huma ommijiet li jgħixu mal-​missier għal xi żmien, mingħajr il-​ħsieb li jiżżewġuh. Is-​sena li għaddiet ir-​rivista Newsweek ħarġet bi storja li ngħatat prominenza bil-​mistoqsija “Iż-​Żwieġ Wasal fl-​Aħħar?” Din qalet li l-​persentaġġ taʼ trabi mwelldin barra ż-​żwieġ qed jiżdied b’pass mgħaġġel fl-​Ewropa u li donnu ħadd ma qed jagħti kas. X’aktarx li l-​Isvezja tinsab fuq quddiem, b’nofs it-​trabi kollha t’hemm imwelldin barra ż-​żwieġ. Fid-​Danimarka u fin-​Norveġja l-​figura qorbot lejn in-​nofs, u fi Franza u l-​Ingilterra, din qiegħda wieħed minn kull tlieta.

Fl-Istati Uniti, il-​familji b’żewġ ġenituri naqsu drammatikament f’dawn l-​aħħar tletin sena. Rapport jgħid: “Fl-​1960, . . . 9 fil-​mija tat-​tfal kollha kienu jgħixu f’familji b’ġenitur wieħed. Sa l-​1990, dak in-​numru kien telaʼ għal 25 fil-​mija. Illum, 27.1 fil-​mija tat-​tfal Amerikani kollha jitwieldu ġewwa familji b’ġenitur wieħed, numru li qiegħed dejjem jiżdied. . . . Mill-​1970 ’l hawn, l-​għadd taʼ familji b’ġenitur wieħed żdied b’iktar mid-​doppju. Il- familja tradizzjonali tinsab tant mhedda llum li għoddha waslet biex tgħib għalkollox, jgħidu xi riċerkaturi.”

F’pajjiżi fejn il-​Knisja Kattolika Rumana tilfet ħafna mill-​awtorità morali li kellha, il-​familji b’ġenitur wieħed qegħdin jiżdiedu. Inqas min-​nofs tal-​familji Taljani huma magħmulin mill-​omm, mill-​missier u mit-​tfal, u l-​familja tradizzjonali qed jiħdulha postha l-​koppji mingħajr tfal u l-​familji b’ġenitur wieħed.

L-għajnuna li jagħti l-​gvern f’ċerti pajjiżi qiegħda attwalment tinkuraġġixxi lin-​nies biex ma jiżżewġux. Ommijiet waħedhom li jirċievu għajnuna soċjali ma jibqgħux jirċevuha jekk jiżżewġu. Fid-​Danimarka dawn l-​ommijiet jirċievu wkoll sussidji fejn tidħol il-​kura tat-​tfal, u f’xi komunitajiet, l-​ommijiet taħt l-​età jingħataw iktar flus u jkollhom il-​kera mħallsa. B’hekk, hemm il-​flus fin-​nofs. Alf B. Svensson isostni li divorzju ġo l-​Isvezja jiġi jiswa lil dawk li jħallsu t-​taxxi bejn 250 elf u 375 elf dollaru f’sussidji (Lm96,000 - Lm144,000), f’konċessjonijiet fejn tidħol akkomodazzjoni, u f’għajnuna soċjali.

Il-knejjes tal-​Kristjaneżmu donnhom li ftit li xejn qed jagħmlu biex jipprovaw ireġġgħu lura din it-​tendenza devastanti fost il-​familji. Ħafna isqfijiet u membri tal-​kleru qegħdin jissieltu maʼ kriżijiet fil-​familja tagħhom stess, u b’hekk iħossuhom inkapaċi li jgħinu lil oħrajn. Xi wħud donnhom huma saħansitra favur id-​divorzju. L-​Aftonbladet tal-​15 t’April, 1996, irrapportat li l-​isqof Steven Allen minn Bradford, l-​Ingilterra, ivvinta ċerimonja speċjali tad-​divorzju, u jħoss li din għandha sservi bħala att uffiċjali fil-​knejjes Britanniċi kollha. “Hija servizz taʼ fejqan biex tgħin lil dak li jkun jasal biex jaċċetta dak li ġralu. Din tgħinu jirrealizza li Alla xorta għadu jħobbu u teħilsu minn kull dispjaċir.”

Mela x’se jiġri mill-​istituzzjoni tal-​familja? Hemm xi tama li tibqaʼ teżisti? Jistgħu familji individwali jippreservaw l-​unità tagħhom meta jinsabu daqstant mhedda? Jekk jogħġbok ikkunsidra l-​artiklu li jmiss.

[Tabella f’paġna 5]

ŻWIĠIJIET KULL SENA MQABBLIN MAD-​DIVORZJI F’XI PAJJIŻI

PAJJIŻ SENA ŻWIĠIJIET DIVORZJI

Awstralja 1993 113,255 48,324

Danimarka 1993 31,507 12,991

Estonja 1993 7,745 5,757

Federazzjoni Russa 1993 1,106,723 663,282

Franza 1991 280,175 108,086

Ġappun 1993 792,658 188,297

Ġermanja 1993 442,605 156,425

Gżejjer Maldivi 1991 4,065 2,659

Kanada 1992 164,573 77,031

Kuba 1992 191,837 63,432

Norveġja 1993 19,464 10,943

Puerto Rico 1992 34,222 14,227

Renju Unit 1992 356,013 174,717

Repubblika Ċeka 1993 66,033 30,227

Stati Uniti 1993 2,334,000 1,187,000

Svezja 1993 34,005 21,673

(Ibbażat fuq id-​Demographic Yearbook, Ġnus Magħquda, New York 1996)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja