Qed Tużahom il-Handbills?
Darba minnhom tifel taʼ 11-il sena sab handbill jirreklama taħdita pubblika fuq is-suġġett taʼ l-infern. “Dan interessani ferm,” spjega hu iktar tard, “għax donnu jien dejjem kont qed nagħmel xi ħaġa li mhix xierqa, u għalhekk kont ninkwieta ħafna li se mmur f’infern jaqbad meta mmut.” Hu mar għat-taħdita, u xi sena wara, wara diversi sessjonijiet taʼ studju tal-Bibbja, tgħammed. Hekk bdiet il-karriera Kristjana taʼ Karl Klein, li iktar tard qeda għal ħafna snin bħala membru tal-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Kollox beda b’handbill.
Il-handbills illum għadhom għodda effettiva li nagħtu xiehda biha. Ħafna pubblikaturi jsibu li jekk jagħtu handbill lil persuna, ikun mod tajjeb kif jintroduċu ruħhom u jibdew konversazzjoni. Il-ġenituri jistgħu jinvolvu liċ-ċkejknin tagħhom fil-ministeru billi jqabbduhom joffru handbill meta jħabbtu xi bieb. Pubblikaturi li jieħdu sehem fl-għoti taʼ xiehda bl-ittri jistgħu jirreklamaw il-laqgħat billi maʼ l-ittra jibagħtu wkoll handbill. U, m’għandniex xi ngħidu, il-handbills huma mod konvenjenti kif nistiednu għal-laqgħat tagħna lill-istudenti tal-Bibbja u lil oħrajn li juru interess.
Qiegħed int tużahom tajjeb il-handbills fil-ministeru tiegħek?