L-Aqwa Kwalità taʼ Kura Medika—X’Inhi?
“Kwalunkwe pazjent li jirċievi mediċina mingħajr demm ikun qiegħed, bażikament, jirċievi l-aqwa kwalità taʼ kirurġija li teżisti.” Hekk qal Dr. Michael Rose, direttur mediku u anestesjologu. Liema proċeduri u alternattivi għat-trasfużjonijiet jistaʼ jkun fiha l-“mediċina mingħajr demm”? Int għandek bżonn tkun taf sabiex tagħmel deċiżjonijiet li jinvolvu trattament u kirurġija medika. Ara l-vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge (Xejn Demm—Il-Mediċina Tilqaʼ l-Isfida). Wara, ittestja l-fehma tiegħek bil-mistoqsijiet li ġejjin.—Nota: Peress li l-vidjo fih xeni qosra t’operazzjonijiet, il-ġenituri jridu joqogħdu attenti meta jkunu qed jaraw il-vidjo mat-tfal żgħar tagħhom.
(1) X’inhi r-raġuni prinċipali għala x-Xhieda taʼ Ġeħova jirrifjutaw trasfużjonijiet tad-demm? (2) Meta jkun hemm bżonn taʼ kura medika, xi jkunu jixtiequ x-Xhieda taʼ Ġeħova? (3) Liema dritt bażiku għandhom il-pazjenti? (4) Għala tkun raġunevoli u responsabbli meta tagħżel alternattivi għat-trasfużjoni? (5) Meta jintilef ħafna demm, liema żewġ prijoritajiet urġenti għandhom it-tobba? (6) Liema huma l-erbaʼ prinċipji taʼ strateġiji alternattivi għat-trasfużjoni? (7) It-tobba kif jistgħu (a) inaqqsu t-telf tad-demm, (b) iżommu ċ-ċelluli ħomor tad-demm, (ċ) jistimulaw il-produzzjoni tad-demm, u (d) jirkupraw id-demm mitluf? (8) Iddeskrivi l-proċeduri magħrufin bħala (a) hemodilution u (b) cell salvage. (9) Dwar xiex tixtieq tkun informat rigward kwalunkwe alternattiva għat-trasfużjoni? (10) Jistgħu operazzjonijiet serji u komplikati jsiru mingħajr l-użu tat-trasfużjonijiet tad-demm? (11) Liema żvilupp pożittiv qed iseħħ fil-komunità medika?
Li wieħed jaċċetta xi kura li tissemma fil-vidjo hija deċiżjoni persunali taʼ kull individwu fi qbil mal-kuxjenza tiegħu mħarrġa mill-Bibbja. Iddeċidejt liema alternattivi tat-trasfużjoni lest li taċċetta għalik u għal uliedek? Il-membri tal-familja li m’humiex Xhieda wkoll għandhom jiġu informati għalkollox bid-deċiżjonijiet tiegħek u r-raġunijiet għalihom.—Ara “Mistoqsijiet mill-Qarrejja” fil-ħarġiet tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju, 2004, u tal-15 t’Ottubru, 2000.