X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Diċ.
“F’dan iż-żmien tas-sena, ħafna nies jaħsbu dwar Ġesù Kristu, kemm jekk jemmnu bih u kemm jekk le. Xi wħud jgħidu li mhux veru kien jeżisti. X’inhi l-ħarsa tiegħek? [Wara t-tweġiba, aqra Mattew 16:15, 16.] Jien ċert li se tieħu pjaċir taqra dan l-artiklu dwar ‘Min Kien Tassew Ġesù’ biex tara kif jeffettwak illum u kif se jeffettwak fil-futur.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Jan.
“Ġieli taħseb dwar għala xi nies jidhru li għandhom ħajja faċli filwaqt li oħrajn jissieltu biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom? Il-Bibbja għandha xi ħaġa x’tgħid dwar dan. [Aqra Ġob 34:19.] Din ir-rivista tispjega kif Alla bi ħsiebu jneħħi l-livelli soċjali differenti taʼ bejn in-nies.”
Stenbaħ 8 taʼ Jan.
“Ilkoll kemm aħna nafu b’din it-traġedja li kexkxet lid-dinja. Minn dakinhar, in-nies sar għandhom bżonn taʼ serħan u għajnuna fuq skala enormi. Dan l-artiklu, fost affarijiet oħra, jispjega x’qed jagħmlu x-Xhieda taʼ Jehovah biex jgħinu lil dawk li salvaw, lill-ħaddiema taʼ l-emerġenza, u lil dawk li tilfu lil xi ħadd fil-mewt.”