Ibbenefika mill-Vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge
Kemm int informat sew dwar l-għażliet disponibbli fil-qasam tal-mediċina mingħajr l-użu tad-demm? Tifhem x’inhuma xi ftit mill-alternattivi għat-trasfużjonijiet u kif jaħdmu? Ara l-vidjo, u ittestja l-għarfien tiegħek bil-mistoqsijiet li ġejjin.—Nota: Minħabba li l-vidjo jinkludi xeni qosra t’operazzjonijiet, il-ġenituri għandhom jużaw l-għaqal meta jiddeċiedu jekk iħallux lit-tfal żgħar jarawh jew le.
(1) X’inhi r-raġuni prinċipali għala x-Xhieda taʼ Ġeħova jirrifjutaw it-trasfużjonijiet tad-demm, u dan il-prinċipju fejn jinsab fil-Bibbja? (2) Fejn tidħol il-kura medika, aħna x’nixtiequ? (3) Xi dritt bażiku għandhom il-pazjenti? (4) Għala huwa raġunevoli u għaqli li ma taċċettax trasfużjonijiet tad-demm? (5) Meta jintilef ħafna demm, liema żewġ prijoritajiet urġenti għandhom it-tobba? (6) Liema riskji għas-saħħa huma assoċjati mat-trasfużjonijiet tad-demm? (7) Liema huma xi ftit mill-għodod li għandhom it-tobba biex inaqqsu mit-telf tad-demm waqt xi operazzjoni? (8) X’għandek tkun trid taf rigward kwalunkwe alternattiva għat-trasfużjoni? (9) Jistgħu operazzjonijiet serji u komplikati jsiru mingħajr l-użu taʼ trasfużjoni tad-demm? (10) Numru li dejjem jikber taʼ tobba, x’inhuma lesti li jagħmlu għax-Xhieda taʼ Ġeħova, u x’tistaʼ forsi tkun il-proċedura taʼ kura għall-pazjenti kollha?
Jekk taċċettax jew le xi kura msemmija fil-vidjo hija deċiżjoni persunali li kull individwu għandu jieħu fi qbil mal-kuxjenza tiegħu.—Ara t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju, 2004, pġi. 22-4, 29-31, u t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Ottubru, 2000, pġi. 30-1.