LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 8/15 p. 30
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Hieni Min Isib l-Għerf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • L-Għerf Veru Jkompli Jgħajjat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 8/15 p. 30

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Ġesù kif se “jeħles lill-​fqir,” bħalma ġie mbassar f’Salm 72:12?

Matul il-​ħakma tiegħu, se jkun hemm ġustizzja għal kulħadd, mingħajr korruzzjoni. Il-​gwerra spiss iġġib il-​faqar, imma Kristu se jġib paċi perfetta. Hu jagħder lin-​nies u se jgħaqqadhom ilkoll, u se jara li jkun hemm biżżejjed ikel għall-​bnedmin. (Salm 72:​4-​16)​—5/1, paġna 7.

• Kif nistgħu aħna bħala Kristjani nuru li għandna l-​“libertà tal-​kelma”? (1 Timotju 3:​13; Filemon 8; Ebrej 4:​16)

Nistgħu nagħmlu dan billi b’mod żeluż nippridkaw lil oħrajn bil-​qlubija, ngħallmu u nagħtu pariri f’waqthom u b’mod effettiv, u niftħu qalbna m’Alla fit-​talb, fiduċjużi li hu se jismagħna u jwiġibna.​—5/15, paġni 14-16.

•Fil-Liġi, ċerti funzjonijiet sesswali naturali għala kienu jagħmlu lil individwu “mniġġes”?

Il-​liġijiet dwar in-​nuqqas taʼ ndafa li għandhom x’jaqsmu mat-​tixrid taż-​żerriegħa tar-​raġel, il-​mestrwazzjoni tal-​mara, u t-​twelid tat-​tfal kienu jinkuraġġixxu iġjene tajba u stil taʼ ħajja li jżomm lill-​Iżraelin f’saħħithom, kienu jenfasizzaw il-​qdusija tad-​demm, u wrew il-​bżonn għat-​tpattija tad-​dnubiet.​—6/1, paġna 31.

• Jekk individwu jrid ikun hieni, għala jkun tajjeb għalih jekk jeżamina l-​ktieb tas-​Salmi?

Il-​kittieba tas-​Salmi kienu jafu li l-​hena jinkiseb meta persuna jkollha relazzjoni tajba m’Alla. (Salm 112:1) Huma enfasizzaw li l-​ebda relazzjoni umana, l-​ebda oġġett materjali li jistaʼ jkollna, u l-​ebda ħaġa li nistgħu nwettqu ma tistaʼ ġġib il-​ferħ li jiġi mill-​fatt li nagħmlu parti mill-​“poplu li Jaħweh hu Alla tiegħu!” (Salm 144:15)—6/15, paġna 12.

• L-​Iżraelin tal-​qedem liema relazzjoni speċjali kellhom maʼ Ġeħova?

Fl-​1513 Q.E.K., Ġeħova ġab lill-​Iżraelin f’relazzjoni ġdida miegħu, permezz taʼ patt. (Eżodu 19:​5, 6; 24:7) Minn dakinhar ’il quddiem, l-​Iżraelin twieldu bħala membri tal-​ġens magħżul t’Alla dedikat lilu. Xorta waħda, kull individwu kellu jagħmel deċiżjoni persunali biex jaqdi lil Alla.—7/1, paġni 21-2.

• Għala għandna nibqgħu nagħmlu kollox “bla tgergir”? (Filippin 2:14)

Ħafna eżempji Skritturali juru li t-​tgergir ikkaġuna l-​ħsara fost il-​poplu t’Alla. Nagħmlu tajjeb jekk naħsbu bis-​serjetà dwar l-​effett qerriedi li jistaʼ jkollu llum. Il-​bnedmin imperfetti għandhom it-​tendenza li jilmentaw, u aħna għandna noqogħdu għassa biex nidentifikaw fina nfusna kwalunkwe traċċa taʼ tgergir u nevitawh.—7/15, paġni 16-17.

• Kif nafu li l-​għerf deskritt fi Proverbji 8:​22-31 m’huwiex l-​għerf bħala konċett intellettwali?

Dak l-​għerf kien ‘ġie mnissel’ (NW), jew maħluq, bħala l-​bidu taʼ l-​għemejjel taʼ Ġeħova. Alla eżista u kien għaref minn dejjem, u l-​għerf tiegħu ma ġiex maħluq. L-​għerf imsemmi fi Proverbji 8:​22-31 kien m’Alla bħala “ħaddiem tas-​sengħa” (NW), li japplika għall-​ħliqa spirtu li sar Ġesù u li ħadem mill-​qrib m’Alla fil-​ħolqien. (Kolossin 1:17; Rivelazzjoni 3:14)—8/1, paġna 31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja