LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/02 p. 1
  • Il-Ġbir taʼ Nies mill-Ilsna Kollha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġbir taʼ Nies mill-Ilsna Kollha
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Nies “mill-Ilsna Kollha” Jisimgħu l-Aħbar Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħtu xhieda lil xi ħadd li jitkellem lingwa oħra
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Noffru l-Letteratura f’Territorju Fejn Hemm Iktar minn Lingwa Waħda
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Niżviluppaw it-Territorju tal-Lingwa Barranija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 7/02 p. 1

Il-​Ġbir taʼ Nies mill-​Ilsna Kollha

1 Il-​Kelma t’Alla qed titwettaq! Nies “mill-​ilsna kollha tal-​ġnus” qed iħaddnu l-​qima vera. (Żak. 8:23) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif qed jgħinu lil individwi taʼ kull ‘tribù, poplu, u lsien’ biex jaslu li jkollhom waqfa nadifa quddiem Jehovah, bil-​prospett li jsalvaw fit-​tribulazzjoni l-​kbira?—Apk. 7:​9, 14.

2 L-​Organizzazzjoni t’Alla Twieġeb: Il-​Ġemgħa li Tiggverna għamlet arranġamenti biex il-​letteratura Biblika tkun disponibbli f’xi 380 lingwa ħalli n-​nies taʼ l-​art kollha jkunu jistgħu jifhmu sew l-​importanza taʼ l-​aħbar tajba. It-​tħejjija u l-​istampar tal-​letteratura f’dawn il-​lingwi kollha fihom biċċa xogħol enormi. Dan jinvolvi li jiġu fformati timijiet taʼ tradutturi kwalifikati u jiġu provduti bl-​għajnuna li għandhom bżonn biex jittraduċu l-​letteratura tagħna f’dawn il-​lingwi kollha. Barra minn hekk, il-​materjal irid jiġi stampat u jitwassal bil-​baħar. Madankollu, il-​parti fundamentali ssir mill-​pubblikaturi tas-​Saltna b’mod individwali, għaliex iwasslu lin-​nies il-​messaġġ tal-​Bibbja li jsalva l-​ħajjiet.

3 Jidħlu għall-​Isfida: Bħalissa, f’ħafna postijiet insibu popolazzjonijiet kbar mhux ħażin taʼ wħud li jitkellmu b’lingwa barranija. Sabiex dawn in-​nies jintlaħqu bl-​aħbar tajba, uħud li dejjem jiżdiedu fost il-​qaddejja t’Alla qed jagħmlu sforz biex jipprovaw jitgħallmu ċ-​Ċiniż, ir-​Russu, l-​Ispanjol, jew xi lingwa oħra li hija komuni fejn jinsabu huma. Oħrajn qed jitgħallmu l-​Lingwa bis-​Sinjali. Per eżempju, fl-​Istati Uniti biss, hemm iktar minn 2,900 kongregazzjoni u 240 grupp li qed jippridkaw fi 38 lingwa oħra minbarra l-​Ingliż. Xi wħud li qabel qatt ma kienu semgħu b’Jehovah jew li ma kienu jafu xejn dwar il-​Bibbja issa qed jaċċettaw il-​verità tal-​Kelma t’Alla.—Rum. 15:21.

4 Nistgħu aħna nistinkaw iktar bis-​sħiħ biex niddikjaraw l-​aħbar tajba lin-​nies fit-​territorju tagħna li huma taʼ kultura differenti? (Kol. 1:25) Mod wieħed kif nistgħu nagħmlu dan f’pajjiżna hu billi nkunu ċerti li ngħaddu kull indirizz taʼ xi ħadd barrani lill-​kongregazzjoni taʼ l-​Ingliż f’Malta. Għalkemm din il-​kongregazzjoni b’ħafna lingwi differenti hija żgħira, l-​esperjenzi mill-​isbaħ li qed ikollhom l-​aħwa juruna biċ-​ċar li Jehovah qiegħed verament ibierek dan il-​bidu żgħir!

5 Il-​messaġġ tas-​Saltna jiġbed lin-​nies taʼ kull sfond u lingwa. Ejja nkunu ċerti li jkollhom l-​opportunità li jisimgħuh.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja