United by Divine Teaching—Ħarsa Lejn l-Unità Vera bħal Dik taʼ bejn l-Aħwa
Indokratur tas-circuit mar fuq studju tal-Bibbja taʼ waħda mara li kienet għadha ma bdietx tattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni. Hu stedinha biex tara l-vidjo United by Divine Teaching (Magħqudin Permezz taʼ Tagħlim Divin). Dik il-ġimgħa stess attendiet laqgħa minnhom u qalet li kienet ferħana ħafna li kienet hemm. Kif ġab riżultati daqshekk malajr dan il-vidjo? Hi baqgħet impressjonata għax rat l-unità prezzjuża tagħna bħal dik taʼ bejn l-aħwa li qed taġixxi f’nofs dinja vjolenti u kollha mibegħda.—Ġw. 13:35.
Ara dan il-vidjo biex tara u tħoss il-paċi u l-imħabba li jgawdu x-Xhieda taʼ Jehovah madwar id-dinja. Imbagħad immedita fuq dawn il-mistoqsijiet:
(1) It-tema “Tagħlim Divin” għala kienet addattata għall-konvenzjonijiet taʼ l-1993-94?—Mik. 4:2.
(2) Liema importanza kellha l-verità tal-Bibbja għal xi familji? Liema importanza kellha għall-familja tiegħek?
(3) Għala huwa importanti li niġu mgħallmin minn Jehovah?—Salm 143:10.
(4) Liema sfidi jridu jiġu ffaċċjati fit-tħejjija taʼ konvenzjonijiet internazzjonali kbar?
(5) Kif rajt it-twettiq taʼ Salm 133:1 u Mattew 5:3 fil-konvenzjonijiet Kristjani li attendejt?
(6) Liema evidenza pubblika hemm taʼ l-effetti qawwijin li jħalli t-tagħlim divin?—Apk. 7:9.
(7) Liema kien l-akbar numru li qatt kien hemm taʼ wħud Kristjani veri li tgħammdu flimkien?
(8) Liema kliem taʼ Mikea, Pietru, u Ġesù qed iseħħ fost ix-Xhieda taʼ Jehovah?
(9) X’jurik li familja umana ferħana u magħquda m’hijiex sempliċi ħolma?
(10) Lil min se turih dan il-vidjo u għala?
Wara li rat dan il-vidjo, waħda oħt iddeskrivietu ħelu ħelu b’dan il-mod: “Il-vidjo se jgħinni ħafna biex inżomm f’moħħi li hawn tant aħwa Kristjani madwar id-dinja li bħalissa stess qed jaqdu lil Jehovah lealment. . . . Kemm hija prezzjuża l-unità bħal dik taʼ bejn l-aħwa li teżisti bejnietna!”—Efes. 4:3.