Kampanja Madwar id-Dinja biex Nirreklamaw il-Konvenzjoni Distrettwali “Il-Ħelsien fil-Qrib!”
Il-Pubblikaturi f’Kull Kongregazzjoni Se Jqassmu Volantin Speċjali
1 B’seħħ mir-rebbiegħa taʼ l-2006, mill-Emisferu tat-Tramuntana tad-dinja se tibda kampanja globali b’volantin speċjali biex tirreklama l-konvenzjonijiet distrettwali li se jinżammu f’madwar 155 pajjiż differenti, u se tkompli għaddejja sakemm dawn il-konvenzjonijiet distrettwali jispiċċaw. Din il-kampanja se tinkludi l-konvenzjonijiet speċjali li huma pjanati biex isiru fil-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, u l-Polonja matul Lulju u l-ewwel ġimgħa t’Awissu 2006.
2 Minħabba li qed ngħixu fil-parti finali taʼ l-aħħar jiem, il-konvenzjonijiet, li se jenfasizzaw il-ħelsien imwiegħed t’Alla minn din id-dinja mill-agħar, għandhom ikunu taʼ interess kbir għal dawk li għandhom attitudni xierqa. Dan il-messaġġ għandu jqanqalhom biex jikkunsidraw dak li se jiġri fil-futur. Sabiex jagħtu lil għaxriet taʼ miljuni taʼ nies l-opportunità li jisimgħu messaġġ taʼ faraġ u tama, iktar minn 98,000 kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja qed jiġu mħeġġin biex b’entużjażmu jieħdu sehem f’li jirreklamaw il-konvenzjoni li ġew mistidnin għaliha.
3 Il-kongregazzjonijiet se jingħataw biżżejjed volantini biex kull pubblikatur ikollu 50 volantin. Jekk ikun hemm iktar jistgħu jużawhom il-pijunieri fil-kongregazzjoni. F’kull kongregazzjoni, il-kampanja se tibda tliet ġimgħat qabel l-ewwel jum tal-konvenzjoni li għaliha ġiet assenjata l-kongregazzjoni. Dan għandu jħalli biżżejjed żmien biex issir il-maġġuranza tat-territorju tal-kongregazzjoni, jekk mhux kollu kemm hu.
4 Huwa rikkmandat li, fejn ikun possibbli, jingħata volantin lil kull inkwilin personalment. Madankollu, jekk xi wħud ma jkunux id-dar, tistaʼ tħalli volantin b’mod diskret fil-bieb. Għandu jsir sforz speċjali biex il-volantini kollha jitqassmu fi żmien it-tliet ġimgħat.
5 Aħna nħossuna fiduċjużi li se tingħata xiehda meraviljuża bħala riżultat taʼ dan l-isforz intensiv li se jsir madwar id-dinja biex nirreklamaw il-Konvenzjoni Distrettwali “Il-Ħelsien fil-Qrib!” li ssemmiet f’dan l-artiklu. Nitolbu li l-barka rikka taʼ Ġeħova tkun fuq l-isforzi persunali tiegħek hekk kif tieħu sehem f’din il-kampanja taʼ madwar id-dinja.