LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/04 p. 1
  • Ibqaʼ Uri Sens t’Urġenza!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ Uri Sens t’Urġenza!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Żomm Sens t’Urġenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Kif jista’ jkollok sens t’urġenza għall-ippritkar?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Nintensifikaw ix-Xiehda hekk kif Riesaq it-Tmiem
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Ipprietka b’Urġenza!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 11/04 p. 1

Ibqaʼ Uri Sens t’Urġenza!

1 Ġesù kien jaf li ż-​żmien li kellu fuq l-​art biex iwettaq ix-​xogħol taʼ Missieru kien limitat. (Ġw. 9:4) Għaldaqstant, hu wettaq il-​ministeru tiegħu b’sens t’urġenza, u ħarreġ lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu bħalu. (Lq. 4:​42-​44; 8:1; 10:​2-4) Għalih, il-​kumditajiet materjali kienu jiġu t-​tieni post. (Mt. 8:​20) B’hekk, hu rnexxielu jtemm ix-​xogħol li Ġeħova kien tah.​—Ġw. 17:4.

2 Żmien Limitat: Iż-​żmien biex tiġi pridkata l-​aħbar tajba “fl-​art abitata kollha” wkoll hu limitat. (Mt. 24:14) Il-​profeziji tal-​Bibbja juru li aħna qed ngħixu fl-​aħħar taż-​żmien tat-​tmiem. Dalwaqt, “dawk li ma jafux lil Alla u dawk li ma jobdux l-​aħbar tajba dwar il-​Mulej tagħna Ġesù . . . [se] jieħdu l-​kastig ġudizzjarju taʼ qerda għal dejjem.” (2 Tess. 1:​6-9) Dan il-​ġudizzju se jasal b’ħeffa taʼ l-​għaġeb u għal għarrieda. (Lq. 21:​34, 35; 1 Tess. 5:​2, 3) In-​nies iridu jiġu f’tagħhom u jindunaw f’liema sitwazzjoni perikoluża jinsabu. Aħna responsabbli li ngħinuhom jiksbu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova sakemm għad baqaʼ ż-​żmien.​—Sof. 2:​2, 3.

3 Nagħmlu Kulma Nistgħu: Peress li jagħrfu li “ż-​żmien li fadal tqassar,” il-​qaddejja t’Alla jagħtu prijorità lix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. (1 Kor. 7:​29-​31; Mt. 6:​33) Xi wħud warrbu minn jeddhom opportunitajiet ekonomiċi jew interessi persunali oħra sabiex iżidu s-​sehem tagħhom fil-​ministeru. (Mk. 10:​29, 30) Oħrajn qed ikomplu jkollhom ‘ħafna x’jagħmlu fix-​xogħol tal-​Mulej’ minkejja l-​provi li jgħaddu minnhom. (1 Kor. 15:58) Ħafna wħud ilhom ħafna snin jiddikjaraw fil-​pubbliku l-​aħbar tajba mingħajr ma jiddubitaw. (Ebr. 10:23) Ġeħova jqishom bħala taʼ valur kbir dawn is-​sagrifiċċji kollha li jappoġġaw l-​interessi tas-​Saltna.​—Ebr. 6:​10.

4 Il-​fatt li niċċentraw ħajjitna madwar il-​qima tagħna lil Ġeħova, li tinkludi x-​xogħol taʼ lippridkar, jgħinna nżommu ċar f’moħħna l-​jum taʼ Ġeħova. Dan jipproteġina milli nħallu lilna nfusna niġu aljenati bid-​dinja taʼ Satana u jsaħħilna d-​determinazzjoni li nibqgħu nuru kondotta qaddisa. (2 Pt. 3:​11-​14) Tabilħaqq, jekk inwettqu l-​ministeru tagħna b’sens t’urġenza nistgħu nsalvaw, kemm lilna nfusna u kemm lil dawk li jisimgħuna.​—1 Tim. 4:​16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja