LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 11/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Żid mal-Ferħ u d-Dinjità tal-Ġurnata tat-Tieġ Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Tiġijiet Ferriħin li Jġibu Unur lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Tiġijiet li Huma Onorabbli fil-Ħarsa t’Alla u tal-Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 11/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Huwa xieraq għal Xhud taʼ Ġeħova li jattendi tieġ taʼ xi qarib jew taʼ xi ħadd li jaf li ma jkunx Xhud?

It-​tiġijiet huma okkażjonijiet taʼ ferħ, u wieħed jistaʼ jifhem għala Kristjan ikun jixtieq li jattendi għal okkażjonijiet bħal dawn. M’għandniex xi ngħidu, it-​tfal taħt l-​età li jkunu mistidnin jattendu għandhom jobdu lill-​ġenituri tagħhom jew lil dawk li huma legalment responsabbli għalihom u li għandhom id-​dritt li jieħdu d-​deċiżjoni finali. (Efesin 6:​1-3) Iżda xi ngħidu jekk raġel li ma jkunx wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova jitlob lil martu li tkun Kristjana biex takkumpanjah għal tieġ fil-​knisja? Il-​kuxjenza tagħha għandha mnejn tippermettilha li tmur sempliċement biex tosserva u tkun determinata li ma tiħux sehem f’xi atti reliġjużi marbutin maʼ din l-​okkażjoni.

Għalhekk, jekk tkunx preżenti f’tieġ partikulari jew le hija bażikament kwistjoni taʼ deċiżjoni persunali. Madankollu, kull Kristjan għandu jkun konxju li jrid jagħti kont lil Ġeħova u għandu jikkunsidra għadd taʼ prinċipji Skritturali meta jieħu deċiżjoni dwar jekk jattendix tieġ taʼ xi ħadd li ma jkunx Xhud.

L-iktar ħaġa importanti li Kristjan għandu jżomm f’moħħu hija x-​xewqa li jkollu l-​approvazzjoni t’Alla. Ġesù qal: “Alla hu Spirtu, u dawk li jqimuh iridu jqimu bl-​ispirtu u l-​verità.” (Ġwanni 4:24) Għalhekk, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jiħdux sehem flimkien maʼ reliġjonijiet oħrajn f’attivitajiet reliġjużi, bħalma huma t-​talb, ir-​ritwali, jew iċ-​ċerimonji li huma f’konflitt mal-​verità tal-​Bibbja.—2 Korintin 6:​14-17.

Kristjan jirrikonoxxi li d-​deċiżjoni tiegħu tistaʼ wkoll teffettwa lill-​oħrajn. Jekk tiddeċiedi li tattendi, il-​qraba tiegħek se joffendu ruħhom jekk int ma tiħux sehem bis-​sħiħ fil-​festa tat-​tieġ? Għandu jiġi kunsidrat ukoll l-​effett li jistaʼ jkun hemm fuq sħabna fit-​twemmin. (Rumani 14:13) Anki jekk int jew xi membri oħrajn tal-​familja tiegħek tikkonkludu li ma jkunx ħażin li tattendu tieġ taʼ xi ħadd li ma jkunx Xhud, jistaʼ jkun li ħutek spiritwali rġiel u nisa jiġu effettwati? Jistaʼ dan jagħmel il-​ħsara lill-​kuxjenza t’oħrajn?

Iċ-ċerimonji tat-​tieġ li jinvolvu l-​qraba li ma jkunux Xhieda jistgħu jqajmu sitwazzjonijiet diffiċli. Xi ngħidu jekk tiġi mitlub biex tassisti lill-​għarus jew l-​għarusa fil-​ġurnata tat-​tieġ, bħala bridesmaid jew groomsman? Jew xi ngħidu jekk is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek ma tkunx Xhud u tkun trid tieħu sehem bis-​sħiħ? Jekk it-​tieġ ikun ċerimonja ċivili mmexxija minn imħallef jew uffiċjal tal-​gvern, l-​attendenza tiegħek tistaʼ sempliċement tfisser li tixhed għal proċedura legali.

Madankollu, ċerimonja tat-​tieġ li tinżamm f’xi bini reliġjuż jew li tkun immexxija minn membru tal-​kleru tqajjem iżjed kwistjonijiet. Sabiex tismaʼ mill-​kuxjenza tiegħek imħarrġa mill-​Bibbja u tevita li tmur kontra t-​twemmin reliġjuż tiegħek jew li tagħmel xi ħaġa li tistaʼ tkun imbarazzanti għall-​għarajjes, il-​ġenituri tagħhom u oħrajn, int tistaʼ tiddeċiedi li ma tattendix. (Proverbji 22:3) Int tistaʼ tevita ħafna stress għalik innifsek u għall-​familja tiegħek billi minn qabel tispjega t-​twemmin tiegħek ibbażat fuq il-​Bibbja u tindika sa liema punt int lest li tieħu sehem jew forsi tissuġġerixxi x’jistaʼ jsir minflok.

Wara li jikkunsidraw il-​fatturi kollha bir-​reqqa, xi Kristjani għandhom mnejn jiddeċiedu li ma jkunx ħażin li jattendu tieġ taʼ xi ħadd li ma jkunx Xhud bħala wħud li josservaw biss. Iżda jekk Kristjan jagħraf li billi jkun preżenti, hu jistaʼ jkollu t-​tentazzjoni li jikkomprometti l-​prinċipji divini, hu jistaʼ jikkonkludi li r-​riskju huwa akbar mill-​benefiċċji li jistaʼ jkun hemm. Jekk hu mistieden u jiddeċiedi li ma jattendix iċ-​ċerimonja tat-​tieġ iżda jmur għar-​riċeviment taʼ wara, hu għandu jkun determinat li ‘jagħmel kollox għall-​glorja t’Alla.’ (1 Korintin 10:31) Meta jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn, “kull wieħed [għandu] iġorr it-​tagħbija tiegħu” taʼ responsabbiltà. (Galatin 6:5) Għalhekk, tiddeċiedi x’tiddeċiedi ftakar li l-​kuxjenza tajba quddiem Alla Ġeħova hija vitali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja