LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 10/15 pp. 15-19
  • Ġerusalemm—Hija Din “’il Fuq Minn Kull Ferħ” Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġerusalemm—Hija Din “’il Fuq Minn Kull Ferħ” Tiegħek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Barkiet u Responsabbiltajiet
  • Oppożizzjoni minn Ġirien Odjużi
  • Problemi Interni
  • Jitlestew is-​Swar taʼ Ġerusalemm
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Neħemija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Dejjem Irbaħ il-Ħażen bit-Tajjeb”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġerusalemm li Ġġib Unur lil Isimha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Is-Swar taʼ Ġerusalemm
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 10/15 pp. 15-19

Ġerusalemm​—Hija Din “’il Fuq Minn Kull Ferħ” Tiegħek?

“Jeħilli lsieni mas-​saqaf taʼ ħalqi, . . . jekk ma nżommx ’il Ġerusalemm ’il fuq minn kull ferħ tiegħi!”—SALM 137:6.

1. Ħafna eżiljati Lhud liema attitudni kellhom lejn il-​belt magħżula t’Alla?

KIENU għaddew kważi 70 sena minn mindu l-​ewwel eżiljati Lhud irritornaw lejn Ġerusalemm fis-​sena 537 Q.E.K. It-​tempju t’Alla kien inbena mill-​ġdid, imma l-​belt kienet għadha ħerba. Sadattant, ġenerazzjoni ġdida kienet kibret fl-​eżilju. Bla dubju ħafna minnhom ħassewhom bħas-​salmista li kanta: “Tibbiesli idi l-​leminija, jekk qatt ninsa lilek, Ġerusalemm!” (Salm 137:5) Xi wħud għamlu iktar milli sempliċement ftakru f’Ġerusalemm; huma wrew bl-​azzjonijiet tagħhom li din kienet issuperat “’il fuq minn kull ferħ” tagħhom.—Salm 137:6.

2. Min kien Esdra, u kif tbierek?

2 Per eżempju, ikkunsidra lill-​qassis Esd­ra. Saħansitra qabel ma rritorna lejn art twelidu, hu kien ħadem b’żelu għall-​interessi tal-​qima pura f’Ġerusalemm. (Esdra 7:6, 10) Esd­ra tbierek bil-​kbir għal dan. Alla Jehovah qanqal il-​qalb tas-​sultan tal-​Persja biex jagħti lil Esdra l-​privileġġ li jmexxi grupp ieħor taʼ eżiljati li jirritornaw lejn Ġerusalemm. Barra minn hekk, is-​sultan tahom kontribuzzjoni kbira taʼ deheb u fidda ‘biex isebbħu t-​tempju tal-​Mulej.’—Esdra 7:21-27.

3. Neħemija kif wera li Ġerusalemm kienet it-​tħassib ewlieni tiegħu?

3 Xi 12-il sena wara, kien hemm Lhudi ieħor li ħa azzjoni deċiżiva​—Neħemija. Hu qeda fil-​palazz Persjan f’Susa. Kellu pożizz­joni prestiġjuża bħala l-​kuppier tas-​Sultan Artasersi, imma din ma kinitx il-​kawża ewlenija għall-​“ferħ” taʼ Neħemija. Minflok, hu kien jixxennaq biex imur u jibni mill-​ġdid lil Ġerusalemm. Għal xhur sħaħ Neħemija talab dwar din il-​ħaġa, u Alla Jehovah bierku talli għamel dan. Meta sar jaf dwar it-​tħassib taʼ Neħemija, is-​sultan Pers­jan ipp­rovdielu qawwa militari u ittri li awtorizzawh jibni mill-​ġdid lil Ġerusalemm.—Neħemija 1:1–2:9.

4. Kif nistgħu nuru li l-​qima taʼ Jehovah tissupera lil kwalunkwe kawża oħra taʼ ferħ li jistaʼ jkollna?

4 Mingħajr l-​iċken dubju, Esdra, Neħemija, u ħafna Lhud li kkooperaw magħhom urew li l-​qima taʼ Jehovah, iċċentrata f’Ġerusalemm, kienet iżjed importanti minn kwalunkwe ħaġa oħra​—li din kienet “’il fuq minn kull ferħ” tagħhom, jiġifieri, ’il fuq minn kwalunkwe ħaġa oħra li setgħu jifirħu dwarha. Kemm huma taʼ inkuraġġiment dawn l-​individwi għal dawk kollha llum li jqisu lil Jehovah, il-​qima tiegħu, u l-​organizzazzjoni ggwidata mill-​ispirtu tiegħu bl-​istess mod! Japplika dan għalik? Turi bis-​sabar tiegħek f’xogħlijiet taʼ tjieba li l-​akbar raġuni tiegħek għall-​ferħ hija l-​privileġġ li tqim lil Jehovah mal-​poplu ddedikat tiegħu? (2 Pietru 3:11) Biex niġu inkuraġġiti iżjed għal dan l-​għan, ejjew nikkunsidraw ir-​riżultati mill-​aħjar tal-​vjaġġ taʼ Esdra lejn Ġerusalemm.

Barkiet u Responsabbiltajiet

5. Liema barkiet għonja rċevew l-​abitanti taʼ Ġuda fi żmien Esdra?

5 Il-​grupp taʼ madwar 6,000 eżiljat li rritornaw maʼ Esdra ġabu kontribuzzjonijiet taʼ deheb u fidda għat-​tempju taʼ Jehovah. Dawn kienu jammontaw għal madwar 35 miljun dollaru [Lm14,000,000] b’rati kurrenti. Dan kien madwar sebaʼ darbiet iżjed deheb u fidda milli kienu rnexxielhom iġibu l-​ewwel eżiljati. Min jaf kemm kienu grati lejn Jehovah l-​abitanti taʼ Ġerusalemm u Ġuda li jirċievu dan l-​appoġġ uman u materjali kollu! Imma barkiet għonja mingħand Alla jġibu wkoll ir-​responsabbiltà.—Luqa 12:48.

6. Esdra xi skopra f’art twelidu, u kif irreaġixxa?

6 Esdra malajr skopra li ħafna Lhud, ink­luż xi qassisin u anzjani, kienu kisru l-​Liġi t’Alla billi żżewġu nisa pagani. (Dewteronomju 7:​3, 4) Bix-​xieraq, hu kien imnikket ħafna dwar dan il-​ksur tal-​patt tal-​Liġi t’Alla. “Kif smajt dal-kliem, ċarratt ħwejġi u l-​mantar tiegħi, . . . u qgħadt bilqiegħda inkwetat ħafna.” (Esdra 9:3) Imbagħad, fil-​preżenza taʼ xi Iżraeliti b’qalbhom ittaqtaq, Esdra fetaħ qalbu maʼ Jehovah fit-​talb. Waqt li setaʼ jisimgħu kulħadd, Esdra rreveda d-​diżubbidjenza taʼ Iżrael fil-​passat u t-​twissija t’Alla dwar x’kellu jiġri jekk huma jiżżewġu lill-​abitanti pagani tal-​pajjiż. Hu kkonkluda: “Mulej, Alla taʼ Iżrael, int ġust, għax fadal aħna li ħlisnieha llum. Ara, aħna nistqarru dnubietna quddiemek, għax minħabba fihom ħadd ma jibqaʼ wieqaf quddiemek.”—Esdra 9:14, 15.

7. (a) Esdra kif serva taʼ eżempju eċċellenti f’li jittratta maʼ għemil ħażin? (b) Kif irreaġixxew il-​ħatjin fi żmien Esdra?

7 Esdra uża l-​espressjoni “aħna.” Iva, hu ink­luda lilu nnifsu, għalkemm ma kienx ħati personalment. In-​niket profond taʼ Esdra flimkien mat-​talb umli tiegħu messew il-​qlub tan-​nies u qanqluhom għal xogħlijiet li jixirqu lill-​indiema. Minn jeddhom huma ssuġġerew rimedju taʼ wġigħ il-​qalb​—dawk kollha li kienu kisru l-​Liġi t’Alla kell­hom jibagħtu lin-​nisa barranin lura lejn art twelidhom, flimkien mat-​tfal li kienu welldu. Esdra qabel li jittieħed dan il-​pass u inkuraġġixxa lill-​ħatjin biex ibaxxu rashom. Bl-​awtorità li kienet ingħatatlu mis-​sultan tal-​Persja, Esdra kellu d-​dritt li jagħti l-​mewt lil dawk koll­ha li jiksru l-​liġi jew li jitturufnahom minn Ġerusalemm u Ġuda. (Esdra 7:12, 26) Imma milli jidher ma kellux għalfejn jieħu azzjoni bħal din. Il-​“ġemgħa kollha” qalet: “Hekk hu, nagħmlu kif qed tgħidilna.” Barra minn hekk, huma stqarrew: “F’din il-​biċċa konna ħafna li żbaljajna.” (Esdra 10:11-13) Esdra kapitlu 10 jelenka l-​ismijiet taʼ 111-il raġel li obdew id-​deċiżjoni billi keċċew lin-​nisa barranin tagħhom u lit-​tfal li welldulhom.

8. L-​azzjoni drastika taʼ tkeċċija tan-​nisa barranin għala kienet fl-​interess taʼ l-​umanità kollha?

8 Din l-​azzjoni kienet fl-​interess mhux biss taʼ Iżrael imma wkoll taʼ l-​umanità kollha. Li kieku ma sar xejn biex jiġu rranġati l-​affarijiet, l-​Iżraeliti għandhom mnejn li kienu jinbelgħu mill-​ġnus taʼ madwarhom. F’dan il-​każ, il-​linja taʼ dixxendenza taż-​Żerriegħa Mwiegħed kienet tiġi kkontaminata. (Ġenesi 3:15; 22:18) Kien ikun diffiċli li tiġi stabbilita l-​identità taż-​Żerriegħa Mwiegħed bħala dixxendent tas-​Sultan David tat-​tribù taʼ Ġuda. Xi 12-il sena wara, din il-​kwistjoni vitali ngħatat attenzjoni mill-​ġdid meta “nisel Iżrael infired minn ulied il-​barranin.”—Neħemija 9:1, 2; 10:29, 30.

9. Il-​Bibbja x’parir tajjeb tagħti lill-​Kristjani li huma miżżewġin lil uħud mhux kredenti?

9 X’jistgħu jitgħallmu minn dan ir-​rakkont il-​qaddejja taʼ Jehovah tal-​preżent? Ara, il-​Kristjani m’humiex taħt il-​patt tal-​Liġi. (2 Korintin 3:14) Minflok, huma jobdu “l-​liġi taʼ Kristu.” (Galatin 6:2) B’hekk, Krist­jan miżżewweġ lil xi ħadd li mhux kredent josserva l-​parir taʼ Pawlu: “Jekk wieħed mill-​aħwa għandu martu ma temminx, u hi jogħġobha tgħammar miegħu, ma għandux jitlaqha.” (1 Korintin 7:12) Iktar minn hekk, Kristjani miżżewġin lil uħud mhux kredenti huma obbligati Skritturalment li jaħdmu biex iż-​żwieġ tagħhom ikun suċċess. (1 Pietru 3:1, 2) Ubbidjenza għal dan il-​parir eċċellenti spiss irriżultat fil-​barka li mseħbin mhux kredenti bidlu l-​attitudni tagħhom lejn il-​qima vera. Xi wħud saħansitra saru Kristjani mgħamm­din u leali.—1 Korintin 7:16.

10. Il-​Kristjani x’lezzjoni jistgħu jitgħallmu mill-​111-il raġel Iżraelit li keċċew lin-​nisa barranin tagħhom?

10 Madankollu, il-​każ taʼ l-​Iżraeliti li keċċew lin-​nisa barranin tagħhom jipprovdi lezzjoni eċċellenti għall-​Kristjani ġuvintur u xebbiet. Dawn m’għandhomx jibdew jinnamraw maʼ membri tas-​sess oppost li m’humiex kredenti. Li wieħed jevita relazzjoni bħal din għandu mnejn ikun diffiċli, saħansitra taʼ wġigħ, imma din hija l-​aħjar korsa jekk irid li jibqaʼ jkollu l-​barka t’Alla. Il-​Kristjani huma kkmandati: “La tintrabtux mal-​pagani taħt madmad wieħed li ma jiġikomx.” (2 Korintin 6:14) Ġuvni jew xebba Kristjani li jixtiequ jiżżewġu għandhom jippjanaw li jiżżewġu lil xi ħadd li hu kredent ġenwin bħalhom.—1 Korintin 7:39.

11. Bħall-​irġiel Iżraeliti, aħna kif nistgħu niġu mġarrbin rigward il-​kawża tagħna taʼ ferħ?

11 F’ħafna modi oħrajn ukoll, il-​Kristjani għamlu aġġustamenti meta nġibdet l-​attenz­joni tagħhom li kienu mexjin f’direzzjoni mhux Skritturali. (Galatin 6:1) Minn żmien għal żmien, dan il-​ġurnal identifika kondotta mhix Skritturali li tiskwalifika lil dak li jkun milli jibqaʼ jifforma parti mill-​organizzazzjoni t’Alla. Per eżempju, fl-​1973, il-​poplu taʼ Jehovah beda jifhem bis-​sħiħ li l-​abbuż mid-​drogi u l-​użu tat-​tabakk huma dnubiet serji. Biex insegwu korsa taʼ tjieba, irridu “nitnaddfu minn kull tidnis tal-​ġisem u tar-​ruħ.” (2 Korintin 7:1) Għadd mhux ħażin applikaw mill-​qalb dan il-​parir mill-​Bibbja; huma kienu lesti li jsofru s-​sintomi inizjali taʼ meta wieħed jinqataʼ mid-​droga sabiex jibqgħu parti mill-​poplu nadif t’Alla. Direzz­joni Skritturali ċara ngħatat ukoll rigward kwistjonijiet sesswali, l-​ilbies, l-​apparenza, u l-​għażla għaqlija taʼ l-​impjieg, id-​divertiment, u l-​mużika. Ikunu x’ikunu l-​prinċipji Skritturali li jinġabu għall-​attenzjoni tagħna, jalla nuru li aħna lesti ‘naġġustaw ruħna,’ bħal dawk il-​111-il raġel Iżraelit. (2 Korintin 13:11, NW) Dan se juri li l-​privileġġ li nqimu lil Jehovah fi sħubija mal-​poplu qaddis tiegħu huwa “’il fuq minn kull ferħ” tagħna.

12. X’seħħ fis-​sena 455 Q.E.K.?

12 Wara li tirrapporta l-​episodju li jinvolvi lin-​nisa barranin, il-​Bibbja ma tgħidilniex x’ġara f’Ġerusalemm fit-​12-il sena taʼ wara. Bla dubju, il-​ġirien taʼ Iżrael saru iżjed ostili minħabba l-​ikkanċellar taʼ ħafna rabtiet taʼ żwieġ. Fis-​sena 455 Q.E.K., Neħemija wasal f’Ġerusalemm bi skorta militari. Kien ġie maħtur gvernatur taʼ Ġuda u ġab ittri mingħand­ is-​sultan tal-​Persja li awtorizzawh biex jibni l-​belt mill-​ġdid.—Neħemija 2:9, 10; 5:14.

Oppożizzjoni minn Ġirien Odjużi

13. Il-​ġirien b’reliġjonijiet foloz tal-​Lhud liema attitudni wrew, u kif irreaġixxa Neħemija?

13 Ġirien b’reliġjonijiet foloz opponew l-​iskop li għalih kien ġie Neħemija. Il-​mexxejja tagħhom heddewh billi staqsew: “Jaqaw se tqumu kontra s-​sultan?” Waqt li wera fidi f’Jehovah, Neħemija wieġeb: “Hu Alla tas-​smewwiet li jibagħtilna r-​riżq, għax aħna qaddejja tiegħu. Aħna nqumu ħa nibnu, imma intom f’Ġerusalemm ma jkollkomx sehem, dritt, jew tifkira.” (Neħemija 2:​19, 20) Meta bdew it-​tiswijiet tas-​swar, l-​istess għedewwa żżuffjettaw: ‘X’inhuma jagħmlu dawk il-​Lhud bla saħħa? Jaqaw se jerġgħu jġibu lura minn gozz trab il-​ġebel li ġie maħruq? Dak il-​ħajt tal-​ġebel biżżejjed jaħbat għalih volpi biex jagħmlu ħerba!’ Minflok ma wieġeb għal dawn ir-​rimarki, Neħemija talab: “Ismaʼ, O Alla, kif qegħdin iwaqqgħuna għaċ-​ċajt. Raġġaʼ lura fuq rashom iż-​żebliħ tagħhom.” (Neħemija 3:34-36 [Neħemija 4:2-4, NW]) Kontinwament, Neħemija kien taʼ eżempju eċċellenti rigward serħan fuq Jehovah!—Neħemija 6:14; 13:14.

14, 15. (a) Neħemija kif ittratta mat-​theddida taʼ vjolenza mill-​għedewwa? (b) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif irnexxielhom ikomplu bix-​xogħol tagħhom taʼ bini spiritwali minkejja oppożizzjoni feroċi?

14 Biex iwettqu l-​inkarigu importanti tagħhom taʼ ppridkar, ix-​Xhieda taʼ Jehovah llum ukoll jistrieħu fuq Alla. L-​avversarji jipprovaw ifixklu dan ix-​xogħol billi jwaqqgħuhom għaż-​żuffjett. Xi drabi, individwi interessati fil-​messaġġ tas-​Saltna jaqtgħu qalbhom għaliex ma jkunux jifilħu għar-​ridikolar. Jekk ir-​ridikolar ifalli, l-​avversarji għandhom mnejn jirrabjaw u jirrikorru għal theddid taʼ vjolenza. Dan hu li ġarrbu l-​bennejja tas-​swar taʼ Ġerusalemm. Imma Neħemija ma ħallihomx ibeżżgħuh. Minflok, lill-​bennejja armahom kontra l-​attakki taʼ l-​għadu u saħħilhom il-​fidi billi qalilhom: “Tibżgħux minnhom! Ftakru li l-​Mulej hu kbir u tal-​biżaʼ. Iġġieldu għal ħutkom, għal uliedkom, subjien u bniet, għan-​nisa tagħkom, u għal djarkom.”—Neħemija 4:7, 8 [Neħemija 4:13, 14, NW].

15 Bħal fi żmien Neħemija, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ġew mgħammrin tajjeb biex ikomplu x-​xogħol taʼ bini spiritwali tagħhom minkejja oppożizzjoni feroċi. “L-​irsir leali u diskret” ipprovda ikel spiritwali li jsaħħaħ il-​fidi, u li jgħin lill-​poplu t’Alla jkun produttiv saħansitra fejn ix-​xogħol hu pprojbit. (Mattew 24:45, NW) Bħala riżultat, Jehovah komp­la jbierek lill-​poplu tiegħu b’żjieda maʼ l-​art koll­ha.—Isaija 60:22.

Problemi Interni

16. Liema problemi interni heddew l-​ispirtu tal-​bennejja tas-​swar taʼ Ġerusalemm?

16 Hekk kif ipprogressa l-​bini mill-​ġdid tas-​swar taʼ Ġerusalemm u dawn bdew telgħin fil-​għoli, ix-​xogħol sar iżjed diffiċli. Dan kien meta feġġet problema li kienet taʼ theddida għall-​ispirtu tal-​bennejja li kienu qed jissaraw max-​xogħol. Minħabba skarsezzi taʼ ikel, xi Lhud kienu qed isibuha iebsa li jipp­rovdu ikel għall-​familji tagħhom u jħallsu t-​taxxi tagħhom lill-​gvern tal-​Persja. Lhud iktar għonja silfuhom ikel u flus. Kuntrarju għal-​Liġi t’Alla, madankollu, l-​Iżraeliti fqar kellhom jirhanu l-​artijiet u t-​tfal tagħhom bħala garanzija li kienu se jħallsu lura l-​flus bl-​imgħax. (Eżodu 22:25; Levitiku 25:35-37; Neħemija 3:38; Neħemija 4:4 [ Neħemija 4:6, 10, NW]; Neħemija 5:1-5) Issa l-​kredituri kienu qed jhedduhom li se jiħdulhom l-​artijiet u jġagħluhom ibigħu lil uliedhom bħala rsiera. Neħemija kien inkorlat għall-​aħħar minħabba din l-​attitudni materjalistika u nieqsa mill-​imħabba. Hu aġixxa malajr biex jiżgura li l-​barka taʼ Jehovah tibqaʼ fuq ix-​xogħol taʼ bini mill-​ġdid tas-​swar taʼ Ġerusalemm.

17. X’għamel Neħemija biex jiżgura li l-​barka taʼ Jehovah tkompli fuq ix-​xogħol tal-​bini, u b’liema riżultat?

17 Ġiet organizzata “ġemgħa kbira,” u Neħemija wera biċ-​ċar lill-​Iżraeliti iktar għonja li dak li kienu għamlu ma kienx jogħġob lil Jehovah. Imbagħad appella lill-​ħatjin, ink­luż xi wħud mill-​qassisin, biex jirritornaw l-​imgħax kollu li kienu ħadu u jirritornaw l-​artijiet meħudin b’mod illegali mingħand dawk li ma setgħux iħallsu l-​imgħax. B’mod kommendabbli, il-​ħatjin qalu: “Nroddulhom lura, u ma nitolbuhom xejn lura. Nagħmlu kif għedtilna int.” Dan ma kienx sempliċement kliem vojt, għax il-​Bibbja tirrapporta li “l-​poplu għamel skond ma kien wiegħed.” U l-​kongregazzjoni kollha faħħret lil Jehovah.—Neħemija 5:7-13.

18. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għal liema attitudni saru magħrufin?

18 Xi ngħidu għal żmienna? Minflok ma japp­rofittaw irwieħhom, ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma magħrufin maʼ kullimkien għall-​attitudni ġeneruża tagħhom lejn kredenti sħabhom u oħrajn li jkunu ntlaqtu minn xi gwaj. Bħal fi żmien Neħemija, dan irriżulta f’ħafna espressjonijiet grati taʼ tifħir lejn Jehovah. Fl-​istess ħin, madankollu, “l-​irsir leali u diskret” sab li hu neċessarju li jagħti pariri Skritturali dwar kwistjonijiet li jinvolvu n-​negozju u dwar il-​bżonn li wieħed jevita li b’regħba japprofitta ruħu minn oħrajn. F’ċerti pajjiżi huwa komuni li tintalab dota enormi għall-​għarusa, imma l-​Bibbja twissi ċar li r-​rgħiba u l-​ħattafa ma jirtux is-​Saltna t’Alla. (1 Korintin 6:9, 10) Il-​mod kif il-​biċċa l-​kbira mill-​Kristjani jwieġbu tajjeb għal dawn il-​pariri jfakkarna dwar kif dawk il-​Lhud irrealizzaw li kienet ħaġa midinba li japprofittaw ruħhom minn ħuthom li kienu fqar.

Jitlestew is-​Swar taʼ Ġerusalemm

19, 20. (a) It-​tlestija tas-​swar taʼ Ġerusalemm x’effett kellha fuq l-​avversarji reliġjużi? (b) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah liema rebħa esperjenzaw f’ħafna pajjiżi?

19 Minkejja l-​oppożizzjoni kollha, is-​swar taʼ Ġerusalemm tlestew fi 52 jum. Dan x’effett kellu fuq l-​avversarji? Neħemija qal: “U meta semgħu b’dan l-​għedewwa tagħna kollha u rawh il-​ġnus li kienu joqogħdu madwarna, intebħu li kienu waqgħu fl-​istima tagħhom stess; u saru jafu li dan ix-​xogħol kien sar bl-​għajnuna taʼ Alla tagħna.”—Neħemija 6:16.

20 Illum, l-​oppożizzjoni taʼ l-​għedewwa kont­ra x-​xogħol t’Alla tkompli f’diversi modi u postijiet. Madankollu, miljuni taʼ nies raw kemm hu inutli li jopponu lix-​Xhieda taʼ Jehovah. Per eżempju, ikkunsidra attentati tal-​passat biex iġibu fi tmiem ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar fil-​Ġermanja Nazista, l-​Ewropa tal-​Lvant, u ħafna pajjiżi fl-​Afrika. Dawn l-​attentati kollha fallew, u ħafna nies issa jirrikonoxxu li ‘dan ix-​xogħol qed isir bl-​għajnuna t’Alla tagħna.’ Kemm kien premjanti dan għal uħud leali li ilhom fil-​verità u li għamlu l-​qima taʼ Jehovah “’il fuq minn kull ferħ” tagħhom f’dawn il-​pajjiżi!

21. Liema ġrajjiet sinjifikanti se jiġu kkunsidrati fl-​artiklu li jmiss?

21 Fl-​artiklu li jmiss, se nirrevedu ġrajjiet importanti li wasslu għall-​inawgurazzjoni tas-​swar mibnijin mill-​ġdid taʼ Ġerusalemm. Se nikkunsidraw ukoll kif qed toqrob it-​tlestija taʼ belt ferm iżjed grandjuża għall-​benefiċċ­ju taʼ l-​umanità kollha.

Tiftakar Int?

◻ Esdra u oħrajn kif ferħu minħabba Ġerusalemm?

◻ Esdra u Neħemija għenu lil ħafna Lhud biex jikkoreġu liema żbalji?

◻ Liema lezzjonijiet tistaʼ tieħu mir-​rakkonti li jinvolvu lil Esdra u lil Neħemija?

[Stampa f’paġna 15]

Ġerusalemm, u mhux l-​impjieg prestiġjuż tiegħu f’Susa, kienet il-​ħaġa ewlenija li kkonċernat lil Neħemija

[Stampi f’paġni 16, 17]

Bħal Neħemija, aħna għandna bżonn nitolbu għall-​gwida mingħand Jehovah u għas-​saħħa biex inkomplu fl-​inkarigu tagħna taʼ ppridkar li hu taʼ importanza assoluta

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja