Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Liema pubblikazzjonijiet għandna nistudjaw maʼ wħud ġodda qabel jitgħammdu?
Qabel ma individwu jkun jistaʼ jiddedika ħajtu lil Jehovah u jitgħammed, irid jieħu għarfien eżatt. (Ġw. 17:3) Se jikseb it-tagħrif li għandu bżonn billi jistudja kemm il-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? u kemm il-ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, il-browxer X’Jirrikjedi jiġi studjat l-ewwel. Madankollu, jekk l-istudju nbeda bil-ktieb Għarfien, il-browxer X’Jirrikjedi għandu jiġi studjat wara li jitlesta l-ktieb. Dan għala huwa neċessarju?
Il-browxer X’Jirrikjedi jipprovdi ġabra fil-qosor tat-tagħlim bażiku tal-Bibbja. Jekk jiġi studjat l-ewwel, se jagħti lill-istudent fehma fundamentali dwar dak li huwa meħtieġ biex jogħġob lil Jehovah. Jekk jiġi studjat l-aħħar, se jservi bħala reviżjoni tajba taʼ dak li ġie diskuss fil-ktieb Għarfien. Fiż-żewġ każi, inkuraġġixxi lill-istudent biex ifittex l-iskritturi li jappoġġaw lill-materjal u biex jimmedita fuqhom. Kun żgur li tenfasizza l-istampi, peress li huma għajnuniet taʼ tagħlim effettivi ħafna.—Ara t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar, 1997, paġni 10-11.
Meta student tal-Bibbja jkun spiċċa jistudja ż-żewġ pubblikazzjonijiet, se jkun jistaʼ jwieġeb il-mistoqsijiet kollha li l-anzjani se jirrevedu miegħu bħala preparazzjoni għall-magħmudija. Jekk inhu hekk, ma jkunx hemm għalfejn tikkonduċi studju formali miegħu f’xi pubblikazzjoni oħra, għalkemm dak li jikkonduċih għandu jibqaʼ jieħu interess b’mod attiv fil-progress tiegħu.—Ara t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar, 1996, paġni 8, 9, 12.