LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 7/1 pp. 17-19
  • Jogħġobhom Jagħmlu r-Rieda t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jogħġobhom Jagħmlu r-Rieda t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Inkuraġġiment biex Ikunu Sottomessi għar-​Rieda taʼ Ġeħova
  • Jagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova fil-​Ministeru
  • Il-Gradwati taʼ Gilgħad Imħeġġin “Jibdew Iħaffru”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Imqanqlin Biex Jaqdu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Qegħdin Joffru Lilhom Infushom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Thennew f’Jehovah u Kunu Ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 7/1 pp. 17-19

Jogħġobhom Jagħmlu r-​Rieda t’Alla

ĠESÙ ħalla eżempju għall-​Kristjani kollha billi talab lil Missieru: “Ħa sseħħ ir-​rieda tiegħek u mhux tiegħi.” (Luqa 22:42) Miljuni taʼ qaddejja t’Alla llum jirriflettu l-​istess sottomissjoni b’umiltà lejn Ġeħova. Fosthom hemm it-​52 student tal-​120 klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead). Fil-​11 taʼ Marzu, 2006, il-​gradwati taʼ din il-​klassi għoġobhom il-​prospett li jagħmlu r-​rieda t’Alla f’diversi pajjiżi, saħansitra f’ċirkustanzi taʼ sfida.

Xi jqanqal lil dawn il-​gradwati biex iħallu r-​rieda taʼ Ġeħova tidderiġilhom ħajjithom? Chris u Leslie, koppja li ġew inkarigati jaqdu bħala missjunarji fil-​Bolivja, spjegaw x’qanqalhom jagħmlu dan: “Ladarba ċħadna lilna nfusna, issa rridu nagħmlu ruħna disponibbli biex nagħmlu kulma hemm bżonn fi sħubija maʼ l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova.” (Marku 8:34) Jason u Chere, li ġew inkarigati jaqdu fl-​Albanija, komplew jgħidu: “Kull inkarigu li ngħatajna mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova kellu l-​isfidi tiegħu. Madankollu, aħna sibna li Ġeħova jistħoqqlu l-​fiduċja sħiħa tagħna.”

Inkuraġġiment biex Ikunu Sottomessi għar-​Rieda taʼ Ġeħova

George Smith, membru tal-​familja Betel li jaqdi fid-​Dipartiment taʼ l-​Arti, fetaħ il-​programm tal-​gradwazzjoni b’talba. Stephen Lett, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u ċ-​chairman tal-​programm tal-​gradwazzjoni, ta merħba lil kulmin kien fl-​attendenza. Mistidnin minn 23 pajjiż ivvjaġġaw lejn iċ-​Ċentru Edukattiv tal-​Watchtower f’Patterson, New York, biex ikunu preżenti għal din l-​okkażjoni ferriħija. Ħuna Lett qal lill-​gradwati li huma kienu se jwettqu “xi ħaġa tassew qawwija.” Hu ġibed l-​attenzjoni għall-​“affarijiet li jkunu stabbiliti fis-​sod”—bħat-​tagħlim falz—li l-​missjunarji l-​ġodda kienu se jkunu jistgħu jwaqqgħu permezz tal-​qawwa taʼ l-​Iskrittura. (2 Korintin 10:​4, 5) Hu kkonkluda: “Kemm se jġibilkom ferħ il-​fatt li se tintużaw minn Ġeħova biex twaqqgħu affarijiet li jkunu stabbiliti fis-​sod fin-​nies taʼ qalb onesta fl-​inkarigi tagħkom!”

Harold Jackson, wieħed mill-​aħwa li jaħdmu fil-​kwartieri ġenerali, tkellem dwar it-​tema “Xi Affarijiet li Għandkom Tiftakru.” Hu nnota li l-​missjunarji l-​ġodda qatt m’għandhom jinsew li ‘l-​ewwel [għandhom] ifittxu s-​saltna u s-​sewwa t’Alla.’ (Mattew 6:33) Għandhom jiftakru li “l-​imħabba tibni” u li biha dejjem se jirnexxu. (1 Korintin 8:1) Hu qal: “Ħallu l-​imħabba tiggwidakom fil-​mod kif tittrattaw lil oħrajn.”

Imbagħad, Geoffrey Jackson, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna li qeda bħala missjunarju mill-​1979 sa l-​2003, staqsa lill-​gradwati, “Ta Xiex Intom Responsabbli?” Hu enfasizza l-​bżonn li dak li jkun ikollu ħarsa bilanċjata lejh innifsu u lejn il-​ministeru. Il-​Kristjani għandhom ir-​responsabbiltà li jaħdmu iebes biex jiżirgħu u jsaqqu ż-​żrieragħ tal-​verità. Madankollu, Ġeħova hu responsabbli biex jgħin lil dak li jkun jikber spiritwalment, ladarba hu “Alla li jkabbar.” (1 Korintin 3:​6-9) Ħuna Jackson żied: “Ġeħova jridkom tkunu responsabbli għas-​saħħa spiritwali tagħkom. Imma x’inhi l-​akbar responsabbiltà tagħkom? Hija li tħobbu lil Ġeħova u tħobbu lin-​nies li se taqdu.”

Lawrence Bowen, għalliem taʼ Gilgħad, ikkunsidra t-​tema “Kun Af Kif Għandek Iġġib Ruħek.” Hu fakkar lill-​istudenti li meta l-​Iżraelin kienu fix-​Xagħri, Ġeħova ggwidahom u pproteġiehom b’mod mirakoluż. (Eżodu 13:​21, 22) Mod wieħed kif jipproteġi u jiggwida lilna llum hu permezz tal-​kongregazzjoni Kristjana taʼ midlukin, “li hi pilastru u appoġġ tal-​verità.” (1 Timotju 3:​14, 15) Il-​missjunarji l-​ġodda għandhom iżommu mal-​verità, li tiggwida u tipproteġi lill-​umli.

Wallace Liverance, għalliem ieħor taʼ Gilgħad, ħeġġeġ lill-​gradwati biex ma jinsewx il-​Kelma t’Alla li tinsab ‘warajhom.’ Il-​kelma t’Alla tinsab warajna fis-​sens li l-​Bibbja tlestiet ħafna sekli ilu. Bħal ragħaj li jagħmel is-​sejħa tiegħu minn wara merħla nagħaġ, Ġeħova jinsab wara l-​poplu tiegħu, jidderiġihom permezz taʼ “l-​ilsir leali u għaqli.” (Isaija 30:21; Mattew 24:​45-47) L-​Iskola taʼ Gilgħad għenet lill-​gradwati biex ikabbru l-​apprezzament tagħhom għal dik il-​klassi taʼ l-​ilsir. L-​“ilsir” saħansitra pprovda n-​New World Translation of the Holy Scriptures (Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa). Il-​kelliemi ħeġġeġ lill-​gradwati: “Ħudu dan it-​teżor maħżun taʼ informazzjoni, u użawh biex tgħallmu lill-​oħrajn.”—Mattew 13:52.

Jagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova fil-​Ministeru

Fil-​parti tal-​programm “Ħerqanin biex Niddikjaraw l-​Aħbar Tajba,” Mark Noumair, għalliem ieħor taʼ Gilgħad, semma xi esperjenzi li gawdew il-​gradwati fil-​ministeru pubbliku huma u jattendu l-​Iskola taʼ Gilgħad. (Rumani 1:15) L-​intervisti mal-​gradwati wrew li huma kienu tassew ħerqanin biex jippridkaw f’kull okkażjoni.

Il-gradwati ngħataw iktar inkuraġġiment permezz taʼ intervista li saret minn Kenneth Flodin lil tliet indokraturi li jivvjaġġaw li issa jaqdu fl-​Istati Uniti. Richard Keller u Alejandro Lacayo, li fil-​passat qdew fl-​Amerika t’Isfel u Ċentrali, spjegaw kif kampaw maʼ diversi provi u semmew ftit mill-​barkiet li rċivew meta kienu qed jaqdu bħala missjunarji. Moacir Felisbino semma t-​taħriġ li ħa meta ħadem mill-​qrib maʼ missjunarji fil-​Brażil, fejn trabba.

Tliet missjunarji taʼ l-​esperjenza, Robert Jones, Woodworth Mills, u Christopher Slay, ġew intervistati minn David Schafer. It-​tliet aħwa qalu kif tgħallmu jaġixxu b’fiduċja f’Ġeħova meta ffaċċjaw id-​diffikultajiet. Huma żguraw lill-​klassi li t-​taħriġ li ħadu mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova kien ħejjiehom sew għall-​inkarigi tagħhom bħala missjunarji. Ħuna Mills ġabar kollox b’dan il-​mod: “L-​iktar li għenni ma kienx l-​għerf li tikseb f’Gilgħad, imma kien dak li għallmitni l-​iskola dwar l-​umiltà u l-​imħabba.”

Guy Pierce, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, ippreżenta t-​taħdita prinċipali intitolata, “Ġeħova Qatt M’Hu Se Jfalli.” Adam falla, imma jfisser dan li Alla falla wkoll? Falla Alla milli joħloq lil Adam b’mod perfett, kif jgħidu xi wħud? Dażgur li le, għaliex “Alla għamel il-​bniedem dritt.” (Koħèlet 7:29) Il-​ħajja taʼ integrità li għex Ġesù fuq l-​art tat prova li “Adam ma kellu ebda skuża, ebda raġuni biex ifalli,” innota l-​kelliemi. Il-​prova t’ubbidjenza taʼ Adam fil-​ġnien taʼ l-​Għeden kienet ħafna inqas diffiċli mill-​prova li ffaċċja Ġesù b’suċċess. Però, Adam falla. Minkejja dan, Ġeħova qatt ma jfalli. L-​iskop tiegħu se jseħħ. (Isaija 55:11) Ħuna Pierce qal lill-​missjunarji l-​ġodda: “Intom għandkom il-​privileġġ li tonoraw lil Ġeħova bl-​ispirtu tagħkom taʼ sagrifiċċju persunali. Jalla Ġeħova jkun magħkom ilkoll hekk kif taqduh bħala missjunarji.”

Wara li ċ-​chairman, Ħuna Lett, ħabbar it-​tislijiet minn diversi uffiċċji tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, hu ppreżenta d-​diplomi u l-​inkarigi lill-​gradwati. Vernon Wisegarver, ħu li ilu żmien twil jaqdi bħala parti mill-​familja taʼ Betel, irrappreżenta lill-​udjenza bit-​talba taʼ l-​għeluq.

Is-6,872 li attendew ħassew li l-​programm tal-​gradwazzjoni ġedded iż-​żelu tagħhom biex jagħmlu r-​rieda t’Alla. (Salm 40:9 [40:​8, NW]) Tnejn mill-​gradwati, Andrew u Anna, qalu: “Aħna ddedikajna ħajjitna lil Ġeħova. Għamilna wegħda lil Ġeħova li nagħmlu dak kollu li jitlob minna. Issa Ġeħova talabna mmorru l-​Kamerun, fl-​Afrika.” Huma u l-​membri l-​oħra tal-​klassi li ggradwat huma ħerqanin li jibdew il-​karriera li se tagħtihom sens taʼ sodisfazzjon. Iva, huma jogħġobhom jagħmlu r-​rieda t’Alla!

[Kaxxa f’paġna 17]

STATISTIKI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 6

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 20

Numru taʼ studenti: 52

Età medja: 35.7

Medja taʼ snin fil-​verità: 18.3

Medja taʼ snin fil-​ministeru full-time: 14.5

[Stampa f’paġna 18]

Il-​120 Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Wright, S.; Suárez, B.; Croisant, B.; Davenport, L. (2) Johnson, A.; Ali, C.; Cady, K.; Guerrero, P.; Ases, A. (3) Ortiz, L.; Lyall, K.; Uzeta, M.; Perez, R.; Backus, K.; Caterina, C. (4) Palmer, B.; Loving, D.; Macdonough, J.; Bostock, D.; Benetatos, L. (5) Jasicki, M.; Sarafianos, E.; Stelter, C.; Vaira, R.; Woon, J.; Prentice, K. (6) Davenport, H.; Croisant, H.; Perez, M.; Vaira, E.; Suárez, A.; Caterina, I.; Wright, C. (7) Cady, K.; Macdonough, J.; Ortiz, M.; Woon, J.; Ali, J.; Ases, M. (8) Sarafianos, G.; Lyall, D.; Uzeta, C.; Stelter, P.; Prentice, G.; Johnson, A.; Benetatos, C. (9) Palmer, J.; Jasicki, W.; Backus, J.; Bostock, S.; Guerrero, J. M.; Loving, S.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja