LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 1 pp. 4-5
  • Kif id-diżonestà teffettwa lilek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif id-diżonestà teffettwa lilek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ID-​DIŻONESTÀ TEQRED IL-​FIDUĊJA
  • ID-​DIŻONESTÀ TITTIEĦED
  • Il-Pressjoni Biex Tkun Diżonest
    Stenbaħ!—2012
  • Għala jaqbillek tkun onest
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Kif Tilqaʼ l-Isfida Morali taʼ li Tkun Fqir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 1 pp. 4-5
Żewġ nisa jitkellmu

SUĠĠETT PRINĊIPALI | GĦALA GĦANDEK TKUN ONEST?

Kif id-​diżonestà teffettwa lilek

“Dejjem hemm sitwazzjonijiet diffiċli li tistaʼ ssolvihom b’xi naqra diżonestà.”—Samantha, l-​Afrika t’Isfel.

Taqbel maʼ din l-​istqarrija? Bħal Samantha, ilkoll kemm aħna ġejna f’xi diffikultà ħin jew ieħor. Il-​mod kif nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet li jittantawna nkunu diżonesti jistaʼ juri x’valuri nħaddnu. Pereżempju, jekk ikun importanti għalina li nsalvaw ġieħna, aktarx inqisu d-​diżonestà bħala sempliċi għodda oħra li nistgħu nużaw biex inwettqu l-​ħsieb tagħna. Però, meta toħroġ il-​verità, id-​diżonestà ġġib magħha konsegwenzi negattivi. Ikkunsidra dan li ġej.

ID-​DIŻONESTÀ TEQRED IL-​FIDUĊJA

Ir-​relazzjonijiet huma mibnijin fuq il-​fiduċja. Meta tnejn min-​nies jafdaw lil xulxin, iħossuhom protetti u siguri. Imma l-​fiduċja ma tiġix mil-​lum għall-​għada. In-​nies jibnu l-​fiduċja meta jqattgħu l-​ħin flimkien, filwaqt li jikkomunikaw bl-​onestà u jaġixxu bla egoiżmu. Madankollu, il-​fiduċja tistaʼ tintilef b’att wieħed taʼ diżonestà. U meta tintilef il-​fiduċja, jistaʼ jkun diffiċli li terġaʼ tinbena.

Qatt ġejt imqarraq minn xi ħadd li ħsibt li kien ħabib tajjeb? Jekk inhu hekk, kif ħassejtek? Aktarx li ħassejtek imweġġaʼ jew tradut. Dan tistaʼ tifhmu. Bla dubju, id-​diżonestà tistaʼ teqred il-​pedament taʼ relazzjonijiet prezzjużi.

ID-​DIŻONESTÀ TITTIEĦED

Fi studju, Robert Innes, professur fl-​ekonomija fil-​University of California, sab li “d-​diżonestà tabilħaqq tittieħed.” B’hekk, id-​diżonestà tistaʼ tixxebbah maʼ virus—iktar ma jkollok kuntatt maʼ xi ħadd li hu qarrieq, iktar ikun hemm riskju li tiġi “infettat” bid-​diżonestà int stess.

Kif tistaʼ tevita li taqaʼ fin-​nassa tad-​diżonestà? Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek. Jekk jogħġbok ikkunsidra ftit prinċipji Bibliċi.

Forom taʼ diżonestà

Il-​gideb

Raġel ineħħi ċ-ċurkett taż-żwieġ

X’INHU? Li tgħid xi ħaġa falza lil xi ħadd li għandu d-​dritt ikun jaf il-​verità. Il-​gideb jistaʼ jinkludi li tirrappreżenta ħażin jew tgħawweġ il-​fatti biex tiżvija lil xi ħadd, tħalli barra informazzjoni importanti biex tqarraq b’xi ħadd, u li tesaġera l-​verità sabiex tagħti impressjoni falza.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Il-​qarrieq huwa mistkerrah minn Ġeħova, imma Hu għandu relazzjoni intima mar-​retti.” (Proverbji 3:32) “Issa li warrabtu l-​gideb, għidu l-​verità, kull wieħed minnkom lill-​proxxmu tiegħu.”—Efesin 4:25.

Il-​kalunnja

Żewġt irġiel jitkellmu minn taħt l-ilsien hekk kif ieħor jidħol fil-kamra

X’INHI? Li tgħid affarijiet foloz u malizzjużi biex tagħmel ħsara lir-​reputazzjoni taʼ xi ħadd.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Bniedem li jikkonfoffa jibqaʼ jaqlaʼ l-​ġlied, u l-​kalunnjatur jifred lil dawk li jafu lil xulxin sew.” (Proverbji 16:28) “Fejn m’hemmx ħatab in-​nar jintefa, u fejn m’hemmx min jimmalafama l-​ġlied jieqaf.”—Proverbji 26:20.

Il-​frodi

Raġel juri arloġġi moħbijin fil-ġakketta

X’INHI? Li tipperswadi lil xi ħadd jagħtik flus jew proprjetà meta ma jkunx jaf il-​verità dwar l-​intenzjonijiet tiegħek.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Timbroljax lil ħaddiem mikri li jkun f’sitwazzjoni mwiegħra u li jkun fqir.” (Dewteronomju 24:14, 15) “Min qed jimbrolja lill-​batut imaqdar lil Dak li għamlu, imma min iħenn għall-​foqra qed jigglorifikah.”—Proverbji 14:31.

Is-​serq

Xi ħadd jisraq portmoni minn basket

X’INHU? Li tieħu xi ħaġa mingħand xi ħadd mingħajr permess.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Min kien jisraq ħa ma jisraqx iktar, imma minflok ħa jaħdem iebes u jagħmel b’idejh xogħol tajjeb, biex ikollu xi ħaġa x’jagħti lil min hu fil-​bżonn.” (Efesin 4:28) “Titqarrqux. . . . La l-​ħallelin, la r-​rgħiba, la s-​sakranazzi, la ż-​żeblieħa, lanqas l-​imbroljuni ma jirtu s-​saltna t’Alla.”—1 Korintin 6:9, 10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja