Ittra mill-Uffiċċju
Għeżież Pubblikaturi tas-Saltna:
Aħna nifirħu meta naraw il-progress tax-xogħol fil-gżejjer Maltin matul is-sena taʼ servizz 2007!
Fix-xahar t’Ottubru ġejna mberkin bil-wasla taʼ żewġ missjunarji ġodda mħarrġin f’Gilgħad. Fix-xahar taʼ wara ġie fformat grupp ġdid tal-lingwa Għarbija. Imbagħad, matul l-aħħar parti taʼ Frar, saret l-ewwel Skola tas-Servizz taʼ Pijunier kollha kemm hi bil-Malti u għaliha attendew 22 student. Dawn kienu jinkludu għadd taʼ pijunieri ġodda flimkien maʼ wħud li ilhom jaqdu fis-servizz full-time. F’Marzu kellna l-pjaċir nirrapportaw quċċata ġdida fit-tqassim taʼ 259 ktieb. Dan kollu kkontribwixxa għall-ogħla numru taʼ studji tal-Bibbja li ġie rapportat f’xahar wieħed f’iktar minn 10 snin—total taʼ 284 studju!
Iktar minn 26,000 kopja taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 37, “It-Tmiem tar-Reliġjon Falza Huwa fil-Qrib!” tqassmu madwar il-gżejjer Maltin b’diversi lingwi.
Il-mira taʼ dawn il-kampanji hi li individwi taʼ qalb onestà jitgħallmu x’tgħallem il-Bibbja verament. (Mt. 28:19, 20) Hekk kif tippriedka, ftakar u ħu nota taʼ kwalunkwe interess li ssib, u mur lura bil-mira li tibda studju tal-Bibbja. Aħna henjin li qed naħdmu spalla maʼ spalla magħkom f’din l-attività importanti, u nibagħtulkom limħabba Kristjana tagħna mill-qalb.
Ħutkom,
Uffiċċju taʼ Malta