LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/96 p. 1
  • Għinhom Biex Jerġgħu Jaqdu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għinhom Biex Jerġgħu Jaqdu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Tinsiex lil Dawk li Huma Inattivi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Għinhom Jerġgħu Lura bla Dewmien!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “Erġgħu Lura Lejja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 6/96 p. 1

Għinhom Biex Jerġgħu Jaqdu

1 Billi għaraf x’setaʼ kien taʼ periklu spiritwali għal sħabu l-​Kristjani, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Diġà saret is-​siegħa għalikom biex tistenbħu mir-​raqda, għax issa s-​salvazzjoni tagħna hija iktar qrib minn dak iż-​żmien meta sirna nemmnu.” (Rum. 13:11) Pawlu kien imħasseb dwar ħutu li kienu qegħdin jonogħsu spiritwalment; kien ħerqan li jerġaʼ jqanqalhom għal attività mill-​ġdid.

2 Jistaʼ verament jingħad li l-​lejl taʼ din id-​dinja qadima daħal ġmielu u li s-​sebħ tad-​dinja l-​ġdida dalwaqt magħna. (Rum. 13:12) Għandna kull raġun għalfejn inkunu mħassbin dwar ħutna li m’għadhomx imseħbin magħna bħala xandara taʼ l-​aħbar tajba. Fis-​sena taʼ servizz li għaddiet f’Malta kien hawn 10 pubblikaturi li reġgħu saru attivi. Kif nistgħu ngħinu wħud inattivi oħrajn biex jerġgħu jibdew jaqdu lil Jehovah mill-​ġdid?

3 X’Jistgħu Jagħmlu L-​Anzjani: Il-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li huma inattivi m’abbandunawx il-​verità; sempliċement waqfu jippridkaw minħabba skuraġġiment, problemi persunali, materjaliżmu, jew anzjetajiet oħrajn tal-​ħajja. (Luqa 21:​34-36) Jekk inhu possibbli, ikun ferm aħjar li ngħinuhom qabel ma jsiru inattivi. Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni għandu javża lil dak li jikkonduċi l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni meta xi pubblikatur isir irregulari f’li jirrapporta l-​attività fis-​servizz. Jistgħu jsiru arranġamenti għal żjara pastorali. Huma għandhom jipprovaw isibu x’inhi l-​kawża fundamentali tal-​problema u kif tistaʼ tingħata l-​għajnuna.​—Ara l-​Watchtower tal-​15 taʼ Settembru, 1993, paġni 20-3.

4 Kif Oħrajn Jistgħu Jgħinu: Il-​biċċa l-​kbira minna nafu lil xi ħadd li sar inattiv. Jistaʼ jkun xi ħadd li fil-​passat kien qrib tagħna mhux ħażin. X’nistgħu nagħmlu biex ngħinuh? Għala ma tmurx tarah għal ftit ħin? Għidlu li tħoss in-​nuqqas tal-​kumpanija tiegħu. Kun ferrieħi u pożittiv. Esprimi t-​tħassib tiegħek mingħajr ma tgħidlu li hu marid spiritwalment. Irrakkonta xi esperjenzi inkuraġġanti jew affarijiet tajbin oħrajn li l-​kongregazzjoni qiegħda twettaq. Għidlu bil-​ħrara dwar il-​Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera Tal-​Paċi Divina,” u ħeġġu biex jattendi. Aktarx li xejn ma jistaʼ jgħinu iktar milli jerġaʼ jissieħeb mal-​kongregazzjoni. Offrilu li tmur miegħu għal-​laqgħat. Għarraf lill-​anzjani bir-​riżultat li ksibt.

5 Meta wieħed li jkun sar inattiv jerġaʼ lura għal-​laqgħat, x’aktarx li se jħossu skomdu meta jiltaqaʼ m’oħrajn li kien jaf qabel. Tistaqsihx: “X’sar minnek?” Minflok, ġagħlu jħossu milqugħ. Inkludih fil-​konversazzjoni. Introduċih maʼ dawk li ma jafx. Poġġi bil-​qiegħda ħdejh matul il-​laqgħa, u ara li għandu ktieb tal-​kant u l-​materjal li jkun qiegħed jiġi studjat. Ħeġġu biex jerġaʼ jiġi, u jekk hemm xi bżonn offri l-​għajnuna tiegħek.

6 Peress li għandhom affezzjoni kordjali lejn dawk li qatgħu lura, Jehovah u Ġesù jifirħu meta wħud bħal dawn jirkupraw spiritwalment. (Mal. 3:7; Matt. 18:​12-14) Nistgħu nesperjenzaw dak l-​istess ferħ jekk jirnexxilna ngħinu lil oħrajn biex jerġgħu jaqdu lil Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja