LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 5/15 pp. 26-28
  • Fittex “il-Qdusija fil-Biżaʼ t’Alla”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fittex “il-Qdusija fil-Biżaʼ t’Alla”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘Ikun Hemm it-​Triq il-​Qaddisaʼ
  • “Ħadd Imniġġes Ma Jgħaddi Minnha”
  • ‘Ma Jkunx Hemm Iljun’
  • Nitbierku jekk Infittxu “l-​Qdusija fil-​Biżaʼ t’Alla”
  • “Qaddis, qaddis, qaddis” hu Ġeħova
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • “Kunu Intom Ukoll Qaddisin fl-Imġiba Tagħkom Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ibqaʼ Miexi fit-“Triq tal-Qdusija”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 5/15 pp. 26-28

Fittex “il-​Qdusija fil-​Biżaʼ t’Alla”

BIEX turi li l-​qdusija taʼ Ġeħova hija taʼ l-​ogħla grad, il-​Bibbja tgħid: “Qaddis, qaddis, qaddis hu [Ġeħova].” (Is. 6:3; Riv. 4:8) Il-​kliem bl-​Ebrajk u bil-​Grieg għal “qdusija” jagħti l-​idea taʼ safa jew indafa reliġjuża, taʼ li żżomm ’il bogħod mit-​tinġis. Il-​qdusija t’Alla tirreferi għall-​perfezzjoni morali assoluta tiegħu.

Ma jistenniex l-​Alla l-​qaddis, Ġeħova, li dawk li jqimuh ikunu qaddisin, jiġifieri li jkunu fiżikament kif ukoll moralment u spiritwalment nodfa? B’mod ċar, il-​Bibbja turi li Ġeħova jrid li l-​poplu tiegħu jkun qaddis. Fl-​1 Pietru 1:16 naqraw: “Kunu qaddisin, għax jien qaddis.” Jistgħu l-​bnedmin imperfetti tassew jimitaw il-​qdusija taʼ Ġeħova? Iva, avolja mhux perfettament. Jekk inqimu lil Alla fi stat spiritwali nadif u jkollna relazzjoni mill-​qrib miegħu, aħna nistgħu nitqiesu bħala li aħna qaddisin quddiem Alla.

Mela, kif nistgħu nibqgħu nodfa f’dinja li m’hijiex nadifa moralment? Liema prattiki għandna nwarrbu? Liema bidliet għandu mnejn ikollna nagħmlu fil-​kliem u fil-​kondotta tagħna? Ejja naraw x’nistgħu nitgħallmu f’dan ir-​rigward minn dak li Alla kien jeħtieġ mil-​Lhud li marru lura minn Babilonja lejn pajjiżhom fis-​sena 537 Q.E.K.

‘Ikun Hemm it-​Triq il-​Qaddisaʼ

Ġeħova bassar li l-​poplu tiegħu li kien fl-​eżilju Babiloniż kien se jerġaʼ lura lejn pajjiżu. Il-​profezija taʼ tiġdid kienet tinkludi din il-​garanzija: “Hekk ikun hemm triq, isejjħulha: ‘It-​Triq il-​Qaddisa.’” (Is. 35:8a) Dan il-​kliem juri li Ġeħova mhux biss fetaħ it-​triq biex il-​Lhud imorru lura lejn pajjiżhom imma wkoll assigurahom li kien se jipproteġihom matul il-​vjaġġ tagħhom.

Għall-qaddejja tiegħu fuq l-​art illum, Ġeħova fetaħ “it-​Triq il-​Qaddisa” li tiħodhom ’il bogħod minn Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza. Fl-​1919, hu ħeles lill-​Kristjani midlukin mill-​jasar spiritwali tar-​reliġjon falza, u bil-​mod il-​mod huma naddfu l-​qima tagħhom mit-​tagħlim falz kollu. Illum, bħala l-​aduraturi taʼ Ġeħova, aħna ngawdu ambjent spiritwali nadif u trankwill li fih nistgħu nqimu lil Ġeħova u jkollna relazzjoni paċifika miegħu u maʼ sħabna l-​bnedmin.

Il-membri tal-​“merħla żgħira” taʼ Kristjani midlukin u l-​“folla kbira” taʼ “nagħaġ oħrajn,” li dejjem qed tiżdied, għażlu li jimxu fi triq li hi qaddisa u qed jistiednu lil oħrajn biex jingħaqdu magħhom. (Lq. 12:32; Riv. 7:9; Ġw. 10:16) “It-​Triq il-​Qaddisa” hija miftuħa għal dawk kollha li huma lesti ‘jippreżentaw ġisimhom bħala sagrifiċċju ħaj, qaddis, aċċettabbli għal Alla.’—Rum. 12:1.

“Ħadd Imniġġes Ma Jgħaddi Minnha”

Fis-​sena 537 Q.E.K., il-​Lhud li marru lura kellhom jilħqu ħtieġa importanti. Rigward dawk li kienu jikkwalifikaw biex jimxu fit-​“Triq il-​Qaddisa,” Isaija 35:8b jgħid: “Ħadd imniġġes ma jgħaddi minnha, u l-​boloh ma jiġġerrewx fiha.” Ladarba l-​iskop tal-​Lhud li jmorru lura Ġerusalemm kien biex jistabbilixxu mill-​ġdid il-​qima pura, ma kellu jkun hemm ħadd b’motivi egoistiċi, jew li ma kellux rispett għal affarijiet sagri, jew li ma kienx nadif spiritwalment. Dawk li marru lura kellhom jgħixu fi qbil mal-​livelli morali għoljin taʼ Ġeħova. Illum, dawk li jixtiequ l-​favur t’Alla jridu jilħqu l-​istess ħtieġa. Għandhom ifittxu “l-​qdusija fil-​biżaʼ t’Alla.” (2 Kor. 7:1) Allura, liema prattiki mhux nodfa għandna nwarrbu?

“L-​għemejjel tal-​laħam jidhru ċar,” kiteb l-​appostlu Pawlu, “u huma ż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, il-​kondotta laxka.” (Gal. 5:19) Iż-​żína tinkludi kull attività sesswali li tinvolvi l-​użu taʼ l-​organi ġenitali li ssir barra mir-​rabta taż-​żwieġ. Kondotta laxka tinvolvi kondotta “bla rażan; immorali; bla mistħija; imġiba żienja.” Jidher ċar li kemm iż-​żína u kemm il-​kondotta laxka huma kontra l-​qdusija taʼ Ġeħova. Għalhekk, dawk li jibqgħu jipprattikaw affarijiet bħal dawn ma jistgħux isiru parti mill-​kongregazzjoni Kristjana u jekk ikunu jiġu maqtugħin minnha. L-​istess jistaʼ jingħad dwar dawk li jipprattikaw nuqqas taʼ ndafa kbir, jiġifieri, ‘kull xorta taʼ nuqqas taʼ ndafa b’regħba.’—Efes. 4:19.

Il-frażi “nuqqas taʼ ndafa” tinkludi ħafna dnubiet differenti. Il-​kelma Griega għal din il-​frażi tirreferi għal impurità jew ħmieġ taʼ kull xorta—fil-​kondotta, fil-​kliem, u fir-​relazzjonijiet spiritwali. Tinkludi prattiki li jinvolvu tip taʼ nuqqas taʼ ndafa li ma jkunx hemm bżonn tittieħed azzjoni ġudizzjarja.a Imma jkunu dawk li jipprattikaw nuqqas taʼ ndafa bħal dan verament qed ifittxu l-​qdusija?

Ejja ngħidu li Kristjan jibda jara l-​pornografija bil-​moħbi. Ftit ftit, hekk kif dan iqanqal fih xewqat mhux nodfa, id-​determinazzjoni tiegħu biex jibqaʼ nadif quddiem Ġeħova tibda tiddgħajjef. Il-​kondotta tiegħu għandha mnejn ma tkunx waslet sal-​punt li hu jkun wettaq nuqqas taʼ ndafa kbir, imma hu m’għadux ikompli jaħseb biss fuq ‘kulma hu safi, kulma hu taʼ fama tajba, kulma hu taʼ virtù, u kull ħaġa li jistħoqqilha tifħir.’ (Flp. 4:8) Il-​pornografija m’hijiex nadifa u żgur li tħassar ir-​relazzjoni taʼ dak li jkun m’Alla. Lanqas biss għandha tissemma fostna nuqqas taʼ ndafa taʼ kull xorta.—Efes. 5:3.

Ikkunsidra eżempju ieħor. Nagħmlu mod li Kristjan jipprattika l-​masturbazzjoni—billi deliberatament jistimula lilu nnifsu bl-​għan li jipproduċi eċċitament sesswali—sew jekk juża l-​pornografija u sew jekk le. Għalkemm il-​kelma “masturbazzjoni” ma tidhirx fil-​Bibbja, jistaʼ jkun hemm xi dubju li din il-​prattika tniġġes il-​moħħ u l-​emozzjonijiet? Jekk ikompli jitniġġes b’dan il-​mod, m’huwiex hu se jħassar b’mod serju r-​relazzjoni persunali tiegħu maʼ Ġeħova u jsir mhux nadif f’għajnejn Alla? Ejja nieħdu bis-​serjetà t-​twissija taʼ l-​appostlu Pawlu biex “nitnaddfu minn kull tinġis tal-​laħam u taʼ l-​ispirtu” u ‘mmewtu l-​membri taʼ ġisimna li qegħdin fuq l-​art fejn tidħol iż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, l-​aptit sesswali, ix-​xewqa li twassal għall-​ħsara, u x-​xenqa b’għira.’—2 Kor. 7:1; Kol. 3:5.

Din id-​dinja maħkuma minn Satana tittollera kondotta mhix nadifa, saħansitra tinkuraġġiha. Jistaʼ jkun verament taʼ sfida li tirreżisti t-​tentazzjoni biex tieħu sehem fi mġiba mhix nadifa. Imma l-​Kristjani veri m’għandhomx ‘jimxu iktar kif jimxu l-​ġnus fil-​frugħa taʼ moħħhom.’ (Efes. 4:17) Ġeħova se jħallina nimxu fit-​“Triq il-​Qaddisa” biss jekk nevitaw kondotta mhix nadifa, sew fil-​moħbi u sew fil-​pubbliku.

‘Ma Jkunx Hemm Iljun’

Sabiex inkunu nistgħu ngawdu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova, l-​Alla l-​qaddis, għandu mnejn ikollna bżonn nagħmlu bidliet kbar fil-​kondotta u l-​kliem tagħna. Isaija 35:9 jgħid: “Ma jkunx hemm l-​iljun, u ebda bhima feroċi ma titlaʼ minnha,” jiġifieri, mit-​“Triq il-​Qaddisa.” B’mod figurattiv, in-​nies li huma vjolenti u aggressivi fl-​azzjonijiet u fil-​kliem tagħhom huma mqabblin maʼ bhejjem salvaġġi. Żgur li mhux se jkollhom post fid-​dinja l-​ġdida taʼ ġustizzja t’Alla. (Is. 11:6; 65:25) Għalhekk, huwa essenzjali li dawk li jixtiequ l-​approvazzjoni t’Alla jneħħu tendenzi annimaleski bħal dawn u jfittxu triq taʼ qdusija.

L-Iskrittura twissina: “Ħa jitwarrab minnkom kull imrar malizzjuż u rabja u korla u twerżiq u tagħjir flimkien maʼ kull ħażen.” (Efes. 4:31) F’Kolossin 3:8, naqraw: “Qisu li twarrbuhom kollha, il-​korla, ir-​rabja, il-​ħażen, it-​tagħjir, u l-​kliem oxxen minn fommkom.” Il-​kelma “tagħjir” li tintuża f’dawn iż-​żewġ versi bażikament tirreferi għall-​kliem li jweġġaʼ u li jbaxxi u għad-​dagħa.

Illum, il-​kliem li jweġġaʼ u vulgari sar komuni ħafna, saħansitra fid-​dar. Koppji miżżewġin jgħidu kliem li jweġġaʼ, li jbaxxi, u kiefer lil xulxin u lil uliedhom. Aggressjoni verbali bħal din m’għandhiex teżisti fid-​djar Kristjani.—1 Kor. 5:11.

Nitbierku jekk Infittxu “l-​Qdusija fil-​Biżaʼ t’Alla”

Kemm aħna privileġġati li naqdu lil Ġeħova, l-​Alla l-​qaddis! (Ġoż. 24:19) Il-​ġenna spiritwali li Ġeħova daħħalna fiha hija prezzjuża ħafna. Ċertament li l-​aqwa mod taʼ ħajja hu li nżommu l-​kondotta tagħna qaddisa f’għajnejn Ġeħova.

Dalwaqt, il-​Ġenna fuq l-​art imwiegħda minn Alla se ssir realtà. (Is. 35:1, 2, 5-7) Dawk li jixxennqu għaliha u li jibqgħu jfittxu ħajja li togħġob lil Alla se jkollhom il-​barka li jkunu hemmhekk. (Is. 65:17, 21) Mela, allura ejja nibqgħu nqimu lil Alla fi stat spiritwalment nadif u nżommu relazzjoni mill-​qrib miegħu.

[Nota taʼ taħt]

a Għal diskussjoni dwar id-​differenza bejn ‘nuqqas taʼ ndafa b’regħba’ u “nuqqas taʼ ndafa,” ara It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 2006, paġni 29-31.

[Stampa f’paġna 26]

X’kien meħtieġ sabiex il-​Lhud jimxu fit-​“Triq il-​Qaddisa”?

[Stampa f’paġna 27]

Il-​pornografija tħassar ir-​relazzjoni taʼ dak li jkun maʼ Ġeħova

[Stampa f’paġna 28]

“Ħa jitwarrab minnkom kull . . . twerżiq u tagħjir”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja