Noffru l-Letteratura f’Territorju Fejn Hemm Iktar minn Lingwa Waħda
1. Ħafna kongregazzjonijiet għala għandhom bżonn letteratura b’lingwa barranija?
1 F’ħafna postijiet, l-għalqa saret tinkludi nies minn pajjiżi oħra. Ħafna minn dawn jitgħallmu ħafna iktar malajr u jifhmu iktar meta jitgħallmu bil-lingwa tagħhom proprja. X’arranġamenti hemm biex jiġu provduti pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-Bibbja bil-lingwa li wħud interessanti jifhmu l-iktar?
2. Liema kooperazzjoni hemm bżonn meta żewġ kongregazzjonijiet jew iktar li jitkellmu lingwi differenti jaħdmu l-istess territorju?
2 Meta Għandek Toffri l-Letteratura: Meta żewġ kongregazzjonijiet jew iktar li jkunu jitkellmu lingwi differenti jaħdmu l-istess territorju, il-ġemgħat taʼ l-anzjani li jkunu involuti għandhom jikkooperaw maʼ l-indokraturi tas-servizz sabiex jistabbilixxu ftehim li hu aċċettat minn kull kongregazzjoni biex b’hekk kull grupp taʼ lingwa jingħata xiehda bir-reqqa. Meta jippridkaw minn dar għal dar, il-pubblikaturi normalment ma joffrux letteratura bil-lingwa tal-kongregazzjoni(jiet) l-oħra. Madankollu, meta l-pubblikaturi jagħtu xiehda informali jew f’postijiet pubbliċi, huma jistgħu jużaw letteratura bil-lingwi mitkellma f’dawk il-lokalitajiet.—Ara l-Kaxxa għall-Mistoqsija fl-Our Kingdom Ministry t’Ottubru taʼ l-1990.
3. Kongregazzjoni meta għandha żżomm ħażna taʼ letteratura b’lingwa barranija?
3 Meta Għandha Tinżamm Letteratura Maħżuna: X’jistaʼ jsir jekk f’xi post ikun hemm popolazzjoni kbira mhux ħażin taʼ wħud li jitkellmu b’lingwa barranija imma ma jkunx hemm kongregazzjoni li titkellem b’dik il-lingwa partikulari? F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kongregazzjonijiet jistgħu jżommu maħżun ammont żgħir taʼ letteratura bażika li tkun disponibbli b’dik il-lingwa, bħal xi fuljetti, il-browxers X’Jirrikjedi u Il-Ħabib t’Alla, u l-ktieb Għarfien. Il-pubblikaturi jistgħu joffru din il-letteratura kulmeta jiltaqgħu maʼ wħud li jistgħu jaqraw b’dik il-lingwa.
4. Kif tistaʼ tinkiseb letteratura b’lingwa li l-kongregazzjoni ma jkollhiex maħżun?
4 Kif Tordna l-Letteratura: Jekk il-kongregazzjoni m’għandhiex maħżun letteratura bil-lingwa li l-persuna interessata taqra, kif tistaʼ tinkiseb letteratura b’dik il-lingwa? Il-pubblikatur għandu jiċċekkja mal-ħu li jieħu ħsieb il-letteratura biex jiddetermina liema pubblikazzjonijiet huma disponibbli b’dik il-lingwa sabiex tkun tistaʼ tiġi ordnata l-letteratura li jkun hemm bżonn maʼ l-ordni li jkun imiss tal-kongregazzjoni.
5. X’jistaʼ jsir jekk il-letteratura hija meħtieġa qabel tasal l-ordni li jkun imiss?
5 Jekk ikun hemm bżonn taʼ servizz iktar mgħaġġel, il-pubblikatur jistaʼ jistaqsi lill-wieħed mill-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni jekk l-ordni tistax tiġi konsenjata qabel l-ordni li jkun imiss tal-kongregazzjoni. Jekk dan jiġi approvat, il-koordinatur tal-letteratura jew xi ħu ieħor li jiġi inkarigat minnu jistaʼ jagħmel ordni taʼ malajr bil-posta jew bit-telefon lill-uffiċċju tal-fergħa. Il-letteratura se tintbagħat fl-indirizz tal-konsenji tas-soltu tal-kongregazzjoni jew f’indirizz temporanju, jekk dan ikun mixtieq. Jekk il-konsenja tiġi mitluba mil-llum għall-għada jew fi żmien jumejn, il-kongregazzjoni tintalab tħallas in-nefqa tal-konsenja.
6. X’inhi l-mira tagħna meta nagħmlu l-letteratura Kristjana disponibbli?
6 Jalla nagħmlu użu tajjeb mill-pubblikazzjonijiet Kristjani sabiex ngħinu lill-“bnedmin kollha,” tkun xi tkun il-lingwa tagħhom, ħalli ‘jaslu biex jagħrfu l-verità u jsalvaw.’—1 Tim. 2:3, 4.