LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 7/15 p. 3
  • Hemm Ħajja Wara l-Mewt?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm Ħajja Wara l-Mewt?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Hemm Ħajja Wara l-Mewt?
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
  • Ħajja Wara L-mewt—In-Nies x’Jemmnu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Hemm ħajja wara l-mewt?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • X’Jiġrilha r-Ruħ mal-Mewt?
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 7/15 p. 3

Hemm Ħajja Wara l-​Mewt?

“JEKK il-​bniedem imut, jarġaʼ jgħix?” staqsa l-​patrijarka Ġob xi 3,500 sena ilu. (Ġob 14:​14, Karm Żammit) Din il-​mistoqsija ilha millennji sħaħ tħawwad lill-​bnedmin. Matul is-​snin, in-​nies taʼ kull kultura rriflettew fuq dan is-​suġġett u ħarġu b’diversi teoriji.

Ħafna Kristjani taʼ l-​isem jemmnu fil-​ġenna u fl-​infern. Il-​Ħindu, mill-​banda l-​oħra, jemmnu fir-​riinkarnazzjoni. Waqt li jikkummenta fuq il-​ħarsa Musulmana, Emir Muawiyah, assistent f’ċentru reliġjuż Islamiku, jgħid: “Aħna nemmnu li wara l-​mewt se jkun hemm jum taʼ ġudizzju, meta tmur quddiem Allah, fejn tkun qisek dieħel f’qorti.” Skond it-​twemmin Islamiku, Allah imbagħad se jikkunsidra l-​mod taʼ ħajja taʼ kull individwu u jibagħtu jew il-​ġenna jew fin-​nar taʼ l-​infern.

Fi Sri Lanka, kemm il-​Buddisti u kemm il-​Kattoliċi jħallu l-​bibien u t-​twieqi tad-​djar tagħhom miftuħin beraħ meta jmutilhom xi ħadd. Tinxtegħel lampa taż-​żejt, u t-​tebut jitpoġġa b’saqajn il-​mejjet iħarsu lejn il-​bieb taʼ barra. Huma jemmnu li meta jieħdu dawn il-​miżuri jkunu qed jgħinu lill-​ispirtu tal-​mejjet joħroġ iktar faċilment.

Skond Ronald M. Berndt mill-​Università taʼ l-​Awstralja tal-​Punent, l-​Aboriġini Awstraljani jemmnu li “l-​bnedmin ma jistgħux imutu spiritwalment.” Ċerti tribujiet Afrikani jemmnu li wara l-​mewt in-​nies komuni jsiru fantażmi, filwaqt li individwi prominenti jsiru spirti taʼ l-​antenati li mbagħad jiġu onorati u invokati bħala mexxejja inviżibbli tal-​komunità.

F’xi pajjiżi, it-​twemmin dwar il-​kundizzjoni tal-​mejtin huwa taħlita taʼ tradizzjoni lokali u Kristjanità taʼ l-​isem. Per eżempju, fost ħafna Kattoliċi u Protestanti fl-​Afrika tal-​Punent hemm id-​drawwa li meta jmut xi ħadd jgħattu l-​mirja biex b’hekk ħadd ma jfettillu jħares u jara l-​ispirtu tal-​persuna mejta.

Tabilħaqq, in-​nies jagħtu tweġibiet differenti għall-​mistoqsija, ‘X’jiġrilna meta mmutu?’ Madankollu, idea bażika hija: Xi ħaġa fil-​bniedem hija immortali u ma tispiċċax mal-​mewt. Xi nies jemmnu li din il-​“ħaġa” hija spirtu. Per eżempju, f’xi partijiet taʼ l-​Afrika u taʼ l-​Asja u fir-​reġjuni Paċifiċi tal-​Polinesja, Melanesja, u Mikronesja, ħafna jemmnu li dak li hu immortali huwa spirtu u mhux ruħ. Fil-​fatt, xi lingwi lanqas biss għandhom kelma għal “ruħ.”

Veru li persuna ħajja għandha spirtu? Veru li mal-​mewt l-​ispirtu joħroġ mill-​ġisem? Jekk inhu hekk, xi jsir mill-​ispirtu? U x’tama hemm għall-​mejtin? Dawn il-​mistoqsijiet m’humiex taʼ min jinjorahom. Hu x’inhu l-​isfond kulturali jew reliġjuż tiegħek, il-​mewt hija realtà li rridu niffaċċjawha. Għalhekk, dawn il-​kwistjonijiet jolqtuk personalment b’mod profond. Aħna ninkuraġġuk teżamina l-​kwistjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja