LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 4/1 p. 5
  • Dak li Ġesù Għallem Dwaru Nnifsu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dak li Ġesù Għallem Dwaru Nnifsu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Ġesù Kristu—Il-Mistoqsijiet Tagħna Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 4/1 p. 5

Dak li Ġesù Għallem Dwaru Nnifsu

“Ġesù ma kellu ebda dubju dwar min kien, minn fejn ġie, għala ġie fid-​dinja tagħna, u x’kien hemm lest għalih fil-​futur.”—L-​AWTUR HERBERT LOCKYER.

QABEL ma nkunu nistgħu naċċettaw u npoġġu l-​fidi fl-​affarijiet li għallem Ġesù, għandna bżonn inkunu nafu xi ħaġa dwaru. Ġesù min kien verament? Minn fejn ġie? X’kien l-​iskop tiegħu fil-​ħajja? Fl-​Evanġelji—Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni—nistgħu nisimgħu t-​tweġibiet bħallikieku minn xofftejn Ġesù stess.

Hu għex qabel ma twieled fuq l-​art Ġesù darba minnhom qal: “Qabel m’eżista Abraham, kont neżisti.” (Ġwanni 8:58) Abraham għex xi 2,000 sena qabel ma twieled Ġesù. Madankollu, Ġesù għex saħansitra qabel ma dak il-​patrijarka leali mexa fuq l-​art. Imma, Ġesù fejn kien eżista? ‘Jien inżilt mis-​sema,’ spjega hu.—Ġwanni 6:38.

L-​Iben t’Alla Ġeħova għandu ħafna wlied anġeliċi. Madankollu, Ġesù hu uniku. Hu rrefera għalih innifsu bħala “l-​Iben uniġenitu t’Alla.” (Ġwanni 3:18) Din l-​espressjoni tfisser li Ġesù hu l-​uniku ħolqien li nħalaq direttament minn Alla. L-​Iben uniġenitu hu l-​wieħed li permezz tiegħu Alla ħalaq l-​affarijiet l-​oħrajn kollha.—Kolossin 1:16.

“Bin il-​bniedem” Ġesù uża din l-​espressjoni iktar minn kwalunkwe espressjoni oħra biex jirreferi għalih innifsu. (Mattew 8:20) B’hekk, hu wera li la kien anġlu materjalizzat u lanqas spirtu forma taʼ bniedem. Minflok, hu kien uman għalkollox. Permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, Alla ttrasferixxa l-​ħajja taʼ Ibnu mis-​sema għal fuq l-​art, billi nisslu fil-​ġuf tat-​tfajla verġni Marija. Minħabba f’hekk, Ġesù twieled bħala bniedem perfett u bla dnub.—Mattew 1:18; Luqa 1:35; Ġwanni 8:46.

Il-​Messija mwiegħed “Naf li ġej il-​Messija,” qalet mara Samaritana lil Ġesù. Hu wieġeb: “Jien hu, li qed nitkellem miegħek.” (Ġwanni 4:25, 26) Il-​kelma “Messija,” bħall-​kelma “Kristu,” tfisser “Midluk.” Ġesù kien midluk, jew maħtur minn Alla, biex ikollu rwol speċjali fit-​twettiq tal-​wegħdi t’Alla.

Il-​missjoni primarja tiegħu Ġesù darba minnhom qal: “Irrid inxandar l-​aħbar tajba tas-​saltna t’Alla lil bliet oħrajn ukoll, għax għal dan intbgħatt.” (Luqa 4:43) Għalkemm wettaq ħafna għemejjel tajbin għan-​nies fil-​bżonn, l-​ippritkar dwar is-​Saltna t’Alla kien l-​enfasi ewlieni f’ħajtu. Dak li għallem dwar din is-​Saltna se jiġi kunsidrat iktar tard.

B’mod ċar, Ġesù ma kienx raġel ordinarju.a Bħalma se naraw, il-​ħajja li kellu fis-​sema tat iktar tifsir għall-​kliem li qal meta kien fuq l-​art. M’għandniex għalfejn nistagħġbu li hu pprietka messaġġ li kien se jeffettwa l-​ħajjiet taʼ miljuni taʼ nies madwar id-​dinja.

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar informazzjoni dwar Ġesù u dwar l-​irwol tiegħu fl-​iskop t’Alla, ara kapitlu 4 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja