LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 9/15 pp. 27-28
  • “Biddiltuli l-Impressjoni li Kelli Dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Biddiltuli l-Impressjoni li Kelli Dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Rakkonti taʼ Fidi minn ġo Ħabs Storiku
    Stenbaħ!—2001
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Jistgħu l-Ħabsin Tassew Jirranġaw Ħajjithom?
    Stenbaħ!—2001
  • Hija s-Soluzzjoni Parti mill-Problema?
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 9/15 pp. 27-28

“Biddiltuli l-​Impressjoni li Kelli Dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah”

DIn kienet ir-​reazzjoni taʼ wieħed uffiċjal tal-​ħabs meta qara artiklu dwar ix-​xogħol tax-​Xhieda taʼ Jehovah, kif rapportat dwaru fil-​ħarġa tagħna tal-​15 t’Ottubru, 1998. L-​artiklu, “Meta Qlub Ibsin Jibdew Iwieġbu,” iddokumenta s-​suċċess li kellhom ix-​Xhieda taʼ Jehovah f’li jaħdmu mal-​ħabsin f’Wołów, ġewwa l-​Polonja.

Qabel ma l-​ħarġa msemmija hawn fuq tat-​Torri taʼ l-​Għassa ħarġet għall-​pubbliku, saret laqgħa speċjali fil-​penitenzjarju taʼ Wołów nhar it-​13 taʼ Settembru, 1998, sabiex din ir-​rivista tiġi provduta għall-​ħabsin stess. Dawk mistidnin biex jattendu kienu jinkludu Xhieda lokali, ħabsin mgħammdin u ħabsin oħrajn interessati, u għadd taʼ uffiċjali tal-​penitenzjarju. Dawn li ġejjin huma xi osservazzjonijiet li saru minn dawk li attendew.

Jerzy, wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah li tgħammed fil-​ħabs iktar minn ħames snin ilu, qal: “Inħossni ferħan ħafna, għax illum nistaʼ naqra dwar kemm sforz għamlu l-​aħwa mill-​kongregazzjonijiet fil-​qrib biex jgħinuna.” Hu żied: “Nibqaʼ nistinka biex nitjieb, u nistaʼ nara kif Jehovah kien u għadu qed isawwarni.”

Priġunier ieħor, li jismu Zdzisław, qal rigward ix-​xogħol t’għoti taʼ xiehda fil-​ħabs: “Fil-​preżent, għandna erbaʼ priġunieri li qed jippreparaw għall-​magħmudija, u persuni ġodda interessati jkomplu jattendu l-​laqgħat fis-​sala tagħna. Dan l-​artiklu huwa motivazzjoni qawwija għalina biex inkomplu għaddejjin bl-​attività tagħna f’din l-​għalqa.” X’attitudni pożittiva għandu Zdzisław, meta tqis li baqagħlu jservi 19-il sena oħra fil-​ħabs!

Wara li qara l-​artiklu dwar il-​penitenzjarju f’Wołów, wieħed uffiċjal tal-​ħabs qal: “Ġejna onorati b’mod speċjali. Qatt ma kont naħseb li dan il-​penitenzjarju se jirċievi pubbliċità pożittiva bħal din f’130 lingwa madwar id-​dinja. Intom togħġbuni ħafna, u napprezza l-​isforzi li tagħmlu għan-​nom tal-​priġunieri.” Uffiċjal ieħor żied: “Biddiltuli l-​impressjoni li kelli dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Qabel kont inqiskom bħala fanatiċi reliġjużi. Issa nistaʼ nara li intom nies taʼ prinċipju.”

Id-direttur tal-​ħabs taʼ Wołów, Marek Gajos, tbissem u qal: “Għall-​ewwel ħsibna li kontu se tagħżqu fl-​ilma. Ħsibna li kontu biss reliġjon oħra b’xewqa kbira li tirriabilita lill-​priġunieri permezz tal-​Bibbja. Madankollu, meta rajna r-​riżultati li tat l-​attività tagħkom minn kif bdejtu, iddeċidejna li nikkooperaw mill-​qrib magħkom. Issa ilkom tiġu hawn għal disaʼ snin bla ma qatt naqqastu mill-​ħeġġa tagħkom, u napprezza ferm dak li għamiltu s’issa.”

Iżda l-​artiklu kif intlaqaʼ mill-​popolazzjoni ġenerali tal-​ħabs f’Wołów? Tant kien hemm interess fost il-​ħabsin li x-​Xhieda ġewwa l-​ħabs spiċċatilhom il-​provvista tagħhom taʼ din ir-​rivista. L-​uffiċjali tal-​ħabs ukoll urew interess billi talbu 40 kopja żejda għalihom stess. Biex ilaħħqu maż-​żjieda fid-​domanda, il-​kongregazzjonijiet lokali taw l-​għajnuna tagħhom u pprovdew 100 kopja żejda għall-​aħwa fil-​ħabs. Fl-​istess ħin, l-​attendenza għal-​laqgħat fil-​ħabs żdiedet.

Piotr Choduń, uffiċjal tal-​ħabs li kkoopera mill-​qrib max-​Xhieda taʼ Jehovah, qal: “Iddeċidejna li npoġġu kopja taʼ dan l-​artiklu f’kull vetrina li hawn fil-​penitenzjarju tagħna. Nittamaw li l-​ħabsin kollha li għadhom m’humiex qed jistudjaw il-​Bibbja magħkom se jaqrawha din ir-​rivista.”

L-eżempju mill-​aħjar tax-​Xhieda u l-​isforzi determinati tagħhom fl-​ippridkar ikomplu jkollhom riżultati tajbin. Minbarra l-​15-il priġunier li għamlu progress sal-​punt li tgħammdu, żewġ uffiċjali tal-​ħabs iddedikaw ħajjithom lil Jehovah u uffiċjal ieħor talab studju tal-​Bibbja. M’għandniex xi ngħidu, l-​aħwa li jippridkaw fil-​ħabs f’Wołów jagħtu l-​kredtu kollu lil Alla Jehovah għas-​suċċess tagħhom.—Qabbel l-1 Korintin 3:6, 7.

[Stampa f’paġna 28]

Tliet Xhieda u wieħed mill-​ħabsin waqt il-​preżentazzjoni tar-​rivista fis-​sala fejn isiru l-​lectures ġewwa l-​ħabs

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja