Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nuru interess personali
Għala hu importanti: Ġesù qies lin-nies b’mod individwali, u wera interess personali bi mħabba lejhom. Pereżempju, f’okkażjoni minnhom Ġesù ħass li raġel trux kien xi ftit mistħi, u għalhekk fejqu fil-privat, ’il bogħod mill-folla. (Mk. 7:31-35) Hu wera konsiderazzjoni għad-dixxipli tiegħu billi għaraf il-limitazzjonijiet tagħhom u ma bbombardjahomx b’wisq informazzjoni. (Ġw. 16:12) Anki fil-pożizzjoni tiegħu fis-sema, Ġesù juri interess personali. (2 Tim. 4:17) Bħala segwaċi taʼ Kristu, irridu nimitawh. (1 Pt. 2:21; 1 Ġw. 3:16, 18) Iktar minn hekk, inkunu iktar effettivi fil-ministeru tagħna jekk nuru konsiderazzjoni għall-inkwilin u nagħtu kas iċ-ċirkustanzi uniċi tiegħu, l-interessi tiegħu, u dak li jikkonċernah. Iktar hemm ċans li jismaʼ meta jħoss li qed nuru interess personali fih milli meta nipprovaw sempliċement inwasslu messaġġ jew inħallu xi letteratura.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Waqt il-qima bħala familja jew forsi waqt il-ministeru, agħmel sessjoni taʼ prattika fejn il-pubblikatur għandu jaddatta l-preżentazzjoni tiegħu għal dak li jgħidlu l-inkwilin.
Matul xi laqgħat għas-servizz tal-għalqa, il-ħu li jikkonduċi jistaʼ jiddiskuti jew jagħmel turija taʼ modi kif jintwera interess personali.