Aġġustament fil-Ħtiġijiet tas-Sigħat għall-Pijunieri
1 Ilkoll kemm aħna napprezzaw li fil-kongregazzjoni għandna pijunieri regulari u awżiljarji li jaħdmu iebes. Saħansitra fejn it-territorju huwa limitat u maħdum bir-reqqa fuq bażi regulari, il-pijunieri taw eżempju mill-aħjar bis-servizz żeluż tas-Saltna. Huma kienu u għadhom jinkuraġġixxu lill-pubblikaturi kollha biex jibqgħu okkupati f’li jfittxu lil dawk “disposti sewwa.”—Atti 13:48, New World Translation.
2 Is-Soċjetà osservat li d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-pijunieri qed jiżdiedu, speċjalment meta jiġu biex isibu xogħol sekulari part-time li jippermettilhom jieħdu ħsieb adegwatament tal-ħtiġijiet persunali tagħhom sabiex jibqgħu fis-servizz full-time. Is-sitwazzjoni ekonomika preżenti f’ħafna pajjiżi għamlitha wkoll iżjed u iżjed diffiċli għal oħrajn biex jidħlu fix-xogħol taʼ pijunier, avolja dik tkun ix-xewqa taʼ qalbhom. Matul dawn l-aħħar xhur, ikkunsidrajna bir-reqqa dawn il-fatturi u oħrajn.
3 Għalhekk, meta s-Soċjetà qieset l-affarijiet t’hawn fuq, naqqset il-ħtieġa tas-sigħat kemm għall-pijunieri regulari kif ukoll għall-pijunieri awżiljarji. B’seħħ minn Jannar 1999, il-ħtieġa taʼ sigħat għall-pijunieri regulari se tkun taʼ 70 siegħa fix-xahar, jew total taʼ 840 siegħa fis-sena. Il-ħtieġa taʼ kull xahar għall-pijunieri awżiljarji se tkun taʼ 50 siegħa. Il-ħtieġa taʼ sigħat għall-pijunieri speċjali u għall-missjunarji mhix se tinbidel, peress li s-Soċjetà għamlet provvediment biex tgħinhom jieħdu ħsieb il-bżonnijiet materjali bażiċi tagħhom. B’hekk, ikunu jistgħu jikkonċentraw iktar bis-sħiħ fuq ix-xogħol taʼ l-ippridkar u taʼ li jagħmlu dixxipli.
4 Nisperaw li dan l-aġġustament fil-ħtiġijiet tas-sigħat se jgħin lil iktar pijunieri biex jibqgħu f’dan il-privileġġ prezzjuż taʼ servizz. Għandu wkoll jiftaħ it-triq għal ħafna iktar pubblikaturi biex jibdew ix-xogħol taʼ pijunier regulari u awżiljarju. X’barka għandha tkun din għall-kongregazzjoni kollha!