Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit
Matul l-aħħar jiem taʼ din id-dinja qadima u korrotta, huwa vitali li nżommu fuqna l-ħwejjeġ spiritwali tagħna u nipproteġu l-identità Kristjana tagħna. (Riv. 16:15) Għalhekk, huwa xieraq li t-tema tal-programm taʼ l-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2006 tkun “Ilbsu l-Personalità l-Ġdida.”—Kol. 3:10.
L-Ewwel Jum: L-ewwel serje taʼ taħditiet, “Inħallu Aspetti tal-Personalità l-Ġdida Jidhru Ċar,” se tenfasizza kif billi nikkultivaw il-personalità l-ġdida nibbenefikaw f’kull aspett taʼ ħajjitna. Kif nikkultivawha l-personalità l-ġdida? Dan se jiġi kunsidrat fl-aħħar żewġ taħditiet taʼ l-ewwel jum, “Iddixxiplina Lilek Innifsek biex Timmedita Sew” u “Edukazzjoni li Tifformalna l-Personalità l-Ġdida.”
It-Tieni Jum: Fit-tieni serje taʼ taħditiet, “Nikkultivaw Ilsien l-Għorrief” se nikkunsidraw kif il-personalità l-ġdida tinfluwenza l-mod kif nużaw ilsienna. “Qiegħed Tirbaħ lill-Ħażin?” hija t-tema tat-taħdita pubblika, li se tenfasizza l-bżonn li nibqgħu b’għajnejna miftuħin għat-tattiki taʼ Satana. L-aħħar żewġ taħditiet taʼ l-assemblea, “Żomm Ruħek Mingħajr Tebgħa mid-Dinja” u “Inġeddu minn Jum għall-Ieħor il-Bniedem li Aħna minn Ġewwa,” se jgħinuna nwarrbu attitudnijiet u mġiba li jmorru kontra l-modi ġusti t’Alla u nibqgħu sodi fil-qima tagħna lil Ġeħova.
Kemm inħarsu ’l quddiem lejn li nirċievu dan l-inkuraġġiment biex nilbsu u nżommu l-personalità l-ġdida!