Ara l-Qawwa tal-Bibbja!
Kif? Billi tara l-vidjo The Bible—Its Power in Your Life (Il-Bibbja—Il-Qawwa li Għandha f’Ħajtek). Dan huwa t-tielet volum fis-serje taʼ vidjos intitolati The Bible—A Book of Fact and Prophecy (Il-Bibbja—Ktieb taʼ Fatti u Profeziji).
Tixtieq li ż-żwieġ tiegħek ikun taʼ suċċess? Għandek bżonn l-għajnuna biex tkampa maʼ żminijiet diffiċli? Iż-żgħażagħ kif jistgħu jikbru u jsiru adulti responsabbli? Il-Bibbja tistaʼ tgħin, bħalma juri dan il-vidjo. Ismaʼ lil nies jirrakkontaw dwar il-qawwa għat-tajjeb li l-Bibbja kellha f’ħajjithom. Agħti widen huma u jispjegaw kif il-prinċipji tagħha għenuhom jiffaċċjaw il-problemi tal-ħajja tal-lum.
Dan il-vidjo huwa għodda siewja biex jgħin uħud interessati ġodda jaraw il-benefiċċji taʼ li jużaw il-Kelma t’Alla bħala gwida f’ħajjithom. Is-Soċjetà qed tforni l-vidjo The Bible—Its Power in Your Life. Int tistaʼ titlob kopja mingħand il-ħu inkarigat mil-letteratura tal-kongregazzjoni.