LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/04 p. 8
  • Uri l-Ispirtu taʼ Pijunier

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri l-Ispirtu taʼ Pijunier
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Filippu—Evanġelista Żeluż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ixandru “l-Aħbar Tajba Dwar Ġesù”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Tkellem b’Mod Naturali
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 8/04 p. 8

Uri l-​Ispirtu taʼ Pijunier

1. Kif tiddeskrivih l-​ispirtu taʼ pijunier?

1 Sew jekk fil-​preżent jistgħu jaqdu bħala pijunieri u sew jekk le, il-​pubblikaturi kollha tas-​Saltna jistgħu juru l-​ispirtu taʼ pijunier. Huma jridu verament jobdu l-​kmand li jippridkaw u jagħmlu dixxipli. (Mt. 28:​19, 20; Atti 18:5) Huma jimpurtahom min-​nies u jagħmlu sagrifiċċji sabiex iwettqu l-​ministeru tagħhom. (Mt. 9:​36; Atti 20:24) Il-​qaddejja taʼ Jehovah lesti jagħmlu kulma hemm bżonn biex jgħinu lil oħrajn jitgħallmu l-​verità. (1 Kor. 9:​19-​23) Ejja nikkunsidraw l-​eżempju taʼ wieħed li wera spirtu bħal dan, Filippu l-​evanġelizzatur.

2. L-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali kif jistgħu jimitaw iż-​żelu li kellu Filippu għall-​ministeru?

2 L-​Ippridkar u t-​Tagħlim: Filippu kellu responsabbiltajiet importanti fil-​kongregazzjoni taʼ l-​ewwel seklu. (Atti 6:​1-6) Madankollu, hu kien primarjament predikatur żeluż taʼ l-​aħbar tajba. (Atti 8:​40) Filwaqt li jieħdu ħsieb l-​inkarigi li għandhom, l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali jistgħu juru l-​ispirtu taʼ pijunier billi jkunu minn taʼ quddiem u juru entużjażmu fil-​ministeru. Kemm jissaħħaħ l-​ispirtu tal-​kongregazzjoni meta jagħmlu hekk!​—Rum. 12:11.

3. Kif nistgħu nuru l-​ispirtu taʼ pijunier meta niffaċċjaw il-​provi?

3 Wara l-​mewt taʼ Stiefnu, mewġa taʼ persekuzzjoni ġabet taqlib kbir fil-​ħajja tad-​dixxipli. Madankollu, Filippu kompla jippriedka, u hu kellu rwol importanti f’li jibda x-​xogħol fost is-​Samaritani. (Atti 8:​1, 4-6, 12, 14-​17) Aħna nistgħu nimitaw l-​eżempju tiegħu billi nkomplu nxerrdu l-​aħbar tajba meta ngħaddu minn provi u nippridkaw b’mod imparzjali lil kulmin niltaqgħu miegħu.​—Ġw. 4:9.

4. Filippu x’eżempju ħalla bħala għalliem?

4 Nistgħu naraw l-​abbiltà li kellu Filippu bħala għalliem tal-​Kelma t’Alla mir-​rakkont tal-​konverżjoni taʼ l-​ewnuku Etjopjan. (Atti 8:​26-​38) Mod ieħor kif nuru l-​ispirtu taʼ pijunier huwa billi niżviluppaw l-​abbiltà li nużaw il-​Bibbja u nirraġunaw mill-​Iskrittura. (Atti 17:​2, 3) Bħal Filippu, aħna nipprovaw naqsmu l-​aħbar tajba kulfejn insibu n-​nies u f’kull okkażjoni xierqa.

5. X’jistaʼ jgħin lill-​ġenituri Kristjani jikkultivaw f’uliedhom lispirtu taʼ pijunier?

5 Il-​Familja u l-​Kongregazzjoni: M’hemmx dubju li l-​attitudni u l-​eżempju taʼ Filippu kellhom effett pożittiv fuq uliedu l-​bniet. (Atti 21:9) Bl-​istess mod, il-​ġenituri Kristjani li jiċċentraw ħajjithom fuq l-​interessi tas-​Saltna jinkuraġġixxu lil uliedhom biex jagħmlu l-​istess. Għalkemm ikunu għajjenin wara ġimgħa xogħol, ġenituri li jippridkaw bil-​ħeġġa lil oħrajn jistgħu jħallu impressjoni dejjiema fuq qalb uliedhom.​—Prov. 22:6.

6. Kif nistgħu nuru apprezzament għall-​pijunieri fil-​kongregazzjoni tagħna?

6 Filippu wera l-​ospitalità maʼ Pawlu u Luqa, Kristjani żelużi li kienu qed jaħdmu iebes fis-​servizz taʼ Jehovah. (Atti 21:​8, 10) Illum kif nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna għal uħud żelużi u nappoġġawhom? Forsi nistgħu noffru li naħdmu fil-​għodu jew wara nofsinhar mal-​pijunieri fi ġranet li ma tantx joħorġu aħwa fil-​ministeru. (Flp. 2:4) Nistgħu wkoll nistidnuhom sad-​dar tagħna għal ftit sħubija inkuraġġanti. Huma x’inhuma ċ-​ċirkustanzi tagħna, jalla lkoll kemm aħna nistinkaw biex nuru l-​ispirtu taʼ pijunier.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja