LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/05 p. 1
  • Uri Interess Persunali—Billi Tadatta Ruħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri Interess Persunali—Billi Tadatta Ruħek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Uri Interess Persunali—Billi Tkun Preparat
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Kif Tipprepara Preżentazzjoni bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Intejbu l-​abbiltajiet tagħna fil-​ministeru—Nuru interess personali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 12/05 p. 1

Uri Interess Persunali​—Billi Tadatta Ruħek

1 L-​appostlu Pawlu ħalla eżempju mill-​aqwa bil-​mod kif ippreżenta l-​aħbar tajba, billi adattaha skond l-​isfond u l-​mod kif taħseb l-​udjenza tiegħu. (1 Kor. 9:​19-23) Aħna għandna nistinkaw biex nagħmlu l-​istess. Bi ftit ħsieb minn qabel, aħna spiss nistgħu nadattaw l-​eżempji tal-​preżentazzjonijiet li jidhru fil-​Ministeru tas-​Saltna biex ikunu skond il-​bżonnijiet tan-​nies fit-​territorju tagħna. Hekk kif nersqu lejn xi bieb, aħna nistgħu ninnotaw x’jinteressa lill-​inkwilin u ninkludu dan fil-​preżentazzjoni tagħna. Madankollu, hemm mod ieħor kif nistgħu nadattaw ruħna fil-​ministeru tagħna.

2 Nibnu Fuq Dak li Jgħidulna l-​Inkwilini: Meta nippreżentaw l-​aħbar tajba, aħna spiss nagħmlu mistoqsija u nistiednu lill-​inkwilini biex iwiġbuna. Kif tħares lejn it-​tweġiba tagħhom? Għandek it-​tendenza li sempliċement tirrikonoxxi fuq fuq dak li jgħidu u tkompli bil-​preżentazzjoni li tkun ippreparajt? Jew dak li tgħid juri li int qed tikkunsidra l-​kummenti li għamlu l-​inkwilini? Jekk turi interess sinċier f’dak li jgħid ħaddieħor, forsi tkun tistaʼ tuża iżjed mistoqsijiet bit-​tattika biex issir taf x’għandhom verament fuq moħħhom. (Prov. 20:5) B’dan il-​mod tkun tistaʼ tiffoka fuq aspetti mill-​messaġġ tas-​Saltna li jolqtu l-​iktar lil min ikun qed jismaʼ.

3 Dan jitlob minna li nkunu lesti nitkellmu fuq suġġetti oħra minbarra dawk li nkunu ppjanajna li se niddiskutu. Jekk nibdew billi nikkummentaw dwar problema li tkun fl-​aħbarijiet u l-​inkwilin isemmi kwistjoni lokali jew persunali li tinteressah, l-​interess ġenwin tagħna biex nieħdu ħsieb il-​bżonnijiet taʼ l-​inkwilin se jqanqalna niffokaw id-​diskussjoni mill-​Bibbja fuq dak li hu iktar importanti għalih.—Flp. 2:4.

4 Infasslu l-​Metodu Tagħna: Meta l-​inkwilin iqajjem mistoqsija, jistaʼ jkun taʼ ġid li nkomplu d-​diskussjoni darb’oħra wara li nkunu fittixna iktar informazzjoni dwar is-​suġġett. Nistgħu wkoll noffru pubblikazzjonijiet li jikkunsidraw is-​suġġett iktar bir-​reqqa. Dan kollu jirrifletti l-​interess sinċier tagħna biex ngħinu lil oħrajn isiru jafu lil Ġeħova.—2 Kor. 2:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja