X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Nov.
“F’dan iż-żmien tas-sena, ħafna jaħsbu dwar it-twelid taʼ Ġesù. Kont taf li hemm tagħlim prezzjuż li nistgħu nieħdu mir-rakkont Bibliku tat-twelid tiegħu? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri paġna 5, u aqra t-2 Timotju 3:16.] Din il-ħarġa taʼ It-Torri taʼ l-Għassa tikkunsidra ftit minn dan it-tagħlim.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Diċ.
“Meta n-nies imutilhom xi ħadd maħbub jew ikunu qed isofru minn xi marda, spiss jistaqsu, ‘Għala Alla jħalli dan iseħħ?’ Forsi int staqsejt l-istess mistoqsija. Il-Bibbja turi li Alla jħoss għal dawk li qed isofru. [Aqra Isaija 63:8b.] Din ir-rivista tispjega għala nistgħu nkunu ċerti li Alla se jtemm is-sofferenza.”
Stenbaħ! 8 taʼ Diċ.
“Taħseb li l-ġenituri għandhom għalxiex jinkwetaw dwar kif id-divertiment vjolenti taʼ llum qed jeffettwa lil uliedhom? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna ġenituri jużaw dan il-vers bħala gwida. [Aqra Salm 11:5.] Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tgħin lill-familji jeżaminaw il-perikli li hemm fil-logħob elettroniku.”