Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit
F’dan iż-“żmien iebes” li diffiċli biex insibu tarfu, aħna neħtieġu l-għerf divin biex niksbu u biex jibqaʼ jkollna l-approvazzjoni taʼ Jehovah. (2 Tim. 3:1) Il-programm taʼ l-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2005 se jipprovdilna pariri u inkuraġġiment prattiku hekk kif se jiżviluppa t-tema “Kun Gwidat mill-‘Għerf li Ġej minn Fuq.’”—Ġak. 3:17, NW.
L-ewwel serje taʼ taħditiet, “Nuru f’Ħajjitna ‘l-Għerf li Ġej minn Fuq,’” se tgħinna naraw x’jinvolvi li nkunu safjin, inġibu l-paċi, inkunu raġunevoli, u lesti li nobdu. Imbagħad l-indokratur tas-circuit se jagħti l-attenzjoni lil tliet aspetti oħra taʼ għerf li ġej mis-sema. L-indokratur tad-distrett se jikkonkludi l-ewwel jum billi juri kif il-ministri Kristjani, għalkemm meqjusin minn xi wħud bħala “sempliċi u bla tagħlim,” huma mgħammrin biex jitkellmu l-għerf t’Alla.—Atti 4:13.
Fit-tieni jum, serje taʼ taħditiet intitolata “Segwi l-Affarijiet li Jibnu” se tgħinna nidentifikaw u nevitaw affarijiet li jistgħu jdgħajfuna spiritwalment. Se turina wkoll kif nistgħu nibnu lil oħrajn fil-laqgħat tal-kongregazzjoni, fil-ministeru taʼ l-għalqa, u fiċ-ċirku tal-familja. It-taħdita pubblika, “Kif Nibbenefikaw mill-Għerf t’Alla,” se żżidilna l-apprezzament għall-benefiċċji li nirċievu hekk kif napplikaw prinċipji divini f’ħajjitna. It-taħdita finali, “Protetti Jekk Naġixxu fuq l-Għerf Divin,” se ssaħħilna d-determinazzjoni li nfittxu l-għerf mingħand Jehovah matul dawn l-aħħar jiem.
Xi ħaġa li tispikka f’kull assemblea hija l-magħmudija taʼ dixxipli ġodda. Fil-programm se jkun hemm ukoll l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa għal dik il-ġimgħa. Jehovah jixtieq li lkoll kemm aħna nibbenefikaw mill-għerf li jipprovdi. Se nistagħnu spiritwalment bil-pariri u bl-inkuraġġiment li hemm lesti għalina fl-assemblea tas-circuit.—Prov. 3:13-18.