LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 1/15 pp. 2-3
  • Kien is-Seklu 20 Dominat minn Satana?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kien is-Seklu 20 Dominat minn Satana?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova u l-Olokawst—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Għala Seħħ l-Olokawst? Alla Għala Ma Waqqfux?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Problema tas-Sofferenza tal-Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Qegħdin Aħna Verament Ngħixu “fl-Aħħar Jiem”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 1/15 pp. 2-3

Kien is-​Seklu 20 Dominat minn Satana?

“Fl-​agħar tiegħu, dan kien is-​seklu taʼ Satana. Fl-​ebda żmien ieħor ma kienu n-​nies urew daqshekk ħila, u xenqa, biex joqtlu miljuni taʼ nies oħrajn minħabba r-​razza, ir-​reliġjon jew il-​klassi tagħhom.”

Il-ħamsin anniversarju tal-​ħelsien taʼ vittmi innoċenti maqfulin f’kampijiet tal-​konċentrament tan-​Nazi qanqal il-​kumment t’hawn fuq f’editorjal taʼ The New York Times tas-​26 taʼ Jannar, 1995. L-​Olokawst—wieħed mill-​iktar ġenoċidji magħrufin fl-​istorja—qered xi sitt miljun Lhudi. Kważi tliet miljun ċittadin Pollakk li ma kinux Lhud, mietu f’dak li ġie msejjaħ bħala l-​“Olokawst Minsi.”

“Kalkolu wieħed juri li mill-​1900 sa l-​1989, il-​gwerra qatlet 86 miljun ruħ,” jgħid Jonathan Glover fil-​ktieb tiegħu Humanity​—A Moral History of the Twentieth Century. Hu jkompli jgħid: “L-​imwiet li kien hemm fil-​gwerer tas-​seklu għoxrin kienu fuq skala tant kbira li diffiċli tifhimha. Kull medja li toħroġ mill-​għadd taʼ mwiet m’hijiex fi qbil mal-​fatti, ladarba xi żewġ terzi (58 miljun) minnhom inqatlu fiż-​żewġ gwerer dinjin. Iżda kieku dawn l-​imwiet seħħew b’mod uniformi tul iż-​żmien, kieku l-​gwerer qatlu 2,500 ruħ kuljum. Dan ifisser iktar minn 100 ruħ kull siegħa, bla waqfien, għal disgħin sena sħaħ.”

Minħabba f’hekk, is-​seklu 20 ġie msejjaħ bħala wieħed mill-​iktar sekli mdemmijin li l-​bniedem qatt ra. Fil-​ktieb tagħha Hope Against Hope, Nadezhda Mandelstam kitbet: “Rajna l-​ħażen jirbaħ wara li l-​prinċipji tax-​xogħol umanitarju ġew imkasbrin u injorati apposta.” Fil-​ġlieda bejn it-​tajjeb u l-​ħażin, rebaħ tassew il-​ħażin?

[Sors tal-​Istampa f’paġna 2]

QOXRA: Mother and daughter: J.R. Ripper/SocialPhotos

[Sors tal-​Istampa f’paġna 3]

Ritratt mill-​U.S. Department of Energy

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja