LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/99 p. 4
  • Uża Ħinek b’Mod Effettiv

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża Ħinek b’Mod Effettiv
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Uża l-ħin tiegħek bl-aħjar mod fil-ministeru
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Kun Effettiv fil-Ministeru Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Laqgħat għas-servizz tal-għalqa li jwettqu x-xogħol tagħhom
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 6/99 p. 4

Uża Ħinek b’Mod Effettiv

1 Kulħadd għandu l-​istess ammont taʼ ħin għad-​dispożizzjoni tiegħu kull ġimgħa. Il-​porzjon li niddedikaw biex naqsmu l-​aħbar tajba huwa prezzjuż b’mod speċjali għaliex huwa ħin użat f’xogħol li jsalva l-​ħajja. (Rum. 1:16) Aħna nuru l-​apprezzament tagħna għal dan billi nippreparaw sew għas-​servizz ippjanat, billi naslu fil-​ħin għal-​laqgħat għas-​servizz, u nitilqu malajr għal fuq it-​territorju. Nippreferu nkunu qed nippridkaw milli nistennew. Peress li Jehovah għallimna li “kollox għandu żmienu,” jeħtieġ li l-​ħin li nkunu warrabna għall-​ministeru nużawh b’mod tassew effettiv.​—Koħ. 3:1.

2 Qassam Ħinek bil-​Għaqal: Nirċievu ħafna barkiet meta nżommu sod maʼ skeda li tħalli lok għal parteċipazzjoni regulari fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Naturalment, ir-​riżultati tajbin li niksbu fil-​ministeru għandhom ikunu proporzjonati skond l-​ammont taʼ ħin li nqattgħu fis-​servizz. Jekk nagħmlu xi aġġustamenti żgħar fir-​rutina tagħna, nistgħu aħna niddedikaw iktar ħin għas-​servizz taʼ l-​għalqa? Per eżempju, wara attività bir-​rivisti nhar taʼ Sibt, nistgħu ndumu ftit iktar biex nagħmlu xi żjajjar lura? Jekk il-​Ħadd inkunu ilna ftit fil-​ministeru taʼ l-​għalqa, nistgħu nqattgħu ftit ħin ukoll biex nagħmlu ż-​żjajjar lura jew nikkonduċu xi studju tal-​Bibbja? Jistaʼ jkun li maʼ l-​attività tagħna minn dar għal dar inżidu wkoll ftit għoti taʼ xiehda fit-​toroq? B’dawn il-​modi jew oħrajn, forsi nkunu nistgħu ntejbu s-​servizz tagħna.

3 Meta nkunu barra fil-​ministeru, jekk ma noqogħdux attenti nistgħu nitilfu ħin prezzjuż. M’għandniex xi ngħidu, meta t-​temp ikun qalil, pawsa qasira se tiffriskana u tgħinna nibqgħu naħdmu. Madankollu, kun bilanċjat, peress li pawsi bħal dawn għandhom mnejn mhux dejjem ikunu neċessarji.

4 Dan l-​aħħar sar iżjed u iżjed diffiċli li n-​nies issibhom id-​dar. Biex ikampaw maʼ din is-​sitwazzjoni, ħafna pubblikaturi jagħtu xiehda minn dar għal dar f’ħin differenti tal-​ġurnata. Għala ma tipprovax tagħti xiehda tard wara nofsinhar jew kmieni fil-​għaxija?

5 Ikun aħjar jekk ma noqogħdux nitħaddtu bejnietna waqt li nkunu qed nieħdu sehem fix-​xogħol fit-​toroq. Minflok, noqogħdu ’l bogħod minn xulxin u navviċinaw lin-​nies sabiex nibdew konversazzjonijiet magħhom. B’hekk il-​ħin jintuża b’mod iktar effettiv u jinkiseb ferħ akbar mix-​xogħol.

6 Aħtaf l-​Opportunitajiet biex Tagħti Xiehda: Meta inkwilina qalet li ma kinitx interessata, waħda Xhud staqsietha jekk kienx hemm xi ħaddieħor fid-​dar maʼ min setgħet titkellem. Dan wassal għal konversazzjoni maʼ sid id-​dar, li kien ilu marid għal ħafna snin u kien ristrett li fil-​biċċa l-​kbira tal-​ħin joqgħod fis-​sodda. It-​tama mniżżla fil-​Kelma t’Alla ġedditlu l-​interess tiegħu fil-​ħajja. Malajr qam mis-​sodda, beda jattendi għal-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna, u jaqsam m’oħrajn it-​tama ġdida li kien sab!

7 Waħda oħt adolexxenti applikat is-​suġġeriment biex tieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa matul is-​siegħa taʼ qabel l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni. Fl-​ewwel bieb tagħha, iltaqgħet maʼ tifla taʼ 13-il sena li qagħdet tismaʼ b’attenzjoni u ħadet xi letteratura. L-​għada fl-​iskola, l-​oħt żagħżugħa rat lil din l-​istess tifla. Ftit wara dan, offriet li tistudja l-​Bibbja magħha, u t-​tifla aċċettat.

8 Ara li Jkun Ħin taʼ Kwalità: Sehem regulari fis-​servizz taʼ l-​għalqa jgħinna niżviluppaw l-​abbiltajiet tagħna f’li nippreżentaw l-​aħbar tajba. Tistaʼ ttejjeb l-​abbiltà tiegħek li tibda konversazzjoni fuq il-​bieb billi tuża introduzzjoni iktar effettiva? Tistaʼ ssir għalliem iktar tas-​sengħa meta tikkonduċi studju tal-​Bibbja fid-​dar? Billi tagħmel hekk, tistaʼ verament tuża ħinek fis-​servizz b’mod effettiv u tagħmel il-​ministeru tiegħek iktar produttiv.​—1 Tim. 4:16.

9 Peress li “ż-​żmien qsar,” ħajjitna għandha tkun mimlija b’xogħlijiet Kristjani. (1 Kor. 7:29) Fuqnett fil-​lista tagħna taʼ prijoritajiet għandu jkun hemm il-​ħin li nħallu apposta għall-​attività taʼ l-​ippridkar. Ħalli jkollna sehem konsiderevoli u żeluż fil-​ministeru. Il-​ħin hu riżorsa taʼ l-​għaġeb li tana Jehovah. Użah dejjem bil-​għaqal u b’mod effettiv.

[Kaxxa f’paġna 4]

Ikkunsidra Dawn is-​Suġġerimenti:

◼ Asal fil-​ħin għal-​laqgħat għas-​servizz.

◼ Kemm jistaʼ jkun, il-​gruppi żommhom żgħar.

◼ Evita d-​dewmien biex tasal fit-​territorju.

◼ Aħdem it-​territorju meta l-​biċċa l-​kbira tan-​nies ikunu d-​dar.

◼ Xi kultant aħdem waħdek jekk dan ma jkunx taʼ periklu.

◼ Agħmel iż-​żjajjar lura li huma l-​eqreb għat-​territorju minn dar għal dar.

◼ Żomm ruħek attiv fis-​servizz meta oħrajn fil-​grupp jeħlu f’xi bieb.

◼ Kemm jistaʼ jkun, skond iċ-​ċirkustanzi, dum iktar minn siegħa fis-​servizz.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja