LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/03 p. 6
  • Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Qed Iżżomm Lura?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Preparat Int Għal Emerġenza Medika?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Qed Iżżomm Lura?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 12/03 p. 6

Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti

Il-​professjonisti legali u l-​professjonisti tal-​kura tas-​saħħa qegħdin jagħtu iktar u iktar attenzjoni lejn l-​opinjonijiet morali u d-​drittijiet tal-​pazjenti mediċi. Dan il-​fatt mexxa ’l quddiem terapiji u metodi ġodda li minnhom jistgħu jibbenefikaw ix-​Xhieda taʼ Jehovah. (Atti 15:​28, 29) Dan huwa dak li hu spjegat fil-​vidjo Transfusion-Alternative Health Care​—Meeting Patient Needs and Rights (Kura tas-​Saħħa Alternattiva għat-​Trasfużjoni—Jiġu Rispettati l-​Ħtiġijiet u d-​Drittijiet tal-​Pazjent). Arah, imbagħad irrivedi dak li tgħallimt.—Innota: Minħabba li l-​vidjo jinkludi xeni qosra taʼ operazzjonijiet, il-​ġenituri għandhom jużaw l-​għaqal meta jaraw il-​vidjo maʼ wliedhom iż-​żgħar.

(1) Il-​komunità medika għala qed terġaʼ taħsibha dwar l-​użu tat-​trasfużjonijiet tad-​demm? (2) Agħti tliet eżempji t’operazzjonijiet komplikati mwettqin mingħajr trasfużjonijiet tad-​demm. (3) Kemm-il tabib u kirurgu mad-​dinja kollha indikaw li huma lesti li jagħtu kura lill-​pazjenti mingħajr trasfużjonijiet tad-​demm? Għala huma lesti li jagħmlu dan? (4) L-​istudji reċenti fuq l-​isptarijiet xi wrew dwar l-​użu tad-​demm? (5) X’inhuma r-​riskji mediċi jekk jingħataw it-​trasfużjonijiet tad-​demm? (6) Xi kkonkludew ħafna esperti dwar il-​benefiċċji t’alternattivi għat-​trasfużjonijiet? (7) X’jikkaġuna l-​anemija? Il-​bnedmin kemm jittollerawha? X’jistaʼ jsir biex ipatti għaliha? (8) Kif tistaʼ titqanqal il-​produzzjoni taċ-​ċelluli ħomor fil-​ġisem taʼ pazjent? (9) Liema metodi qed jintużaw sabiex it-​telf taʼ demm jonqos matul operazzjoni? (10) Jistgħu l-​alternattivi għat-​trasfużjonijiet ikunu effettivi għat-​tfal żgħar jew għal uħud li jkunu involuti f’każi t’emerġenza meta l-​ħajja tkun fil-​periklu? (11) X’inhu wieħed mill-​prinċipji etiċi primarji għal kura medika tajba? (12) Għala huwa importanti li l-​Kristjani jagħżlu minn qabel liema kura mingħajr demm se jieħdu? Kif nistgħu nagħmlu dan?

Li wieħed jaċċetta xi kura li jissemma fil-​vidjo hija deċiżjoni persunali taʼ kull individwu fi qbil mal-​kuxjenza tiegħu mħarrġa mill-​Bibbja. Iddeċidejt liema alternattivi għat-​trasfużjoni lest li taċċetta għalik u għal uliedek? Il-​membri tal-​familja li m’humiex Xhieda wkoll għandhom jiġu informati għalkollox bid-​deċiżjonijiet tiegħek u r-​raġunijiet għalihom.—Ara “Mistoqsijiet mill-​Qarrejja” fil-​ħarġiet tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju u tal-​15 t’Ottubru, 2000.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja