Nistudjaw il-Ktieb Qim lil Alla
Qim lill-Uniku Alla Veru huwa disinjat biex jiġi studjat maʼ wħud ġodda wara li jkunu studjaw il-ktieb Għarfien. Peress li se nistudjaw din il-pubblikazzjoni fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni se niġu mħarrġin kif għandna nużaw din l-għodda fil-ministeru u se nkunu nistgħu nkabbru iktar l-imħabba u l-apprezzament tagħna għal Jehovah u l-organizzazzjoni tiegħu. Kif nistgħu nibbenefikaw bi sħiħ mill-istudju tagħna tal-ktieb Qim lil Alla?
Waqt l-Istudju: Ladarba se nikkunsidraw kapitlu sħiħ kull ġimgħa, l-indokraturi taʼ l-istudju tal-ktieb iridu jqassmu l-ħin bil-għaqal. Fl-ewwel ftit paragrafi huma jridu jibqgħu għaddejjin bl-istudju sabiex iħallu iktar ħin għall-materjal iktar importanti, li ġeneralment jidher iktar ’il quddiem fl-artiklu. Jekk fl-aħħar taʼ kull studju tiddiskutu fil-qosor il-kaxxa għal reviżjoni, dawk kollha preżenti se jkunu jistgħu jżommu iktar f’moħħhom il-punti prinċipali.
Kważi nofs il-kapitli li jinsabu fil-ktieb Qim lil Alla fihom mistoqsijiet li huma mdaħħlin iktar ’il ġewwa mill-paragrafi l-oħrajn biex issir meditazzjoni u diskussjoni fuqhom. Eżempju taʼ dan jistaʼ jidher f’paġni 48-9. M’hemmx għalfejn li dawn il-mistoqsijiet jinqraw flimkien mal-paragrafi. Meta jkun qed jikkunsidrahom mal-grupp, l-indokratur għandu jara li jinqraw u jiġu diskussi l-iskritturi ċitati skond kif jippermetti l-ħin.
Preparazzjoni minn Qabel: Biex nippreparaw sew għall-istudju rridu iktar milli sempliċement nimmarkaw it-tweġiba. Hemm bżonn taʼ meditazzjoni bit-talb fuq l-iskritturi ċitati sabiex mhux biss nippreparaw il-kummenti imma, iktar importanti minn hekk, nippreparaw qalbna. (Esd. 7:10, Saydon) Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħtu sehemna biex inqawwu ’l xulxin billi nikkummentaw imma fl-istess ħin bil-modestja ma niħdux id-diskussjoni f’idejna.—Rum. 1:11, 12.
Meta nistudjaw il-ktieb Qim lil Alla se niġu megħjunin nersqu lejn Jehovah u se nitħejjew biex ngħinu lil dawk taʼ qalb onesta sabiex jingħaqdu magħna fil-qima lejh. (Salm 95:6; Ġak. 4:8) Jalla lkoll kemm aħna nibbenefikaw għalkollox minn dan il-provvediment spiritwali mill-aqwa.
[Kaxxa f’paġna 3]
Qim lill-Uniku Alla Veru
Skeda taʼ l-Istudju għall-2003
Ott.20:kap. 1
27:kap. 2
Nov. 3:kap. 3
10:kap. 4
17:kap. 5
24:kap. 6
Diċ. 1:kap. 7
8:kap. 8
15:kap. 9
22:kap. 10
29:kap. 11
Skeda taʼ l-Istudju għall-2004
Jan. 5:kap. 12
12:kap. 13
19:kap. 14
26:kap. 15
Frar 2:kap. 16
9:kap. 17
16:kap. 18
23:kap. 19
Mar. 1:kap. 20
8:kap. 21