X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Diċ.
“Matul dan iż-żmien tas-sena, ħafna nies jirriflettu dwar dak li l-anġli ħabbru meta twieled Ġesù. [Aqra Luqa 2:14.] Taħseb li xi darba għad verament tiġi l-paċi fuq l-art? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti kif Ġesù dalwaqt se jġib paċi taʼ veru fuq l-art.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Jan.
“Taħseb int li s-suċċess taʼ individwu jitkejjel bl-ammont taʼ ġid li jippossiedi? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra l-1 Timotju 6:9, 10.] Għalkemm il-Bibbja ma tikkundannax il-flus, din tindika li s-suċċess taʼ veru ma jiddependix mill-ġid. Din ir-rivista titkellem dwar dan.”