Ingawdu l-Istudju tal-Ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
1 Il-ħarġa tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? kienet parti eċċitanti tal-Konvenzjonijiet Distrettwali “Ubbidjenza Lejn Alla.” Dalwaqt se nkunu qed nużawh b’mod estensiv fil-ministeru taʼ l-għalqa, speċjalment meta nikkonduċu studji tal-Bibbja fid-djar. Għalhekk, irridu nsiru familjari sew maʼ din il-pubblikazzjoni ġdida. Dan se jkun possibbli għaliex se nistudjawha fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni mill-ġimgħa li tibda 17 t’April, 2006.
2 L-indokratur taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni se jiġbed l-attenzjoni lejn il-mistoqsijiet li jidhru fil-bidu taʼ kull kapitlu. Imbagħad l-istudju se jiġi kondott permezz tal-mistoqsijiet fl-aħħar taʼ kull paġna. L-iskritturi prinċipali se jinqraw u jiġu diskussi, u l-kaxxa “Dak li Tgħallem il-Bibbja” fl-aħħar taʼ kull kapitlu se tkun t’għajnuna biex tirrivedi l-materjal peress li l-kaxxa fiha t-tweġibiet Skritturali tal-mistoqsijiet fil-bidu tal-kapitlu. Se tieħu gost twieġeb minħabba li dan il-ktieb ikopri s-suġġetti b’mod ċar, sempliċi, u interessanti.
3 L-appendiċi taʼ dan il-ktieb tipprovdi dettalji dwar diversi suġġetti. Inkunu nistgħu nużaw dan il-materjal meta l-istudenti tal-Bibbja jkollhom bżonn iktar informazzjoni fuq ċertu suġġett. Porzjonijiet mill-appendiċi kultant se jiġu diskussi matul l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Il-materjal kollu taʼ l-appendiċi fuq xi suġġett se jinqara mill-qarrejja, u l-artikli itwal jistgħu jiġu diskussi f’sezzjonijiet. M’hemmx mistoqsijiet għall-istudju fl-appendiċi. Imma l-indokratur jistaʼ jieħu kummenti minn dawk preżenti billi jistaqsi mistoqsijiet li joħorġu l-punti ewlenin.
4 L-istudji tal-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? se jimxu b’pass mgħaġġel fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. M’għandniex għalfejn nimxu bl-istess pass meta nistudjaw din il-pubblikazzjoni m’oħrajn, speċjalment jekk għandhom ftit jew xejn għarfien mill-Bibbja. (Atti 26:28, 29) Matul l-istudji tal-Bibbja fid-djar, se jkollna bżonn niddiskutu l-iskritturi iktar bir-reqqa, nispjegaw it-tixbihat, eċċ. Mela agħmilha l-mira tiegħek li tattendi kull ġimgħa u tipparteċipa bis-sħiħ fl-istudju tagħna tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?