LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/05 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Kif Tistaʼ Tgħin Wara Diżastru
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Kif Nistgħu Ngħinu?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Xi Jsir f’Uffiċċju tal-Fergħa?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Nappoġġaw l-attività tas-Saltna lokalment u madwar id-dinja
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 1/05 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Liema hu l-​aħjar mod biex jingħataw kontribuzzjonijiet għall-​benefiċċju taʼ ħutna fil-​bżonn f’pajjiżi oħra?

Minn żmien għal żmien, nisimgħu dwar ħutna f’xi pajjiż ieħor li huma fi bżonn materjali minħabba xi persekuzzjoni, diżastru, jew ċirkustanzi diffiċli oħra. Xi aħwa ħassew li għandhom jibagħtu xi flus direttament lill-​uffiċċju tal-​fergħa f’dawn il-​pajjiżi, u wrew ix-​xewqa tagħhom li l-​flus jintużaw biex jgħinu lil ċertu individwu, xi kongregazzjoni partikulari, jew xi proġett tal-​bini li jagħżlu huma.​—2 Kor. 8:​1-4.

Filwaqt li tħassib kollu mħabba bħal dan għal sħabna fit-​twemmin hu taʼ min ifaħħru, spiss ikun hemm bżonnijiet li huma iktar urġenti minn dawk li jkollu f’moħħu dak li jkun qed jikkontribwixxi. F’xi każi, il-​bżonn li għalih ikunu ntbagħtu l-​flus ikun diġà twettaq. M’għandniex xi ngħidu, aħna nistgħu nkunu fiduċjużi li meta jintbagħtu xi kontribuzzjonijiet lill-​uffiċċju tal-​fergħa lokali għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja, għall-​Fond għas-​Swali tas-​Saltna, jew għall-​għajnuna f’każ taʼ diżastri, dawn id-​donazzjonijiet se jintużaw skond kif ikun jixtieq dak li jkun bagħathom.

L-aħwa fil-​fergħat kollha ġew imħarrġin sew biex iwieġbu malajr għal xi bżonnijiet li ma jkunux mistennijin. F’kull każ, il-​fergħa żżomm il-​Ġemgħa li Tiggverna informata rigward il-​kwistjoni. Jekk ikun hemm bżonn taʼ iktar għajnuna, il-​Ġemgħa li Tiggverna għandha mnejn tistieden lil xi fergħat fil-​viċin biex jgħinu jew jistgħu jintbagħtu xi fondi direttament mill-​kwartieri ġenerali.​—2 Kor. 8:​14, 15.

Għalhekk, il-​kontribuzzjonijiet kollha għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja, għall-​proġetti taʼ bini f’pajjiżi oħra, jew għall-​għajnuna f’każ taʼ diżastri għandhom jintbagħtu lill-​uffiċċju tal-​fergħa fil-​pajjiż taʼ fejn toqgħod, direttament jew permezz tal-​kongregazzjoni. B’dan il-​mod, “l-​ilsir leali u għaqli,” permezz taʼ larranġamenti organizzazzjonali stabbiliti mill-​Ġemgħa li Tiggverna, jieħu ħsieb il-​bżonnijiet tal-​fratellanza madwar id-​dinja b’mod li jirrifletti l-​ordni.​—Mt. 24:​45-​47; 1 Kor. 14:​33, 40.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja