LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 12/15 pp. 25-27
  • Il-Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin Ixandru “l-Għeġubijiet”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin Ixandru “l-Għeġubijiet”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xandru “l-​Għeġubijiet taʼ Alla”
  • Il-​Pariri u l-​Esperjenzi Huma taʼ Inkuraġġiment
  • Imqanqlin Biex Jaqdu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Qegħdin Joffru Lilhom Infushom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Kunu Ferħanin bit-Tama tas-Saltna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Thennew f’Jehovah u Kunu Ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 12/15 pp. 25-27

Il-​Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin Ixandru “l-​Għeġubijiet”

FOLLA mill-​isbaħ taʼ 6,635 ruħ minn 52 pajjiż kienet preżenti għall-​programm tal-​gradwazzjoni tal-​115-il klassi taʼ l-​Iskola tal-​Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead) fit-​13 taʼ Settembru, 2003.

Huma semgħu l-​inkuraġġiment ibbażat fuq il-​Bibbja li ngħata lit-​48 student tal-​klassi biex huma jieħdu “l-​għeġubijiet taʼ Alla” għand in-​nies taʼ 17-il pajjiż differenti. (Atti 2:​11) Dan hu fejn il-​gradwati issa se jagħmlu x-​xogħol tagħhom bħala missjunarji.

Fil-kummenti tal-​ftuħ tiegħu, Stephen Lett, li hu membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah u li qeda bħala ċ-​chairman għall-​gradwazzjoni, fakkar lill-​istudenti: “Meta titilqu għall-​inkarigi tagħkom, tmorru fejn tmorru jew ikunu xi jkunu ċ-​ċirkustanzi li jkollkom tiffaċċjaw, iktar hemm magħkom milli hemm kontrikom.” Billi uża kapitlu 6 tat-​Tieni Slaten, Ħuna Lett fakkar lill-​istudenti li huma jistgħu jserrħu fuq l-​appoġġ t’Alla Jehovah u taʼ mirjadi t’anġli waqt li jagħmlu magħrufa “l-​għeġubijiet taʼ Alla.” (2 Slaten 6:​15, 16) Il-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu ffaċċjaw l-​oppożizzjoni u l-​apatija fix-​xogħol tagħhom taʼ l-​ippridkar u tat-​tagħlim, u l-​missjunarji Kristjani llum jiffaċċjaw ċirkustanzi simili. Madankollu, huma jistgħu jserrħu fuq l-​appoġġ mis-​sema kif ukoll mill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah hawn fuq l-​art.​—Salm 34:8 (34:​7, NW ); Mattew 24:45.

Xandru “l-​Għeġubijiet taʼ Alla”

Wara l-​kummenti tal-​ftuħ taċ-​chairman, Harold Corkern mill-​Kumitat tal-​Fergħa fl-​Istati Uniti tkellem fuq it-​tema “Stennijiet Realistiċi​—Il-​Muftieħ għal Servizz taʼ Ferħ u Suċċess.” Ħuna Corkern wera li tamiet li ma jiġux imwettqin jistgħu jwasslu għal diżappunti, kif juri Proverbji 13:12. Madankollu, id-​diżappunt spiss jiġi minħabba stennijiet mhux realistiċi li ma jiġux imwettqin. Il-​gradwati għandhom bżonn ħarsa bilanċjata u realistika tagħhom infushom u t’oħrajn. Huma għandhom jistennew li jagħmlu xi żbalji, imma dawn m’għandhomx iġagħluhom iħossuhom imnikktin iżżejjed waqt li jistinkaw biex jgħinu lill-​oħrajn japprezzaw “l-​għeġubijiet taʼ Alla.” Ħuna Corkern inkuraġġixxa lill-​missjunarji ġodda biex iserrħu fuq Jehovah, dak li “jagħti l-​ħlas xieraq lil dawk li jfittxuh.”​—Lhud 11:6.

Wara, fil-​programm kien imissu Daniel Sydlik, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, li tkellem fuq it-​tema “It-​Tama Kristjana​—X’Inhi?” Hu stqarr: “It-​tama hija virtù Kristjana. Din hija livell taʼ korrettezza li ġġib lil dak li jkun f’relazzjoni xierqa m’Alla. Huwa impossibbli għal xi ħadd li mhux Kristjan li jkollu t-​tama bħalma għandna aħna.” Ħuna Sydlik kompla billi ddeskriva aspetti differenti tat-​tama Kristjana li jgħinu lill-​individwu biex jibqaʼ ottimist meta jiffaċċja d-​diffikultajiet tal-​ħajja. “Bit-​tama nistgħu niffaċċjaw il-​ħajja b’ħerqa mġedda u bi spirtu trijonfanti.” It-​tama li għandu l-​Kristjan tgħinu jara lil Jehovah bħala Alla taʼ skop u biex jieħu gost jaqdih.​—Rumani 12:12.

Wallace Liverance, reġistratur taʼ l-​iskola taʼ Gilgħad, inkuraġġixxa lill-​istudenti bit-​taħdita “Ibqgħu Imxu fl-​Ispirtu.” (Galatin 5:​16) Hu wera kif Bàruk, is-​segretarju taʼ Ġeremija, kważi waqaf milli jimxi fl-​ispirtu. F’perijodu minnhom, Bàruk għeja u beda jfittex ħwejjeġ akbar għalih innifsu. (Ġeremija 45:​3, 5) Ħuna Liverance mbagħad wera li xi wħud waqfu milli jimxu wara Ġesù u ċaħdu l-​verità spiritwali, li hi neċessarja għas-​salvazzjoni. Dan kien għaliex huma ma setgħux jifhmu dak li kien qed jgħallem, u kienu diżappuntati għaliex l-​istennijiet tagħhom ma ġewx imwettqin dak iż-​żmien. (Ġwanni 6:​26, 27, 51, 66) Il-​missjunarji, li xogħolhom hu li jidderieġu l-​attenzjoni lejn il-​Ħallieq u l-​iskop tiegħu, x’jistgħu jitgħallmu minn dawn ir-​rakkonti? L-​istudenti ġew inkuraġġiti biex ma jkunux konċernati dwar li jkollhom pożizzjoni għolja billi jirċievu rikonoxximent mill-​bniedem, u biex ma jużawx l-​inkarigu teokratiku tagħhom għal gwadann persunali.

Mark Noumair, istruttur taʼ Gilgħad, qajjem il-​mistoqsija “Int Se Tkun Wieħed li Jagħti jew Wieħed li Jieħu?” Hu bbaża l-​kummenti tiegħu fuq Mħallfin 5:​2, fejn Iżraelin individwali ġew imfaħħrin għax minn jeddhom u bla egoiżmu offrew li jaqdu fl-​armata taʼ Barak. L-​istudenti taʼ Gilgħad ġew imfaħħrin għall-​ispirtu tagħhom biex iwieġbu għas-​sejħa taʼ Barak Akbar, Ġesù Kristu, biex jinvolvu ruħhom iktar fil-​battalja spiritwali. Is-​suldati taʼ Kristu għandhom ikunu interessati li jiksbu l-​approvazzjoni taʼ dak li ħatarhom. Ħuna Noumair fakkar lill-​istudenti: “Meta nibdew nikkonċentraw fuq kif nogħġbu lilna nfusna, aħna nieqfu niġġieldu lill-​għedewwa. . . . Is-​servizz missjunarju m’huwiex dwarek. Huwa dwar Jehovah, is-​sovranità tiegħu, u t-​twettiq tar-​rieda tiegħu. Aħna ma naqdux bħala missjunarji għaliex irridu li Jehovah jagħmilna ferħanin, naqduh għax inħobbuh.”​—2 Timotju 2:4.

Lawrence Bowen, istruttur taʼ Gilgħad, qeda bħala l-​kelliemi għat-​taħdita “Qaddishom Permezz tal-​Verità.” (Ġwanni 17:17) Hu qal li l-​istudenti tal-​115-il klassi huma ministri mqaddsa t’Alla. Waqt li kienu l-​iskola, huma ħadu sehem ukoll fil-​ministeru taʼ l-​għalqa, billi fittxew dawk taʼ qalbhom onesta li jħobbu l-​verità. Bħal Ġesù u d-​dixxipli bikrin tiegħu, l-​istudenti ma tkellmux minn jeddhom jew ‘minn moħħhom.’ (Ġwanni 12:​49, 50) Huma b’żelu ppreżentaw il-​kelma ispirata tal-​verità li tagħti l-​ħajja. L-​intervisti u l-​esperjenzi li ġew reċtati wrew l-​effett qawwi li l-​Bibbja kellha fuq dawk li huma kkuntattjaw.

Il-​Pariri u l-​Esperjenzi Huma taʼ Inkuraġġiment

Anthony Pérez u Anthony Griffin, membri tad-​Dipartiment tas-​Servizz tal-​fergħa fl-​Istati Uniti, ikkonduċew intervisti maʼ membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa minn madwar id-​dinja. Dawn l-​irġiel iddiskutew sfidi li missjunarji ġodda jiffaċċjaw u taw pariri prattiċi bbażati fuq esperjenzi persunali. Xi ftit minn dawn l-​isfidi jinkludu differenzi kulturali, klima tropikali matul is-​sena kollha, jew ambjent reliġjuż u politiku differenti minn dak li l-​istudenti kienu mdorrijin bih. X’jistaʼ jgħin lill-​missjunarji ġodda jkampaw maʼ l-​ambjent il-​ġdid tagħhom? L-​imħabba għal Jehovah, l-​imħabba għan-​nies, li ma jħarsux lura lejn x’kellhom qabel, u li ma jiħdux deċiżjonijiet taʼ malajr. Membru wieħed tal-​kumitat tal-​fergħa qal: “In-​nies fl-​inkarigu tagħna kienu ilhom jgħixu hemm għal sekli sħaħ qabilna. Żgur li aħna nistgħu ngħixu hemm u naddattaw ruħna. Kull darba li esperjenzajna xi diffikultajiet, aħna ħarisna lejhom bħala affarijiet biex isaħħulna l-​karattru. Int serraħ fuq it-​talb u fuq l-​ispirtu taʼ Jehovah, u tesperjenza l-​verità tal-​kliem taʼ Ġesù, ‘jiena magħkom.’”​—Mattew 28:20.

Samuel Herd, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, ġab il-​programm fil-​quċċata bit-​taħdita tiegħu, “Ibqaʼ Xandar l-​Għeġubijiet t’Alla.” Meta niżel l-​ispirtu qaddis fil-​ġurnata taʼ Pentekoste 33 E.K. ta l-​enerġija lid-​dixxipli taʼ Ġesù biex jitkellmu dwar “l-​għeġubijiet taʼ Alla.” X’jistaʼ jgħin lil missjunarji ġodda llum jitkellmu bl-​istess żelu dwar is-​Saltna t’Alla? L-​istess spirtu qaddis. Ħuna Herd inkuraġġixxa lill-​istudenti li kienu se jiggradwaw biex ‘jitħeġġu fl-​ispirtu,’ biex ikunu ħerqanin dwar l-​inkarigi tagħhom, u qatt ma jinsew it-​taħriġ li ġie investit fihom. (Rumani 12:11) “Il-​Bibbja hija xi ħaġa taʼ l-​għaġeb mingħand Alla,” qal Ħuna Herd. “Qatt m’għandek tnaqqas l-​importanza tagħha. Il-​messaġġ tagħha huwa ħaj. Hi tolqot il-​musmar fuq rasu. Użaha biex tiddritta l-​affarijiet f’ħajtek. Ħalliha tbiddel il-​mod taʼ kif taħseb. Għasses l-​abbiltà tal-​ħsieb tiegħek billi tistudja, taqra, u timmedita fuq l-​Iskrittura . . . Agħmilha l-​mira u d-​determinazzjoni tiegħek li tuża t-​taħriġ tiegħek taʼ Gilgħad biex tibqaʼ xxandar ‘l-​għeġubijiet taʼ Alla.’”

Wara li nqraw it-​tislijiet minn madwar id-​dinja u ngħataw id-​diplomas, wieħed mill-​gradwati qara ittra mingħand il-​klassi li kienet tesprimi l-​apprezzament tagħhom għat-​taħriġ li rċivew. Ħuna Lett imbagħad ġab din l-​okkażjoni ferriħija fi tmiemha billi rrefera għat-​2 Kronaki 32:7 u Dewteronomju 20:​1, 4. Billi rabat il-​kummenti finali tiegħu mal-​kummenti tal-​ftuħ tiegħu, hu kkonkluda: “Għalhekk, intom għeżież gradwati, ftakru waqt li timxu ’l quddiem, hekk kif timmarċjaw fil-​battalja spiritwali fl-​inkarigu ġdid tagħkom, li Jehovah se jkun qed jimmarċja magħkom. Tinsew qatt il-​fatt li iktar hemm magħkom milli hemm kontrikom.”

[Kaxxa f’paġna 25]

STATISTIĊI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 7

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 17

Numru taʼ studenti: 48

Età medja: 33.7

Medja taʼ snin fil-​verità: 17.8

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 13.5

[Stampa f’paġna 26]

Il-​115-il Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Brown, T.; Goller, C.; Hoffman, A.; Bruzzese, J.; Trahan, S. (2) Smart, N.; Cashman, F.; Garcia, K.; Lojan, M.; Seyfert, S.; Gray, K. (3) Beckett, M.; Nichols, S.; Smith, K.; Gugliara, A.; Rappenecker, A. (4) Gray, S.; Vacek, K.; Fleming, M.; Bethel, L.; Hermansson, T.; Hermansson, P. (5) Rappenecker, G.; Lojan, D.; Dickey, S.; Kim, C.; Trahan, A.; Washington, A.; Smart, S. (6) Goller, L.; Burghoffer, T.; Gugliara, D.; Nichols, R.; Washington, S.; Kim, J. (7) Beckett, M.; Dickey, J.; Smith, R.; Garcia, R.; Hoffman, A.; Seyfert, R.; Brown, H. (8) Fleming, S.; Bruzzese, P.; Burghoffer, W.; Bethel, T.; Cashman, J.; Vacek, K. 

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja