LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 9/1 pp. 6-7
  • It-Tmiem tat-Tbatija Huwa Qrib!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tmiem tat-Tbatija Huwa Qrib!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ALLA SE JAGĦMEL SAĦANSITRA IKTAR!
  • It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa!
    It-Tbatija Kollha Dalwaqt se Tispiċċa!
  • Dak li Se Tagħmel is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Saltna “li Ma Tinqered Qatt”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Kif Nafu li Aħna Qegħdin fl-​“Aħħar Jiem”
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 9/1 pp. 6-7

It-​Tmiem tat-​Tbatija Huwa Qrib!

Immaġinak tgħix f’dinja ħielsa mit-​tbatija—dinja mingħajr kriminalità, gwerer, mard, u diżastri naturali. Immaġinak tqum kull filgħodu u ma jkollokx għalfejn tinkwieta dwar id-​diskriminazzjoni, il-​moħqrija, jew l-​inċertezzi ekonomiċi. Taħseb li dan huwa impossibbli? Veru, ebda bniedem jew organizzazzjoni fuq l-​art ma tistaʼ ġġib kundizzjonijiet bħal dawn. Imma Alla wiegħed li jelimina dak kollu li jikkaġuna t-​tbatija umana, inkluż dak li ddiskutejna fl-​artiklu taʼ qabel. Innota l-​wegħdi li ġejjin mill-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja:

IL-​ĦAKMA TAʼ TMEXXIJA TAJBA

“L-​Alla tas-​sema jwaqqaf saltna li qatt ma tinqered. U din is-​saltna ma tgħaddix għal għand poplu ieħor. Hi se tfarrak u ttemm dawn is-​saltniet kollha, u hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”—Danjel 2:44.

Is-​Saltna t’Alla hija gvern tas-​sema. Il-​Ħakkiem magħżul tagħha, Ġesù Kristu, se jaħkem flok il-​ħakmiet kollha tal-​bnedmin u se jiżgura li r-​rieda t’Alla ma ssirx biss fis-​sema imma wkoll hawnhekk fuq l-​art. (Mattew 6:9, 10) L-​ebda tmexxija umana mhi se tieħu post din it-​tmexxija għaliex din hi “s-​saltna taʼ dejjem tal-​Mulej u s-​Salvatur tagħna Ġesù Kristu.” Paċi dejjiema se tkun garantita.—2 Pietru 1:11.

DAQSHEKK RELIĠJON FALZA

“Satana nnifsu jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-​dawl. Għalhekk, mhix ħaġa kbira li l-​ministri tiegħu wkoll jibqgħu jinbidlu f’ministri tal-​ġustizzja. Imma tmiemhom ikun skond għemilhom.”—2 Korintin 11:14, 15.

Ir-​reliġjon falza se tiġi mikxufa bħala li hi x-​xogħol tax-​Xitan u se tiġi eliminata minn fuq wiċċ l-​art. Se jispiċċa l-​preġudizzju u t-​tixrid taʼ demm kaġunati mir-​reliġjon. Dan se jippermetti lil dawk kollha li jħobbu lill-​“Alla ħaj u veru” biex iqimuh b’“fidi waħda” u “bl-​ispirtu u l-​verità.” X’paċi u unità se jkun hemm!—1 Tessalonikin 1:9; Efesin 4:5; Ġwanni 4:23.

MA JKUNX HEMM IKTAR IMPERFEZZJONI UMANA

“Alla stess ikun magħhom. U jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”—Rivelazzjoni 21:3, 4.

Alla Ġeħova jagħmel dan possibbli permezz taʼ Ibnu, Ġesù, li ta ħajtu għad-​dinja tal-​bnedmin. (Ġwanni 3:16) Bid-​direzzjoni taʼ Ġesù, il-​bnedmin se jsiru perfetti. Mhux se jkun hemm iktar tbatija għaliex “Alla stess ikun magħhom” u se “jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom.” L-​imperfezzjoni u t-​tbatija tal-​bniedem dalwaqt se jkunu xi ħaġa tal-​imgħoddi; “il-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.”—Salm 37:29.

MA JKUNX HEMM SPIRTI MILL-​AGĦAR

Ġesù Kristu “ħataf lid-​dragun, is-​serp oriġinali, li hu x-​Xitan u Satana, u rabtu għal elf sena. U xeħtu fl-​abbiss, li mbagħad għalqu fih u ssiġillah, biex ma jqarraqx iktar bil-​ġnus.”—Rivelazzjoni 20:2, 3.

L-​influwenza satanika kollha se tispiċċa meta Satana u d-​demonji jiġu marbutin u mixħutin “fl-​abbiss,” stat taʼ inattività totali. Huma mhux se jeżerċitaw iktar il-​kontroll mill-​agħar tagħhom fuq il-​kwistjonijiet tal-​bnedmin. Kemm se jkun taʼ serħan li tgħix f’dinja ħielsa mill-​influwenza taʼ Satana u l-​ispirti mill-​agħar!

“L-​AĦĦAR JIEM” IKUNU SPIĊĊAW

“L-​aħħar jiem” se jispiċċaw b’dik li Ġesù sejħilha “tribulazzjoni kbira.” Hu qal: “Ikun hemm tribulazzjoni kbira li qatt ma kien hawn bħalha mill-​bidu tad-​dinja s’issa, le, lanqas jerġaʼ jkun hawn.”—Mattew 24:21.

It-​tribulazzjoni se tkun kbira fis-​sens li se jkun hawn gwajijiet li qatt ma kien hawn bħalhom. Dawn se jilħqu l-​quċċata tagħhom fil-​“gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox,” magħrufa l-​iktar bħala “Armageddon.”—Rivelazzjoni 16:14, 16, nota taʼ taħt.

Kullimkien, in-​nies li jħobbu dak li hu sewwa jħarsu ’l quddiem lejn it-​tmiem taʼ din is-​sistema. Ikkunsidra biss ftit mill-​barkiet li hemm jistennewhom taħt is-​Saltna t’Alla.

ALLA SE JAGĦMEL SAĦANSITRA IKTAR!

“Folla kbira” se tibqaʼ ħajja u tidħol f’dinja ġdida taʼ paċi: Il-​Kelma t’Alla tgħid li “folla kbira” taʼ nies li ħadd ma jistaʼ jgħoddha se ‘toħroġ mit-​tribulazzjoni l-​kbira’ u tibqaʼ ħajja f’dinja ġdida taʼ tjieba. (Rivelazzjoni 7:9, 10, 14; 2 Pietru 3:13) Is-​salvazzjoni tagħhom se jkunu jafuha lil Ġesù Kristu, “il-​Ħaruf t’Alla li jneħħi d-​dnub tad-​dinja.”—Ġwanni 1:29.

Edukazzjoni divina se ġġib benefiċċji kbar: Fid-​dinja l-​ġdida, “l-​art se tkun mimlija bl-​għarfien taʼ Ġeħova.” (Isaija 11:9) Din l-​edukazzjoni divina se tinkludi istruzzjonijiet dwar kif wieħed jgħix fil-​paċi man-​nies kollha u f’armonija mal-​ambjent. Alla jwiegħed: “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-​ġid tiegħek, li mmexxik fit-​triq li għandek timxi.”—Isaija 48:17.

L-​għeżież mejtin tagħna se jiġu mqajmin mill-​qabar: Waqt li kien fuq l-​art, Ġesù qajjem mill-​mewt lill-​ħabib tiegħu Lazzru. (Ġwanni 11:1, 5, 38-​44) B’hekk, hu wera dak li se jagħmel fuq skala ferm akbar taħt l-​arranġament tas-​Saltna t’Alla.—Ġwanni 5:28, 29.

Il-​paċi u s-​sewwa se jibqgħu għal dejjem: Taħt il-​ħakma taʼ Kristu, il-​ksur tal-​liġi se jkun xi ħaġa tal-​imgħoddi. Kif nafuh dan? Għaliex Ġesù kapaċi jaqra l-​qlub, u se juża din l-​abbiltà biex jiġġudika bejn il-​ġusti u dawk mill-​agħar. Dawk li jirrifjutaw li jbiddlu l-​modi ħżiena tagħhom mhumiex se jitħallew jgħixu fid-​dinja l-​ġdida t’Alla.—Salm 37:9, 10; Isaija 11:3, 4; 65:20; Mattew 9:4.

Ikkunsidrajna biss ftit mill-​ħafna profeziji tal-​Bibbja li jitkellmu dwar iż-​żmien meraviljuż li ġej. Meta s-​Saltna t’Alla teżerċita l-​ħakma fuq l-​art, se jkun hawn “sliem kotran” għal dejjem. (Salm 37:11, 29) Dak kollu li jikkaġuna l-​uġigħ u t-​tbatija u li jnikket lill-​bnedmin se jispiċċa. Nistgħu nkunu ċerti minn dan għax Alla wiegħed: “Ara! Qed nagħmel kollox ġdid. . . . Dan il-​kliem hu żgur u veru.”—Rivelazzjoni 21:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja