Se Tmur Toqgħod xi Mkien Ieħor?
Meta t-tweġiba għal dik il-mistoqsija tkun iva, hemm ħafna affarijiet li kemm int u kemm oħrajn tridu tieħdu l-inizjattiva biex tagħmluhom. Billi ssegwi l-passi bażiċi msemmijin hawn taħt, se tistabbilixxi ruħek malajr fil-kongregazzjoni l-ġdida tiegħek.
(1) Meta ssir taf fejn sejjer toqgħod, is-segretarju tal-kongregazzjoni preżenti tiegħek għandu mnejn ikun jistaʼ jikseb l-indirizz tas-Sala tas-Saltna tal-kongregazzjoni l-ġdida tiegħek. Meta tasal fil-post, sib is-sala mill-ewwel u kkonferma l-ħinijiet tal-laqgħat tal-kongregazzjoni. Jekk is-Sala tas-Saltna tintuża minn iktar minn kongregazzjoni waħda, staqsi lill-anzjani biex jgħidulek fit-territorju taʼ liema kongregazzjoni qed toqgħod. Iddumx ma tattendi l-laqgħat u ssir midħla taʼ l-anzjani lokali.
(2) Is-segretarji kemm tal-kongregazzjoni preżenti tiegħek kif ukoll tal-waħda l-ġdida se jikkooperaw fit-trasferiment tal-kards tal-Congregation’s Publisher Record għalik u għall-familja tiegħek. Se tintbagħat ukoll ittra taʼ introduzzjoni lill-anzjani tal-kongregazzjoni l-ġdida tiegħek. (Ara l-Kaxxa għall-Mistoqsija fl-Our Kingdom Ministry taʼ Frar 1991.) Il-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni t’hemmhekk għandu javża lill-ħu konċernat li jikkonduċi l-istudju tal-ktieb, dwar il-wasla tiegħek sabiex ikun jistaʼ jikkuntattjak u jgħinek issib il-grupp il-ġdid tiegħek taʼ l-istudju tal-ktieb.—Rum. 15:7.
(3) Il-pubblikaturi kollha fil-kongregazzjoni l-ġdida tiegħek iridu jagħtu s-sehem ferrieħi tagħhom—dak li jsiru jafuk u jġagħluk tħossok milqugħ. (Qabbel it-3 Ġwann 8.) M’għandniex xi ngħidu, dan ifisser li int trid tkun preżenti għal-laqgħat sabiex flimkien maʼ l-aħwa tkun tistaʼ tiġi inkuraġġit u tinbena.
(4) Int m’għandekx tistenna sakemm jitlesta x-xogħol kollu involut f’li tmur xi mkien ieħor biex tibda tieħu sehem fil-ministeru taʼ l-għalqa mal-kongregazzjoni l-ġdida tiegħek. Hekk kif tpoġġi l-interessi tas-Saltna l-ewwel, l-affarijiet l-oħrajn se jsiru wkoll, u int se tħossok komdu ħafna fl-ambjent ġdid tiegħek. (Mt. 6:33) Meta tissetilja fid-dar ġdida tiegħek, x’aktarx li se tkun trid tistieden lil xi wħud mill-kongregazzjoni biex iżuruk, u b’hekk issiru tafu iżjed lil xulxin.—Rum. 12:13b.
Iċ-ċaqliq minn post għal ieħor huwa proġett kbir. Madankollu, meta kulmin hu involut jagħmel dak li hu rikkmandat, ħadd ma jmur lura spiritwalment. Kulħadd se jiġi effettwat favorevolment mill-fratellanza Kristjana kollha mħabba.