Vidjow ġdid biex nibdew studji tal-Bibbja
Vidjow qasir intitolat Għala għandek tistudja l-Bibbja? qed jilħaq udjenza ġmielha fuq jw.org. Dan il-vidjow hu ddisinjat biex jimmotiva lil nies interessati jaċċettaw l-offerta taʼ studju tal-Bibbja b’xejn. Tistaʼ tarah billi tikklikkja fuq “Itlob Studju tal-Bibbja” fuq in-naħa t’isfel tal-paġna tad-dħul jew billi tiskenja l-kodiċi QR stampat fuq wara taʼ kull wieħed mill-fuljetti l-ġodda tagħna. Dawn huma xi modi kif nistgħu nagħmlu użu tajjeb mill-vidjow.
Meta tagħmel żjara lura, għid lill-inkwilin: “Nistaʼ nurik vidjow qasir li jispjega kif tistaʼ ssib tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar il-Bibbja?” Jekk jaqbel, urih il-vidjow fuq il-mowbajl jew tablet tiegħek jew il-kompjuter tiegħu stess.
Jekk inħallu wieħed mill-fuljetti l-ġodda meta nkunu qed nagħtu xhieda informali jew f’postijiet pubbliċi, uri l-kodiċi QR u inkuraġġixxi lill-persuna tiskenjaha bil-mowbajl jew tablet tagħha. Ladarba f’ħafna lingwi l-kodiċi QR jieħdok direttament għall-vidjow fuq il-Websajt tagħna, ikun possibbli tara l-vidjow fuq mowbajl jew tablet dak il-ħin stess.
Għid lil sħabek tax-xogħol, lill-qraba, u lil nies oħra li taf dwar il-vidjow, u offri li turihulhom. Jew ibagħtilhom ħolqa tal-vidjow bl-e-mail, u stidinhom jarawh waħedhom.
Bl-użu taʼ dan il-provvediment ġdid, għandna mnejn inkunu nistgħu nibdew iktar studji tal-Bibbja, u ngħinu spiritwalment lil dawk li għandhom “attitudni xierqa lejn il-ħajja taʼ dejjem.”—Atti 13:48.