LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/05 p. 6
  • Għinhom biex Ikomplu Jingħataw Xiehda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għinhom biex Ikomplu Jingħataw Xiehda
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Niżviluppaw it-Territorju tal-Lingwa Barranija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Kif Tuża l-Formola Please Follow Up (S-43)
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħtu xhieda lil xi ħadd li jitkellem lingwa oħra
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 2/05 p. 6

Għinhom biex Ikomplu Jingħataw Xiehda

1 Hekk kif nippridkaw l-​aħbar tajba, spiss niltaqgħu maʼ nies li jitkellmu b’lingwa barranija. Kif nistgħu nagħmlu arranġamenti biex dawn ikomplu jingħataw xiehda? Billi nużaw il-​formola Foreign Language (S-70a). In-​nies spiss joqogħdu iktar attenti għall-​aħbar tajba meta jisimgħuha bil-​lingwa tagħhom stess.—Atti 22:​1, 2.

2 Kif Timtela l-​Formola: Bit-​tattika agħmel mill-​aħjar biex tikseb l-​isem, l-​indirizz, u nnumru tat-​telefon tal-​persuna. Spjega kemm uriet interess din il-​persuna, il-​ħin li tkun tistaʼ ssibha, il-​letteratura li tkun ħallejtilha jew li talbitek, kif ukoll il-​lingwa li tifhem l-​iktar din il-​persuna. Aċċerta ruħek li l-​persuna taqbel li xi ħadd ieħor jiġi jżurha qabel ma timla l-​formola. Imbagħad agħtiha mill-​ewwel lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni.

3 Lil Min Tingħata l-​Formola: Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni għandu jibgħat il-​formoli S-​70a kollha lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni taʼ l-​Ingliż f’Malta, li bħalissa qed tieħu ħsieb it-​territorju tal-​lingwi barranin f’Malta.

4 Ngħaddu Interess Ieħor: Xi ngħidu jekk kellna diskussjonijiet tajbin minn fuq il-​Bibbja maʼ xi ħadd li m’għadux joqgħod fit-​territorju tagħna? F’dak il-​każ, jekk jogħġbok ikteb id-​dettalji kollha tal-​persuna b’mod ċar u għaddihom lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni li dan min-​naħa tiegħu jgħaddi l-​informazzjoni lill-​kongregazzjoni involuta. Jekk il-​persuna tmur toqgħod f’pajjiż ieħor, jekk jogħġbok ibgħat id-​dettalji kollha lill-​uffiċċju lokali sabiex ikomplu jieħdu ħsieb l-​interess.

5 Kulmeta l-​kongregazzjoni tirċievi xi formola tal-​Foreign Language jew xi dettalji dwar persuna interessata, għandhom isiru arranġamenti biex xi ħadd imur iżur lil dik il-​persuna minnufih. Hekk kif inħabirku biex nagħtu sehemna, nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova se jiftaħ qlub dawk li għandhom “attitudni xierqa lejn il-​ħajja taʼ dejjem.”​—Atti 13:48.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja