LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/06 p. 1
  • Ittra mill-Uffiċċju taʼ Malta

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ittra mill-Uffiċċju taʼ Malta
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Din Tkun l-Aħjar Karriera Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Tistaʼ Tagħmel Lilek Innifsek Disponibbli?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Stedina Miftuħa Għal Kulħadd!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Għemejjel tajbin li ma jintesewx
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 9/06 p. 1

Ittra mill-​Uffiċċju taʼ Malta

Għeżież Pubblikaturi tas-​Saltna:

Is-​sena taʼ servizz 2006 żgur li kienet sena mimlija attivitajiet li matulha gawdejna ħafna barkiet spiritwali.

Kemm kien inkuraġġanti l-​fatt li fit-​12 t’April rajna 1161 ruħ jattendu l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej—quċċata ġdida għat-​territorju tagħna! Fil-​kampijiet tar-​refuġjati saru arranġamenti biex tiġi preżentata taħdita lill-​102 individwi li attendew.

Il-pubblikazzjoni l-​ġdida, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? qed turi li hi tassew effettiva bħala għajnuna biex nibdew studji tal-​Bibbja ġodda. Fil-​fatt, f’Mejju tqassam total taʼ 213-il ktieb, quċċata ġdida oħra. Imbagħad f’Ġunju, sar l-​ewwel Jum t’Assemblea Speċjali bl-​Ingliż, b’attendenza taʼ 133 ruħ. B’kollox, fis-​sena taʼ servizz 2006, total t’24 individwu ġdid issimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom lil Ġeħova u tgħammdu.

Il-familja taʼ Betel qed taħdem iebes ukoll biex tgħin ħalli tipprovdi ikel spiritwali bil-​Malti u għad hemm il-​bżonn għall-​volontiera fil-​Betel, speċjalment fid-​dipartiment tat-​traduzzjoni. Għandek int xewqa qawwija li tpoġġi l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel u lest int li tagħmel dak kollu li jistaʼ jkun meħtieġ biex tappoġġa x-​xogħol taʼ l-​ippridkar madwar id-​dinja? (Mt. 6:33) Aħna nżommu f’moħħna li l-​uniku teżor taʼ min jaħdem għalih hu relazzjoni tajba maʼ Ġeħova, sabiex inferrħulu qalbu.—Prov. 27:11.

Aħna ferħanin li qed naħdmu spalla maʼ spalla magħkom u nibagħtulkom l-​imħabba Kristjana tagħna mill-​qalb.

Ħutkom,

L-​Uffiċċju taʼ Malta

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja