LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 6/15 pp. 24-26
  • Kunu Ferħanin bit-Tama tas-Saltna!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kunu Ferħanin bit-Tama tas-Saltna!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Jibqgħu Ferħanin
  • Esperjenzi taʼ Ferħ fis-​Servizz tas-​Saltna u f’Gilgħad
  • Thennew f’Jehovah u Kunu Ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Qis l-Affarijiet mill-Ħarsa t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Nies li minn Rajhom Jitqanqlu biex Jiġu Gilgħad
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Il-Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin Ixandru “l-Għeġubijiet”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 6/15 pp. 24-26

Kunu Ferħanin bit-​Tama tas-​Saltna!

KIENET okkażjoni ferriħija li ġabret l-​udjenza taʼ 5,784 ruħ flimkien fl-​10 taʼ Marzu, 2001, fit-​tliet kumplessi fl-​Istat taʼ New York użati mill-​familja kbira taʼ Betel. L-​okkażjoni kienet il-​gradwazzjoni tal-​110 klassi taʼ l-​iskola missjunarja taʼ Gilgħad.

Carey Barber, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah, ta merħba lil kulħadd u fetaħ il-​programm billi stqarr: “Nieħdu pjaċir inkunu nafu li issa 110 klassijiet taʼ studenti taʼ Gilgħad ġew imħarrġin bħala missjunarji u mogħtijin inkarigi f’territorji madwar id-​dinja kollha.”

Kif Jibqgħu Ferħanin

Wara l-​kummenti tal-​ftuħ taʼ Ħuna Barber, Don Adams indirizza lill-​udjenza, inkluż it-​48 student li kienu se jiggradwaw, fuq is-​suġġett “Il-​Barka taʼ Jehovah Tagħmilna Għonja.” Billi bbaża t-​taħdita tiegħu fuq Proverbji 10:​22, hu fakkar lill-​udjenza li Jehovah jsostni u jbierek lill-​qaddejja tiegħu meta jpoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel f’ħajjithom. Hu inkuraġġixxa lill-​istudenti biex jaċċettaw l-​inkarigu ġdid tagħhom minn qalbhom bħalma għamel l-​appostlu Pawlu meta kien ġie mistieden biex ‘imur il-​Maċedonja u jgħinhom.’ (Atti 16:9) Għalkemm kellu jegħleb xi diffikultajiet, il-​fatt li Pawlu kien lest li jippriedka fejn kien mibgħut irriżulta f’ħafna barkiet taʼ ferħ.

Il-membri tal-​klassi li kienet se tiggradwa spiċċaw il-​ħames xhur tagħhom taʼ studju tal-​Bibbja u taħriġ li ppreparawhom għax-​xogħol missjunarju. Xorta waħda, Daniel Sydlik, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah, ħeġġiġhom biex jibqgħu jitgħallmu. Meta kien qed jitkellem fuq it-​tema “Kunu Dixxipli Veri,” hu kkummenta: “Li nkunu dixxipli jfisser li nobdu l-​kliem taʼ Ġesù l-​ħin kollu. Dan jinvolvi li nkunu dejjem lesti li nagħtu widen għall-​kliem, għall-​messaġġ, u għat-​tagħlim tiegħu.” Hu ħareġ il-​punt li d-​dixxipli taʼ Kristu ma jiħdux deċiżjonijiet mingħajr ma jagħtu widen għal leħen is-​Sid, u li dan f’ħajtu dejjem irrifletta l-​għerf t’Alla. (Kolossin 2:3) Ħadd minna ma jistaʼ jismaʼ l-​kliem taʼ Ġesù darba u mbagħad jikkonkludi li jaf kollox dwaru. Għalhekk, Ħuna Sydlik inkuraġġixxa lill-​gradwati biex jibqgħu jitgħallmu, japplikaw, u jgħallmu l-​verità Kristjana, li tirriżulta f’ħelsien.—Ġwann 8:​31, 32.

Biex wieħed jibqaʼ ferħan fis-​servizz t’Alla jrid ikun lest li jaċċetta d-​dixxiplina u l-​korrezzjoni. “Se Jikkoreġik il-​Ġewwieni Tiegħek?” kienet il-​mistoqsija li staqsa Lawrence Bowen, għalliem taʼ Gilgħad. Hu wera li fil-​Bibbja l-​ġewwieni figurattiv għandu x’jaqsam mal-​ħsibijiet u l-​emozzjonijiet profondi taʼ dak li jkun. Il-​ġewwieni jistaʼ jservi biex jikkoreġi lil dak li jkun, dment li dan iħalli l-​pariri ispirati tal-​Kelma t’Alla jidħlu fil-​fond tal-​personalità tiegħu. (Salm 16:7; Ġeremija 17:10) Il-​ħajja leali taʼ dak li jkun tistaʼ saħansitra tmiss qalb Jehovah profondament. Wara li qara Proverbji 23:​15, 16, il-​kelliemi staqsa: “Se jikkoreġik il-​ġewwieni tiegħek?” Hu żied: “Aħna nitolbu li hekk jagħmel, u b’hekk int iġġiegħel lil Jehovah jesperjenza ferħ kbir ġewwa fih. Tqanqal l-​emozzjonijiet profondi tiegħu. Iva, iġġiegħel il-​ġewwieni t’Alla jifraħ hekk kif tibqaʼ lealment fl-​inkarigu tiegħek.”

L-aħħar taħdita f’din il-​parti tal-​programm ngħatat minn Mark Noumair, li qabel ma sar għalliem taʼ Gilgħad qeda bħala missjunarju fil-​Kenja. It-​taħdita tiegħu intitolata “Aħjar Tara b’Għajnejk” enfasizzat l-​importanza taʼ li wieħed jikkultiva l-​kuntentizza. Fi qbil maʼ Koħèlet 6:​9, Ħuna Noumair irrikkmanda: “Aċċettaw ir-​realtà. Dan ifisser li ‘tara b’għajnejk.’ Minflok toqogħdu toħolmu dwar xi ħaġa li tridu tagħmlu imma li ma tkunux qed tagħmluha, ikkonċentraw biex tagħmlu l-​aħjar li tistgħu fiċ-​ċirkustanzi preżenti tagħkom. Li tgħixu f’dinja kollha fantasiji, tistennew affarijiet mhux raġunevoli, jew toqogħdu taħsbu fuq il-​fatturi negattivi taʼ l-​inkarigu tagħkom se jagħmilkom biss imdejqin u diżappuntati.” Iva, inkunu fejn inkunu jew huma x’inhuma ċ-​ċirkustanzi, li nikkultivaw il-​kuntentizza bbażata fuq ir-​relazzjoni tagħna m’Alla skond iċ-​ċirkustanzi tagħna se jagħmilna ferħanin li qed naqdu lill-​Ħallieq Grandjuż tagħna.

Esperjenzi taʼ Ferħ fis-​Servizz tas-​Saltna u f’Gilgħad

Wara dawn il-​pariri prattiċi mit-​taħditiet, l-​istudenti rrakkontaw xi esperjenzi li gawdew meta ħadu sehem fil-​ministeru pubbliku matul il-​kors taʼ ħames xhur. Taħt id-​direzzjoni taʼ Wallace Liverance, ir-​reġistratur taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad, l-​istudenti li kienu se jiggradwaw qalu kif huma rrikkmandaw lilhom infushom bħala ministri t’Alla. (2 Korintin 4:​2, Saydon) Kienu kapaċi jqanqlu l-​kuxjenza mogħtija minn Alla taʼ xi wħud. L-​esperjenzi taʼ l-​istudenti wrew kif inbdew studji tal-​Bibbja maʼ individwi sinċieri li ltaqgħu magħhom fit-​toroq, fil-​ministeru minn dar għal dar, u f’aspetti oħra. F’okkażjonijiet differenti, in-​nies li wrew interess qalu li l-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja taʼ l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah kienu jgħidu l-​verità. Waħda mill-​inkwilini rreaġixxiet verament b’mod pożittiv għal vers partikulari tal-​Bibbja. Issa qed tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah.

Imbagħad, Joel Adams intervista lil xi wħud li kienu ggradwaw minn Gilgħad snin qabel. It-​tema tiegħu kienet “Qatt Tieqfu Titgħallmu, Qatt Tieqfu Milli Taqdu lil Jehovah.” Dawk intervistati taw pariri f’waqthom lill-​missjunarji l-​ġodda. Billi ftakar fi żmienu bħala membru tas-​26 klassi taʼ Gilgħad, Harry Johnson qal: “Ġejna mgħallmin li Jehovah dejjem mexxa lin-​nies tiegħu u se jibqaʼ jmexxihom. Din il-​fiduċja kienet taʼ inkuraġġiment matul is-​snin.” William Nonkes, membru tat-​53 klassi taʼ Gilgħad, wissa lill-​gradwati: “Fuq kollox, żommu f’moħħkom il-​prinċipji Bibliċi, u applikawhom f’kull deċiżjoni li tkunu se tieħdu f’ħajjitkom issa u għal dejjem. Bħala riżultat, tkunu kapaċi tibqgħu fl-​inkarigu tagħkom, u Jehovah jberikkom bil-​kbir.”

“Imsaħħin biex Twettqu r-​Rieda taʼ Jehovah” kienet it-​tema li għażel Richard Rian għall-​parti tiegħu fil-​programm. Wieħed minn dawk li intervista kien John Kurtz, gradwat tat-​30 klassi, li qattaʼ iktar minn 41 sena fi Spanja bħala missjunarju. Meta ġie mistoqsi dwar il-​kurrikulu taʼ Gilgħad, Ħuna Kurtz stqarr: “Il-​ktieb prinċipali huwa l-​Bibbja. U mbagħad għandna għajnuniet għall-​istudju tal-​Bibbja sabiex jgħinuna nifhmu l-​Bibbja. Dawn huma disponibbli għal kulħadd. Ma tingħata l-​ebda informazzjoni sigrieta f’Gilgħad. Jien ma niqafx nenfasizzah dan għax ilkoll kemm aħna għandna f’idejna l-​informazzjoni li tiġi provduta f’Gilgħad.”

Ħuna Gerrit Lösch, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah, għalaq il-​programm spiritwali billi tkellem fuq is-​suġġett “Fuq u Taħt Ġwinħajn Jehovah.” Hu spjega kif fil-​Bibbja l-​protezzjoni t’Alla u l-​appoġġ tal-​qaddejja leali tiegħu huma mxebbhin mal-​ġwienaħ taʼ l-​ajkla. (Dewteronomju 32:​11, 12; Salm 91:4) Kultant, l-​ajkla adulta tiftaħ ġwinħajha għal sigħat sħaħ sabiex tipproteġi liż-​żgħar tagħha. Xi drabi, ajkla omm tistaʼ saħansitra ddawwar ġwinħajha madwar iż-​żgħar tagħha biex tipproteġihom mill-​irwiefen kesħin. B’mod simili u fi qbil maʼ l-​iskop tiegħu, Jehovah jistaʼ jgħin lill-​qaddejja leali tiegħu, b’mod partikulari meta jiffaċċjaw xi provi spiritwali. Jehovah ma jħallix li l-​qaddejja tiegħu jiġġarrbu iktar milli jifilħu imma jiftħilhom it-​triq biex ikunu jistgħu jissaportu. (1 Korintin 10:13) Ħuna Lösch ikkonkluda billi qal: “Sabiex nibqgħu protetti spiritwalment, irridu nibqgħu taħt ġwinħajn Jehovah. Dan ifisser li m’għandniex niżviluppaw spirtu taʼ indipendenza. Ejja dejjem nibqgħu qrib Jehovah u l-​organizzazzjoni tiegħu bħala omm, billi ma nisseparawx lilna nfusna mid-​direzzjoni u l-​pariri kollha mħabba tagħhom.”

Iċ-chairman qara t-​telegrammi u t-​tislijiet taʼ ferħ minn madwar id-​dinja kollha. Imbagħad saret il-​preżentazzjoni tad-​diplomi. Meta twaqqfet l-​Iskola taʼ Gilgħad, din saret bil-​ħsieb li jkun hemm biss numru limitat taʼ klassijiet għal perijodu taʼ ħames snin. Imma Alla Jehovah ħalla li din l-​iskola tkompli għal 58 sena. Bħalma qal Ħuna Barber fil-​kummenti tiegħu tal-​ftuħ: “X’rekord verament meraviljuż wettqu l-​gradwati taʼ Gilgħad minn mindu ġiet inawgurata Gilgħad fl-​1943! L-​isforzi tagħhom kollha flimkien irriżultaw biex letteralment jiżdiedu mijiet t’eluf taʼ wħud ġwejdin fuq l-​art maʼ l-​organizzazzjoni glorjuża taʼ Jehovah.” Iva, din l-​iskola missjunarja kkontribwiet biex miljuni taʼ nies ikunu ferħanin bit-​tama tas-​Saltna.

[Kaxxa f’paġna 24]

STATISTIĊI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 8

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 18

Numru taʼ studenti: 48

Età medja: 34

Medja taʼ snin fil-​verità: 18

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 13

[Stampa f’paġna 25]

Il-​110 Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Vacek, E.; Madelin, L.; Evans, G.; Watanabe, K. (2) Trafford, P.; Turfa, J.; Wilson, P.; Williams, R.; Weber, A. (3) Johnson, T.; Hanau, K.; Mourlhou, F.; Charpentier, F.; Peckham, R.; Androsoff, P. (4) Seegers, T.; Seegers, D.; Bailey, P.; Bailey, M.; Madelin, K.; Lippold, E.; Lippold, T. (5) Evans, N.; Gold, R.; Bollmann I.; Vacek, R.; Oundjian, J.; Wilson, N. (6) Turfa, J.; Zuidema, L.; Zuidema, R.; Bengtsson, C.; Bengtsson, J.; Galano, M.; Galano, L. (7) Peckham, T.; Mourlhou, J.; Charpentier, C.; Gold, M.; Bollmann, R.; Oundjian, F. (8) Weber, R.; Johnson, B.; Hanau, D.; Watanabe, Y.; Williams, R.; Trafford, G.; Androsoff, T.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja