LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 7/1 p. 25
  • “Fis-Suq Kuljum”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Fis-Suq Kuljum”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Materjal Simili
  • Jehovah Wera Qalb Tajba bl-Imħabba Miegħi u Ħa Ħsiebi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Għoti taʼ Xiehda fis-Suq
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Uża bil-Għaqal il-Letteratura Tagħna Bbażata fuq il-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Tistmaha Int il-Letteratura Tagħna?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 7/1 p. 25

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

“Fis-​Suq Kuljum”

L-​APPOSTLU Pawlu kien juża kull opportunità biex ixerred il-​messaġġ tas-​Saltna. Biex isib lil dawk li kien jistħoqqilhom, hu ddisputa “fis-​sinagogi mal-​Lhud . . . u fis-​suq kuljum maʼ dawk li kienu jiltaqgħu miegħu.”—Atti 17:17, KŻ.

Żelu bħal dak kien u għadu l-​marka t’adoraturi veri taʼ Jehovah mill-​ewwel seklu E.K. ’l hawn. (Mattew 28:19, 20) Illum, ix-​Xhieda taʼ Jehovah wkoll jużaw diversi metodi hekk kif jgħinu b’mod żeluż lil dawk taʼ qalb onesta biex ikollhom għarfien eżatt tal-​verità. (1 Timotju 2:3, 4) L-​esperjenza li jmiss mill-​Awstralja turi dan.

Ħamest ijiem fil-​ġimgħa, Sid u Harold jieħdu ħsieb darba kull wieħed l-​ixkafef bil-​letteratura tal-​Bibbja qrib stazzjon tal-​ferrovija f’Sydney. Ilhom jaqsmu l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla b’dan il-​mod għal madwar ħames snin issa. Sid, li għandu 95 sena, jispjega: “Meta lħaqt is-​87 sena, ma bqajtx iktar kapaċi nsuq karozza. Dak iddiżappuntani għax kont nieħu pjaċir fl-​attività t’għoti taʼ xiehda fil-​pubbliku. Darba waħda waqt li kont viċin post popolari għat-​turisti msejjaħ Echo Point f’Katoomba, rajt artist li kien qed ibigħ pitturi taʼ pajsaġġi. Studjajt il-​pitturi u ħsibt bejni u bejn ruħi, ‘Jien għandi stampi aħjar minn dawk fil-​basket tiegħi​—u li jiswew ħafna inqas flus!’ Għalhekk, iddeċidejt li narma xkafef għal-​letteratura, inpoġġihom f’post fejn jgħaddu ħafna turisti, u noffri lil dawk li jkunu għaddejjin il-​letteratura sabiħa tal-​Bibbja li jqassmu x-​Xhieda taʼ Jehovah.

“Erbaʼ snin ilu, bdejt narma f’Sydney, u Harold ngħaqad miegħi. Darba kull wieħed nieħdu ħsieb l-​ixkafef u naħdmu mal-​kongregazzjonijiet lokali tagħna.” Harold, li issa għandu 83 sena, jgħid: “Mit-​Tnejn sal-​Ġimgħa ftit nies ikunu d-​dar. Għalhekk, li naqsmu l-​messaġġ tas-​Saltna b’dan il-​mod iressaqna fejn hemm in-​nies. Naturalment, niksbu riżultati aħjar. L-​għadd taʼ letteratura li nħallu man-​nies tassew jispikka għal dan il-​pajjiż.”

“Għalkemm qgħadna f’erbaʼ jew ħames postijiet differenti matul is-​snin,” jgħid Sid, “in-​nies malajr isiru jafu min aħna u l-​post fejn inkunu. Xi nies jiġu fuqna għal-​letteratura. Oħrajn ikunu jridu t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet li jkollhom. U xi wħud sempliċement ikunu jridu jitkellmu għal ftit minuti. B’dan il-​mod iż-​żjajjar lura tiegħi jiġu għandi,” jitbissem hu.

“Ħafna nies huma verament interessati fil-​Bibbja,” iżid Harold. “F’xahar wieħed erbaʼ persuni bdew jistudjaw il-​Bibbja max-​Xhieda grazzi għal-​letteratura li rċevew mingħandna u għall-​mistoqsijiet li konna kapaċi nweġbulhom minn fuq il-​Bibbja. Esperjenzi bħal dawn jinkuraġġuna ħafna.”

Bħal Sid u Harold​—u bħall-​appostlu Pawlu—​ix-Xhieda taʼ Jehovah kullimkien jużaw kull mezz possibbli biex ixerrdu l-​messaġġ vitali tagħhom. B’hekk, l-​“Evanġelju tas-​Saltna” jibqaʼ jixxandar “fid-​dinja kollha.”—Mattew 24:14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja