LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 4/1 p. 29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Il-Qima lil Bagħal—It-Taqbida għall-Qlub taʼ l-Iżraeliti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Hu Ddefenda l-Qima Pura
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Issa Huwa ż-Żmien għal Azzjoni Deċiżiva
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 4/1 p. 29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

L-​iskrittura fl-​1 Korintin 10:8 għala tgħid li 23,000 Iżraeli nqatlu f’ġurnata waħda minħabba ż-​żína, filwaqt li f’Numri 25:9 tgħid li kienu 24,000?

Hemm diversi fatturi li jistgħu jkunu r-​raġuni għala hemm din id-​differenza fiċ-​ċifri f’dawn iż-​żewġ versi. L-​iktar raġuni sempliċi tistaʼ tkun li n-​numru reali huwa bejn it-​23,000 u l-​24,000, u b’hekk in-​numru jkun jistaʼ jqarreb kemm lejn numru u kemm lejn l-​ieħor.

Ikkunsidra possibbiltà oħra. L-​appostlu Pawlu semma r-​rakkont taʼ l-​Iżraelin f’Sittim bħala eżempju taʼ twissija għall-​Kristjani f’Korintu tal-​qedem, belt magħrufa għall-​ħajja bla rażan. Hu kiteb: “Anqas ma għandna niżnu, kif xi wħud minnhom żnew, u f’jum wieħed mietu tlieta u għoxrin elf ruħ.” Meta tkellem dwar dawk li ngħataw il-​mewt minn Jehovah minħabba li żnew, l-​appostlu Pawlu qal li kienu 23,000.—1 Korintin 10:8.

Madankollu, Numri kapitlu 25 jgħid li “l-​Iżraelin intrabtu maʼ Bagħal taʼ Pegħor, u l-​korla tal-​Mulej xegħlet għalihom.” Imbagħad Jehovah ikkmanda lil Mosè sabiex joqtol “lill-​kapijiet kollha tal-​poplu.” Min-​naħa l-​oħra, Mosè ordna lill-​imħallfin sabiex iwettqu dak li Jehovah kien ordna. Finalment, meta Fineħas aġixxa malajr u qatel lill-​Iżraeli li ġab mara Midjanija fil-​kamp, “il-​flaġell waqaf.” Ir-​rakkont jagħlaq bl-​istqarrija: “Kienu diġà nqerdu erbgħa u għoxrin elf.”—Numri 25:1-9.

Iċ-​ċifra mogħtija f’Numri evidentement inkludiet ‘lill-​kapijiet tal-​poplu’ li ġew maqtula mill-​imħallfin u dawk li ġew maqtula direttament minn Jehovah. Setaʼ kien hemm madwar elf minn dawn il-​kapijiet li nqatlu mill-​imħallfin, u dan iwassal għat-​total taʼ 24,000. Sew jekk dawn il-​kapijiet, jew xewwiexa ewlenin, żnew, sew jekk ipparteċipaw fil-​festeġġjamenti, u sew jekk qablu maʼ dawk li għamlu dan, huma kienu ħatja talli “ntrabtu maʼ Bagħal taʼ Pegħor.”

Rigward il-​kelma “ntrabtu,” xogħol wieħed taʼ referenza tal-​Bibbja jispjega li tistaʼ tfisser li “tintrabat maʼ persuna.” L-​Iżraelin kienu nies dedikati lil Jehovah, imma meta “ntrabtu maʼ Bagħal taʼ Pegħor,” huma kisru r-​relazzjoni dedikata tagħhom m’Alla. Madwar 700 sena wara, permezz tal-​profeta Hosegħa, Jehovah qal dwar l-​Iżraelin: “Huma ġew Bagħal-pegħor, u kkonsagraw ruħhom lil dak il-​mistkerrah, u sfaw mistkerrha bħal min ħabbew.” (Hosegħa 9:10) Dawk kollha li għamlu dan kien jistħoqqilhom ġudizzju divin kontrihom. Għalhekk, Mosè fakkar lil ulied Iżrael: “Rajtu b’għajnejkom x’għamel il-​Mulej minħabba Bagħal-pegħor; kull min mar wara Bagħal-pegħor qerdu l-​Mulej, Alla tiegħek, minn ġo nofskom.”—Dewteronomju 4:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja