Kif Tuża l-Formola Please Follow Up (S-43)
Din il-formola għandha tintuża meta tiltaqaʼ maʼ xi ħadd interessat li ma jgħixx fit-territorju tiegħek jew li jitkellem b’lingwa barranija. Għalkemm fil-passat użajnieha meta konna niltaqgħu maʼ nies li jitkellmu lingwa barranija kemm jekk urew interess u kemm jekk le, issa nużawha biss meta l-individwu jkun wera interess. L-unika eċċezzjoni hi jekk l-individwu jkun trux. Jekk niltaqgħu maʼ xi ħadd trux għandna nimlew il-formola S-43 kemm jekk juri interess u kemm jekk le.
X’għandna nagħmlu bil-formola ladarba timtela? Għandna nagħtuha lis-segretarju tal-kongregazzjoni. Jekk ikun jaf lil liema kongregazzjoni għandu jibgħatha, jistaʼ sempliċement jagħtiha lill-anzjani taʼ dik il-kongregazzjoni ħalli jkunu jistgħu jirranġaw biex xi ħadd jieħu ħsieb l-interess. Jekk ma jafx lil liema kongregazzjoni għandu jagħtiha, hu jibgħatha lill-uffiċċju lokali.
Jekk l-individwu jitkellem b’lingwa barranija u jgħix fit-territorju tiegħek, tistaʼ tkompli żżuru biex tikkultiva l-interess sakemm iżuru pubblikatur mill-kongregazzjoni tal-lingwa barranija adattata.—Ara l-Ministeru tas-Saltna taʼ Novembru 2009, paġna 4.