Għin lil Oħrajn Jibdew ‘Jobdu mill-Qalb’
1. Ġeħova x’jirrikjedi mill-qaddejja tiegħu?
1 L-ubbidjenza hija fundamentali biex naqdu lil Ġeħova b’mod aċċettabbli. (Dt. 12:28; 1 Pt. 1:14-16) Il-ġudizzju t’Alla dalwaqt se jiġi fuq “dawk li ma jafux lil Alla u dawk li ma jobdux l-aħbar tajba.” (2 Tess. 1:8) Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn jibdew ‘jobdu mill-qalb’ it-tagħlim tal-Kelma t’Alla?—Rum. 6:17.
2. Għala huwa importanti li ngħinu lil oħrajn jibnu fidi soda?
2 Billi Ngħinu biex Jinbnew il-Fidi u l-Imħabba: Fl-Iskrittura, l-ubbidjenza hija assoċjata mill-qrib mal-fidi. L-appostlu Pawlu tkellem dwar ‘il-kmand taʼ l-Alla taʼ dejjem biex tiġi inkuraġġita l-ubbidjenza bil-fidi.’ (Rum. 16:26) Ebrej kapitlu 11 isemmi diversi eżempji taʼ fidi, li ħafna minnhom involvew aġir fi qbil mar-rieda li esprima Ġeħova. (Ebr. 11:7, 8, 17) Mill-banda l-oħra, id-diżubbidjenza hija assoċjata maʼ nuqqas taʼ fidi. (Ġw. 3:36; Ebr. 3:18, 19) Għandna niżviluppaw is-sengħa fl-użu tal-Kelma t’Alla sabiex ngħinu lil oħrajn jiżviluppaw it-tip taʼ fidi li jipproduċi l-ubbidjenza.—2 Tim. 2:15; Ġak. 2:14, 17.
3. (a) L-ubbidjenza kif inhi marbuta maʼ l-imħabba? (b) Kif nistgħu ngħinu lill-istudenti tal-Bibbja jiżviluppaw imħabba għal Ġeħova?
3 L-ubbidjenza hija marbuta wkoll maʼ l-imħabba tagħna għal Alla. (Dt. 5:10; 11:1, 22; 30:16) L-1 Ġwanni 5:3 jgħid: “L-imħabba t’Alla tfisser dan: li nosservaw il-kmandamenti tiegħu; u madankollu l-kmandamenti tiegħu m’humiex tqal.” Kif nistgħu ngħinu lill-istudenti tal-Bibbja jiżviluppaw imħabba għal Ġeħova? Fittex għal opportunitajiet waqt l-istudju biex tibni apprezzament għall-kwalitajiet taʼ Ġeħova. Esprimi s-sentimenti profondi tiegħek għal Alla. Għin lill-istudent jaħseb dwar kif jiżviluppa relazzjoni persunali maʼ Ġeħova. Iktar minn kwalunkwe ħaġa oħra, l-imħabba għal Ġeħova se tqanqal lil oħrajn—kif ukoll lilna nfusna—biex jobduh mill-qalb.—Mt. 22:37.
4. (a) L-eżempju tagħna għala huwa importanti? (b) X’għandna nagħmlu biex nikkultivaw “qalb ubbidjenti”?
4 Bl-Eżempju Tagħna: Mod tajjeb kif nistgħu ninkuraġġixxu lil oħrajn biex jobdu l-aħbar tajba hu bl-eżempju tagħna. Però, hemm bżonn taʼ sforz kontinwu min-naħa tagħna biex nikkultivaw “qalb ubbidjenti.” (1 Slat. 3:9, New World Translation; Prov. 4:23) Dan x’jinvolvi? Saħħaħ lil qalbek permezz taʼ studju regulari tal-Bibbja u attendenza għal-laqgħat. (Salm 1:1, 2; Ebr. 10:24, 25) Fittex assoċjazzjoni maʼ dawk li qalbhom marbuta mal-qima vera. (Prov. 13:20) Ħu sehem regulari fil-ministeru taʼ l-għalqa, b’xewqa sinċiera li tgħin lin-nies fit-territorju tiegħek. Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tiżviluppa qalb tajba. (Salm 86:11) Evita affarijiet li jistgħu jħassru lil qalbek, bħal divertiment immorali jew vjolenti. Fittex affarijiet li jressquk eqreb lejn Alla u li jsaħħu r-relazzjoni tiegħek miegħu.—Ġak. 4:7, 8.
5. Uħud ubbidjenti kif qed jiġu mberkin?
5 Ġeħova assigura lill-poplu tiegħu tal-qedem li jekk jismaʼ minnu kien se jgawdi barkiet kbar. (Dt. 28:1, 2) Bl-istess mod, Ġeħova qed ibierek bil-kbir “lil dawk li jobduh bħala ħakkiem.” (Atti 5:32) Għalhekk, permezz tat-tagħlim u l-eżempju tagħna jalla ngħinu lil oħrajn isiru ubbidjenti mill-qalb.